Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12982 u jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex.
Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u għalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din il-kwistjoni ġiet riferita lill-Transport Malta sabiex din tinvestiga il-każ u tieħu dawk il-passi neċessarji biex jittaffew il-problemi li jkunu identifikati u dawn dejjem skont il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-istess Awtorità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13286 u jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kemm Triq ir-Rixtellu kif ukoll Triq Andrea Vassallo, f’Ħal Luqa, huma responsabblità tal-Kunsill Lokali. Fil-każ ta’ Triq Anton Falzon il-parti tat-triq li diġà għandha wiċċ ukoll taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali filwaqt li l-parti l-oħra, li qatt ma ngħatalha wiċċ taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtorità għat-Trasport f’Malta għalkemm mhix inkluża fil-lista oriġinali ta’ toroq li jridu jsiru mill-Awtorit\, u allura xogħol fiha jkun jista’ jibda biss meta jkun hemm il-fondi u skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Fil-kaz ta’ Triq Pietru Saliba din hija inkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali u x-xogħol fuqha jinbeda skond ir-riżorsi u l-prijoritarijiet li jkunu stabbiliti. Jien infurmat li l-aħħar parti ta’ din it-triq, jiġifieri dik li tagħti għal Triq ir-Rixtellu, għadha magħluqa u ma tistax tinfetaħ qabel ma jkun żviluppat il-bini fiha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13285 u ċioe: Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parir ta' Transport Malta huwa li ssir raised zebra crossing li tkun taqdi l-bżonnijiet tal-pedestrians biex jaqsmu t-triq filwaqt li sservi ukoll biex ikun ikkalmat it-traffiku. Dan it-tip ta' xogħol huwa responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar applikanti li jixtiequ jibdew iġorru l-mejtin bis-sistema l-antika tal-karru tal-mejtin u biż-żiemel? Kemm fil-fatt hemm min huwa interessat li jibda jagħti dan is-servizz u kemm fadal biex il-permessi ta' dawn il-karrijiet jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permessi għall-ġarr tal-mejtin bis-sistema l-antika tal-karru tal-mejtin biż-żwiemel huma miftuħin.
Transport Malta rċeviet seba' applikazzjonijiet u dawn kollha ngħataw permess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi matul is-sena 2009? Jista' jgħid minn liema pajjiż ġew, liema minnhom kienu ġodda u liema kienu second hand? Jista' jgħid ukoll ta' liema ċilindraġġ u liema marka kienu dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor interpellant jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13638 u 13362 u ċioe: Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt s-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bankina fit-triq prinċipali ta' Burmarrad (fir-raħal innifsu) tinqala' u ssir mil-ġdid b'wiċċ ġdid minħabba l-fatt li din il-bankina speċjalment in-naħa tal-għelieqi tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet. Il-proċess ta' aġġudikazzjoni wasal fl-aħħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rispons għas-sejħa ta' interess biex jiġu mqegħda pontoons temporanji madwar Malta u Għawdex? Kemm kienu proposti u f'liema stadju wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità kienet ħarġet żewġ sejħiet għal proposti għal Organised Mooring Areas għax-Xemxija u s-Salina, u għal marina temporanja fil-Kalkara.
L-Awtorità rċeviet tliet proposti għall-ewwel sejħa (Xemxija u Salina), fejn l-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu għaddej. Għat-tieni sejħa (Kalkara), l-Awtorità rċeviet tliet proposti, iżda l-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu ma bediex.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċesarji biex il-pelican lights għall-inħawi ta' Burmarrad/San Pawl il-Baħar (tlieta jew erbgħa) li ilhom approvati snin sħaħ, fil-fatt jiġu stallati fejn suppost?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant huwa ppjanat li jitlesta sa Mejju.
Jista l-Ministru jagħti tal-inqas ħjiel jekk xi darba humiex sejrin isiru x-xogħlijiet fi Triq l-Antinni, Mosta liema xogħlijiet ilhom jistnnew li jsiru aktar minn 30 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fl-2006.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex jinbena l-pont minn Sant Iermu għall-breakwater? Min huma l-persuni/awtorità responsabbli minn dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li it-tender għad-disinn u l-bini tal-pont minn Sant'Iermu għall-breakwater għalaq fis-26 ta' Jannar 2010, u bħalissa għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni. Id-Direttorat għat-Toroq u Infrastruttura fi Transport Malta huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti sabiex Sant Iermu jsirlu x-xogħol tant neċessarju? Taħt min taqa' r-responsabilità ta' dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li rigward Sant'Iermu, l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp msemmija hawn taħt ġew sottomessi lill-MEPA flimkien ma’ Restoration Method Statement:-
PA2581/09 Removal of non-historic accretions and emergency interventions
PA3524/09 Consolidation, conservation and adaptive re-use of the fort
PA3926/09 Consolidation, conservation and adaptive re-use of Caraffa Enceinte
PA4340/09 Consolidation and conservation of Pinto Stores, Esplanade, Officers’ Quarters and Ditch
Ir-responsabbilta’ ta’ dan ix-xogħol hija taħt
The Grand Harbour Regeneration Corporation plc.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — dikjarazzjoni tal-ispejjez għal safar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż GA 27B magħmula skond paragrafu 8.10.1.4 tal-PSM Code għal kull safra uffiċjali li saret mill-Ministeru matul l-2009, fejn l-ispiża qabżet l-€2,000?
Belt Valletta — traffic modelling ta' Triq Papa Piju 5
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx jew hux qed isir traffic modelling tas-sistema tat-traffiku tal-Belt Valletta, partikolarment il-bidliet li se jseħħu bit-tneħħija tat-Triq Papa Piju 5? Jista' jqiegħed ir-riżultati ta' dan il-modelling fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni tar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) hija l-applikant għall-applikazzjoni ta’ l-ippjanar PA03521/09 “Construction of a New City Gate for Valletta, Parliament Building, a New Theatre at the Royal Opera House Site, and Ditch Landscaping”. Il-GHRC ikkummissjunat il-preparazzjoni ta’ Traffic Impact Statement b’relazzjoni ma’ din l-applikazzjoni fuq il-bażi ta’ Terms of Reference li ġew ippubblikati mill-MEPA. It-Traffic Impact Statement isir dokument pubbliku mas-sottomissjoni tiegħu lill-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Ras il-Wied Wardija hijiex proġettata li ssir bil-cold asphalt wara li saru diversi xogħlijiet ta' manutenzjoni mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi xogħlijiet ta' resurfacing fl-akwata msemmija huma r-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Billi issa għadda ħafna żmien minn mindu ġew approvati l-pelican lights f'Burmarrad u f'San Pawl il-Baħar u billi dawn għadhom ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li fil-fatt jiġu stallati dawn il-pelican lights approvati?
Ħamrun — sleeping policeman fi Triq il-Kanonku Bonniċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'approvatx it-talba tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex titwaħħal sleeping policeman fi Triq il-Kanonku Bonniċi fejn diġà kien hemm waħda eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhux minnu li Transport Malta għadha ma approvatx xi talba tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex titwaħħal road hump fit-triq in kwestjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlestew is-segwenti toroq ġo Ħal Luqa:
a) Triq Anton Falzon?
b) Triq Andre Vassallo?
ċ) Triq Wied il-Knejjes il-parti ta' fuq li tisbokka ġo Carmel Street?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress t-toroq in kwestjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.