Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħsarat f'vetturi kkaġunat mill-istat ħażin tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11796 u jgħid kemm kien hemm complaints lill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn ingħataw refund u kemm minn dawn ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar vetturi li ġew scrapped

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' vetturi li ġew scrapped, matul l-2008 u l-2009 risprettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-vetturi li ġew scrapped, skond il-kategorija ta' vetturi kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Informazzjoni dwar karozzi li ġew garaged

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' vetturi li ġew garaged matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Kif inhuma maqsuma dawn il-vetturi li ġew garaged, skond il-kategorija ta' vetturi kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Informazzjoni dwar muturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi li hawn liċenzjati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? X'ċilindrata għandhom dawn il-muturi kif liċenzjati ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar roti li għandhom xi forma ta' magna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roti li għandhom xi forma ta' magna, li ġew reġistrati ma' l-awtorità responsabbli mil-land transport f'Malta? Kemm-il tip ta' reġistrazzjoni hemm għal dawk li huma roti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Informazzjoni dwar karozzini reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' karozzini li hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet dwar fejn jistgħu jaħdmu dawn il-karozzini kif liċenzjati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' tenders u direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14478 u jagħti lista tat-tenders u direct orders li ngħataw mill-Ministeru f'din l-aħħar sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14051 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq iċ-ċimiterju — bdil ta' one way

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar mill-każ ta' bidla fil-one way fit-triq taċ-Ċimiterju, fejn is-Sinjur, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għamel din it-talba u li kien hemm korrispondenza mal-perit tat-traffic management u korrispondenza anke ma' Ms Doreen Busuttil u David Vassallo? Fuq talba tiegħu jixtieq ikun jaf x'inhuma l-aħħar żvillupi.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħti l-kunsiderazzjoni meħtieġa lit-talba li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant, u peress li t-triq taqa' taħt ir-responsabiltà tal-Kunsill Lokali, il-Kunsill intalab jagħti l-kummenti tiegħu dwar din it-talba. Transport Malta għada qed tistenna dawn il-kummenti mingħand il-Kunsill Lokali.

Wied il-Għajn — Triq is-Skiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Skiet, Wied il-Għajn peress li bħalissa tinsab f'qagħda diżastruża?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jierreferi għalih l-Onor Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità iffissata.

Toroq li ġew imħabbra li ha jsiru fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-total tal-area ta' pavimentar li jkopri l-erbatax-il triq li ġew imħabbra li se jsiru fil-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-total ta’ l-area ta' pavimentar li jkopri l-erbatax-il triq li ser jsiru fil-Belt huwa ta’ madwar 11,000 metru kwadru.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kaħwiela

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15139 u jgħid meta se ssir Triq il-Kaħwiela, Haż-Żabbar peress li din t-triq għadha qatt ma saret u r-residenti li ilhom joqogħdu hemm għal ħafna snin qed ibatu minn ħafna inkonvenjent, speċjalment dawk relatati mas-saħħa, bħal per eżempju l-biċċa l-kbira tat-tfal li joqogħdu f'din it-triq ibatu mill-ażma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mil-lista ta’ toroq li Transport Malta ħa tibni mill-ġdid matul is-sena 2010.

Awtorità dwar it-Trasport — double yellow lines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14226 u jassigura li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu pożizzjoni fuq talba għal double yellow lines li saret aktar minn sitt xhur ilu u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u tikkomunika l-istess pożizzjoni lill-kunsill lokali konċernat kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.

Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq Barriera Wharf

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13907 u 12922 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultance for Repair Works to Barriera Wharf, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq Barriera Wharf sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal konsulenza għal xogħlijiet relatati ma' Barriera Wharf kienet intrebħet minn Jb & iAS Consulting Engineers. Ix-xogħol ta' riparazzjoni fuq Barriera Wharf għadu ma sarx u s'issa għadu ma tħallas xejn lill-Jb & iAS Consulting Engineers.

Awtorità Marittima ta' Malta — Riparazzjoni fuq il-moll tal-Imsida/Pietà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12930 u 13906 u jgħid jekk is-sejħa għal offerti li kienet saret mill-Awtorità Marittima ta' Malta u li kienet għalqet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2008, liema sejħa kienet iġġib l-isem Architectural/Engineering Consultancy for Repair Works to Msida/Pietà Quays, intrebħitx? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min rebaħ din l-offerta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq il-moll ta’ l-Imsida/Pietà sarx u jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa? Jista' jgħid kemm tħallsu drittijiet professjonali relatati mal-istess xogħol u lil min tħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal konsulenza għal xogħlijiet ta’ tiswija relatati mal-moll tal-Imsida/Pietà kienet intrebħet minn Jb & iAS Consulting Engineers. Ix-xogħol ta’ riparazzjoni fuq dan il-moll għadu ma sarx u s’issa għadu ma tħallas xejn lill-Jb & iAS Consulting Engineers.

Bormla — Santa Margerita - Multi Level Car Park

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-multi level car park li kellu jinbena fl-area ta' Santa Margerita Bormla għadux fil-ħsieb tal-Gvern? Jista' jgħid jekk qattx kien hemm il-ħsieb li dan il-proġett isir permezz tal-private public partnership?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Proġett tal-Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti li kienu ġew indikati fil-pjanti oriġinali għall-proġett tal-Kottonera li suppost kellhom isiru u sal-lum minkejja l-approvazzjoni u minkejja li f'xi każijiet setgħu kienu marbuta ma' żmien li jitlestew għadhom ma tlestewx?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat jew jippreċiza għal liema proġetti qed jirreferi għax mhux il-proġetti kollha jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' dan il-Ministeru.

Gozo Ferries Co Ltd — sejħa għall-offerti għat-tħaddim tas-servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tal-vapuri tal-Gozo Ferries Co Ltd hux se jkun obbligatorju għat-tħaddim tas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex taħt is-sejħa għall-offerti li għandha toħroġ għat-tħaddim tal-istess servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru . 13753.

Triq Xlendi u Triq Ta' Pinu — proċess ta' tendering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14472 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fil-proċess ta' tendering fuq Triq Xlendi u Ta' Pinu, il-kuntratturi kollha ġew skwalifikati ħlief il-J.P.F u l- Goudos Joint Ventures? jista' inoltre jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-kumpaniji u tal-kuntratturi li jiffurmaw l-imsemmija joint ventures?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.