Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11203 u jgħid kemm hemm e-mails pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport, li saru mill-1 ta' Jannar 2009 sal-lum, li jikkonċernaw talbiet għal xogħlijiet fit-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sat-13 ta' Jannar 2010 kien hemm 98 e-mail pendenti li saru mill-1 ta' Jannar 2009 u li fil-biċċa l-kbira tagħhom jikkonċernaw talbiet għal xogħlijiet fit-toroq. Ninsab infurmat ukoll li l-e-mails li jikkonċernaw xogħlijiet ta' toroq jieħdu aktar minn għaxart ijiem biex jiġu proċessati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13315 u jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Trasport Malta — Customer Care - Stencil Letters ta' refusal
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8461, jista' l-Ministru jispjega kif uffiċjali tal-Customer Care ġewwa t-Trasport Malta qed joħorġu stencil letters ta' refusal għal dawk in-nies li jagħmlu talba għall-kumpens totalment kuntrarju għal dak li għadu kif iddikjara l-Ministru stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet kontravenzjonijiet it-Transport Malta dawn l-aħħar sentejn? Kemm ġabret flus minn dawn il-kontravenzjonijiet u kemm minn dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura? X'kienet ir-raġuni ta' dan? Jista' jgħid ukoll meta dawn il-kontravenzjonijiet ġew maħfura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm ġewwa l-impound centres tat-Transport Malta? Huwa minnu li dawn l-impound centres huma mimlijin u li ma hemmx aktar spazju jitqegħdu aktar karozzi? Jista' jgħid kemm qed tħallas kera ta' dawn l-impound centres l-awtorità? X'se jsir minn dawn il-karozzi li hemm miġbura u meta? Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li s-sezzjoni ta' nfurzar tal-awtorità għandha ordni speċifika li jiġu ttowjati karozzi relattivament ġodda biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'salarji mill-grad ta' assistant manager 'l fuq kull sena ġewwa l-Awtorità dwar it-Trasport, l-Awtorità Marittima ta' Malta u l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti ċ-ċifri ta' kull entità separatament? Jista' jgħid kemm hi n-nefqa f'salarji minn assistant manager 'l fuq ġewwa Transport Malta? Jista' jinkludi wkoll is-salarji ta' dawk il-posts li huma temporanjament vakanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Veccja - dawl tal-fanal tal-breakwater
Question
Jista' l-Ministru permezz tal-awtorità kompetenti jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veccja , San Pawl il-Baħar jinxtegħel kemm jista' jkun malajr, issa li qed joqorbu sew ix-xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għalqa li hemm tifred u taqsam it-triq E.B. Vella fil-Mosta hemmx il-ħsieb li tinfetaħ biex allura titkompla l-istess triq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-għalqa in kwistjoni, u li trid tgħaddi t-triq minnha, hija privata u taqa' wkoll f'żona ta' żvilupp urban, l-obbligu li jifforma t-triq huwa fuq sid l-art meta dan jiddeċiedi li jiżviluppa l-art tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-utilità u l-iskop tal-gandott li qed jitħaffer bħalissa fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn jinżlu n-nies mill-vapur biex imorru għall-karozzi tal-linja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa mhux qed jitħaffer gandott fiċ-Ċirkewwa fil-parti fejn jinżlu n-nies mill-vapur biex imorru għall-karozzi tal-linja.
Steering Committee dwar l-użu tal-Forti Sant Iermu
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-isteering committee jew group li ġie mwaqqaf dwar l-użu tal-Forti Sant Iermu? Meta ġie appuntat dan il-kumitat? X'xogħol sar s'issa minn dan il-kumitat? Kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Liema huma r-rapporti u l-istudji li kkummissjona l-Grand Harbour Regeneration Consortium, isem b'isem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk tal-gabbani hux se jitilqu minn Putirjal? Jekk iva, meta? Se jerġgħu imorru lura Putirjal? Fejn se jmorru meta jitneħħew minħabba l-proġett tal-venda? X'kundizzjonijiet se jkollhom? Kull min għandu gabbana bħalissa se jżomm dan id-dritt? Il-gabbana se joffrihielek il-gvern jew irid jibniha u jagħmilha l-individwu? Se jagħti sussidju f'każ li jinbidlu l-gabbani? Il-gvern se jgħin finanzjarjament fil-ġarr u fit-tpoġġija tal-gabbani f'posthom?
Jista' jgħid meta se jibda dan il-proġett u meta se jmorru lura f'posthom? Jekk huwa l-każ, hemm min ġie infurmat bil-mitkub dwar din id-deċiżjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel erba’ mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba Nru 14770. Rigward il-kumplament nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14204, 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja
tal-
feasibility study
u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra
tal-
breakwater
prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala
cruise berths
? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact
Assessment tlestiex?
Jista' l-Ministru issa jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14204, 13536, 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-
feasibility study
u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-
breakwater
prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala
cruise berths
? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Environmental Impact Assesement għadu ma tlestiex mhux opportun li d-dokumenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jitqiegħdu fuq il-mejda tal-Kamra
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13292 u jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13282 u jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ħaddiema mal-Awtorità dwar it-Trasport ingaġġati mas-Secreterial Services
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13302 u jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport li huma ngaġġati mas-Secreterial Services, kemm qed jitħallsu kull xahar u kemm qed titħallas din l-istess kumpanija? Jista' jgħid ukoll s'issa kemm ingħatat flus din il-kumpanija u x’inhi l-funzjoni preċiża tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13299 u jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ingħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
konsulenti mal-Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13300 u jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport, kemm qed jitħallsu kull xahar u x’benefiċċji għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.