Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun — Triq Miggiani - rampa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li r-rampa li kienet saret xi snin ilu fi Triq Miggiani, il-Ħamrun in-naħa ta' fuq tat-triq tmermret għal kollox? Jaf li din ir-rampa kienet saret minħabba l-preżenza ta' erba' tarġiet u sabiex tiffaċilità l-bżonnijiet ta' nies bi bżonnijiet speċjali u nisa li jkollhom jgħaddu bil-pushchairs? Jaf li minħabba dan kollu hemm min qed isofri preġudizzju kbir għax ma jistax joħroġ mid-dar? Jidhirlu li għandu jintervjeni f'din il-kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-post li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant fil-fatt hemm rampa tajba li tipprovdi l-aċċess meħtieġ.

Karti tal-Identità Elettroniċi — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14273, jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba għall-fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-karti ta' identità elettroniċi li kellha tkun determinata sal-aħħar ta' Frar, ġietx determinata favorevolment ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għall-Buskett — tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14998 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq miċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli għal fuq l-irdumijiet li tinżel għall-Buskett tingħata xi ftit tarmak peress li hija fi stat mhux tajjeb? Japprezza l-Ministru li minbarra t-turisti, ħafna Maltin imorru hemm f'bosta ġranet matul is-sena kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq msemmija ser tiġi nkluża fil-pjan ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni u kisi ġdid bl-asfalt. Dawn ix-xogħlijiet isiru skont il-prijoritajiet tal-programm u r-riżorsi finanzjarji allokati lil Transport Malta.

Kumpaniji ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15014 u 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — xogħol strutturali biex titwessa t-triq

Question

Peress li l-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li jikri tomna u nofs raba' mingħand persuna privata f'Wied il-Għajn hekk kif tgħaddi r-Razzett tal-Ħbiberija u peress li l-Awtorità dwar it-Trasport għamlet xogħol strutturali biex titwessa' t-triq u fil-mori tax-xogħol, qaċċtulu ħames siġriet tal-ħarrub (liema prodott tagħhom kien irendi introjtu) u warrbu għal fuq ir-raba' tiegħu gzuz ta' ħamrija b'mod li tilef il-wiċċ tar-raba' (u għalhekk ma setax jużufruwixxi mid-dħul li wieħed jinkassa mill-frott de quo), jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex lest jagħti kumpens għad-danni sofferti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq li tagħti mill-Birgu għal Kalkara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15215 u jgħid meta se jitwettaq il-proġett tat-triq ta' Sally Port li tagħti mill-Birgu għal Kalkara, liema triq tinstab fi stat ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq msemmija mhux qiegħda fil-lista tat-toroq li jridu jinbnew din is-sena. Ix-xogħlijiet fuq din it-triq jibdew meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

Bini ta' struttura fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-proġett li qed jikkontempla l-bini ta' struttura li tgħaqqad Triq Diċembru 13 fil-Marsa mal-inħawi tal-Valletta Waterfront? Dan se jwassal għal bini ta' xi fly-over jew tħaffir ta' xi mina? Jekk iva, jista' jagħti dettalji tekniċi ta' tali proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Liċenzja ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saret tiswa liċenzja ta' karozza tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kellu korrispondenza li kienet tgħid li l-liċenzja kellha tkun ferm inqas milli hija llum? Jista' jagħti spjegazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq Ġużeppi Lanzon f'Wied il-Għajn — tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq Ġużeppi Lanzon ġewwa Wied il-Għajn issir minħabba l-istat ħażin li tinsab fih din it-triq? Jekk mhux possibbli ssir għalissa jikkunsidra l-Ministru li jsiru ċerti tiswijiet li kemm jista' jkun inaqqsu l-periklu għax kien hemm persuni li waqgħu u weġġgħu minħabba l-istat li tinsab fih din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Miżuri biex jonqos l-ispeed fi Triq San Pawl il-Baħar fix-Xemxija

Question

Billi matul l-aħħar snin kien hemm diversi inċidenti tat-traffiku fil-parti ta' Triq San Pawl li tagħti mill-Veccia sar-roundabout tax-Xemxija, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-parti tat-triq jittieħdu fiha xi miżuri li bihom jonqos l-ispeed li bih jgħaddu l-karozzi minn din in-naħa tan-network pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Public Trasport Association — sussidju mħallas

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' sussidju li tħallas kull sena lill-Public Trasport Association (ATP) matul is-snin 1999-2009 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — faċilitajiet ta' cruiseliners

Question

Billi riċentament ġie kkwotat fil-ġurnali lokali li m'hemm l-ebda xogħol ieħor marbut mal-faċilitajiet ta' cruiseliners f'Għawdex, wara li jitlesta x-xogħol fuq il-bagi tax-Xlendi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-applikazzjoni P.A 3051/03 għall-faċilità ta' mooring ta' cruiseliners 'il barra mill-port tal-Imġarr ġietx irtirata mill-Awtorità Marittima ta' Malta jew issa mill-awtorità li ħadet postha? Jekk iva, x'wassal biex din l-applikazzjoni tiġi rtirata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhux minnu li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet irtirata.

spezzjonijiet fil-biċċeriji tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' spezzjonijiet li saru fil-biċċeriji tal-Gvern matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn l-ispezzjonijiet kenux minn personnel Malti inkella minn awtoritajiet barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

bini ta' Sewage Pumping Station f'Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx xi tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex? Jekk ħarġet meta? Min rebaħha? Kemm hu l-valur tal-kuntratt? Meta beda x-xogħol? Meta huwa marbut li jlesti x-xogħol kollu l-kuntrattur? X’sar s’issa u x’jonqos isir biex jitlesta x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità tad-Djar — post li għadu bla dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14300 u jerġa' jara li jitmexxa l-każ tal-famlija, li aktar dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għadha tinsab bla dawl anke wara li diġà żaruha uffiċjali mill-Awtorità tad-Djar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Triq tal-Għadira — spiża tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14883, 14635, 14085 u 12286 u jgħid x'kienet l-ispiża matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispiza matul is-snin 2008 u 2009 relatata mal-proġett tat-Triq tal-Għadira kienet ta' €20,229.07.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nisa tqal li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14846 u 14465 u jgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Jista' jgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li min nisa Għawdxin li jaħdmu fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm ħadd li fl-aħħar ħames snin għamel talba biex iqattgħa t-tqala ġewwa Għawdex.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.