Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — spiża biex jinżammu ajruplani fl-Ingilterra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex l-Air Malta żżomm l-ajruplani RJs f’hangar fl-Ingilterra u meta waqfet tagħmel dan il-ħlas? Kemm kienet l-ispiża biex iżżomm inġinier mal-ajruplani għal matul dan iż-żmien kollu? Għaliex l-ajruplani ma kenux inġiebu Malta minflok inżammu l-Ingilterra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22164.

Lighthouse Communication Ltd — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2008 u llum, sena b'sena, lill-kumpanija Lighthouse Communications Ltd? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22153.

Negozji li għalqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn negozji li għalqu l-bibien tagħhom minn Jannar 2010 sal-ewwel ta' Diċembru 2010? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom dawn in-negozji li għalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar u Dicembru tal-2010, kien hemm 3,933 negozju gdid registrat. Dawn kienu: 2,900 kumpanija registrata mal-Awtorita Maltija ghas-Servizzi Finanzjarji; 483 registrazzjoni ghal hwienet godda; 132 registrazzjoni ghal non-premises based activities; 242 registrazzjoni ghal bejjiegha tal-monti; u 176 registrazzjoni ghal bejjiegha tat-triq. F’dan l-istess perjodu, kien hemm 947 negozju li temm ir-registrazzjoni tieghu, filwaqt li kien hemm 359 talba mad-Dipartiment tal-Kummerc ghal trasferiment ta’ licenzji. Wiehed irid ifakkar ukoll illi hemm setturi kummercjali li ma jaqghux taht ir-responsabbilta ta’ dan il-Ministeru, u li ghalhekk l-informazzjoni ghandha tintalab lill-Ministeru koncernat. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta mhix disponibbli ghalissa.

Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji ġodda li fetħu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru 2010? Kemm iħaddmu nies magħhom dawn in-negozji ġodda? Jista' jgħid f'liema settur huma speċjalizzati dawn in-negozji l-ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22117.

Proprjetajiet mikrija mingħand il-privat

Question

Jista' l-Ministru jissottometti lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mingħand il-privat li qed juża: il-gvern innifsu? id-dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern? il-kunsilli lokali? F'kull kaz, x'inhu l-ammont tal-kirja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Tħaddim tal-Interconnector

Question

Peress li waqt id-dibattitu dwar l-istrateġija dwar tibdil tal-klima l-Ministru Austin Gatt kien qal fil-Parlament li l-interconnector se jkun qed jaħdem sas-sena 2012, jista' l-Ministru jikkonferma dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt għandu data tal-commissioning tal-interconnector f’Ottubru 2013, u għaldaqstant huwa fil-ħsieb li jitlesta sa dak iż-żmien.

Ristrutturar fl-Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu Ernst & Young għax-xogħol fuq l-istrutturar u r-rescue plan tal-Air Malta? Kif qed jitħallsu bħala kuntratt sħiħ, jiġifieri sakemm jitlesta x-xogħol jew fuq bażi ta' perjodu, per eżempju, xahar? X'inhuwa l-kuntratt li ngħataw i.e. x'jinkorpora f'termini ta' xogħol, x'terms of reference ngħataw, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22407.

WSC — Ilma ġieri fil-basement

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12508, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tipprovax ssolvi l-każ tal-ilma ġieri fil-basement tal-familja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, każ li ilu għaddej tant snin u li baqa' mhux solvut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-investigazzjonijiet li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, ma jidhirx li dan l-ilma ġej mill-infrastruttura tal-Korporazzjoni. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet il-każ lid-dipartiment tas-Saħħa biex isiru iktar investigazzjonijiet minn fejn ġej dan l-ilma.

Koppji li qed jikkoabitaw f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn koppji li qed jikkoabitaw f'pajjiżna u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-iStatistika m’għandux din it-tip ta’ informazzjoni. Jista’ jkun li fiċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni li jmiss, ikun hemm xi mistoqsija relatata.

Ħruġ ta' Cheque mit-teżor daparti ta' Arms Ltd

Question

Jista' l-Ministru joħroġ iċ-cheque ta' €466 tal-persuna li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li neħħa minn ismu l-arloġġ tad-dawl u ilma u kull meta jċempel l-Arms Ltd jgħidulu li ċ-ċekk dalwaqt joħroġ mit-Teżor?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta l-konsumatur għamel kuntatt ma’ ARMS Ltd., biż-żball ma saritx distinzjoni bejn iċ-ċekk ta’ €466 msemmi u ċ-ċekkijiet tal-benefiċċju ta’ l-enerġija, dawn ta’ l-aħħar li qegħdin joħorġu mit-teżor, għan-nom tal-Ministeru tal-Finanzi. Effettivament, wara li għamilna l-investigazzjonijiet min-naħa tagħna, irriżulta li r- refund ta’ €466 li qed jiġi mitlub mill-konsumatur, inħareġ minn ARMS Ltd. permezz ta’ ċekk, din il-ġimgħa stess.

MFSA — rapport tal-BOV Property Fund

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22434 u r-risposta mogħtija, jista’ l-Ministru jagħti data fissa meta se jitlesta dan ir rapport? Jifhem il-Ministru li dan kien imwiegħed li jitlesta sa Dicembru 2010? Jifhem li hemm ħafna persuni li jistgħu jkunu affettwati mill-eżitu ta’ dan ir-rapport u għalhekk il-fatt li jkun lest u jittieħdu d-deċiżjonjiet neċessarji huwa ta’ prijorità?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt li l-gvern japrezza li hemm diversi persuni li għandhom interess fl-eżitu ta’ dan ir-rapport, il-Ministeru m’għandux triq oħra ħlief li jirrispetta l-indipendenza u r-responsabbilità regolatorja tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.

Palumbo — grit blasting

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jħallas għall-ħsarat li jsiru mill-kumpanija Palumbo fil-proprjetajiet tan-nies tal-Kottonera minħabba fl-użu tal-grit blasting? Peress li t-tarzna, qabel ma qatgħet li tuża l-ilma għax-xogħol tagħha, meta kienet tagħmel xi ħsarat bil-grit blasting kienet tħallas għalih hi lil dawk li kienu jintlaqtu minnu, x’se jsir illum wara li l-kumpanija Palumbo qed tammetti li qed tagħmel ħsara bl-għażla tagħha tal-grit blasting?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija msemmija hija privata u għaldaqstant din hija materja li trid tiġi diskussa privatament bejn l-istess kumpanija u terzi persuni.

għajnuna finanzjarja lill-industrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sew li l-gvern ikkonċentra fuq l-ħarsien tal-impiegi f'dawn l-aħħar tliet snin, kemm ilha ġejja fuqna r-riċessjoni mondjali u għaldaqstant jgħid kemm u lil min ingħatat għajnuna finanzjarja (f'Ewro) u forom oħra ta' għajnuna (tip ta' għajnuna u kkwantifikata monetarjament fejn possibbli) fis-settur industrijali fl-2008 (Marzu 'l quddiem), 2009 u 2010 rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20753, fejn ingħata dettal tal-għajnuna finanzjarja li ngħatat mill-Gvern biex jiġu salvati l-impjiegi tal-ħaddiema fi 15 – il kumpanija. Tajjeb li nżid illi wħud minn dawn il-kumpaniji, illum, mhux talli salvaw l-impjigi tagħhom, talli investew u żiedu l-produzzjoni tagħhom, b’aktar xogħol u overtime għall-istess ħaddiema tagħhom.

Permanent residence għall-barranin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-iskema ta' permanent residence lill-barranin ġietx mwaqqfa? Jekk fl-affermattiv, x'kienet r-raġuni għal dan? Japprezza li t-twaqqif ta' din l-iskema se jkollha effett negattiv fuq il-bejgħ tal-proprjetà lill-barranin speċjalament dik il-proprjetà li tinstab fi special designated areas?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Iskema magħrufa bħala Permanent Residents Scheme ġiet sospiża sakemm jinħarġu regoli ġodda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Permanent Residents Scheme mhijiex skema obligatorja sabiex persuna tixtri propjetà fi special designated area ġewwa Malta. Proprjetà fi special designated area tista’ tinbiegħ lil kull barrani jew kumpanija barranija.

Nfiq kapitali tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern, esklużi fondi mill-Unjoni Ewropea, f'Għawdex fl-2009 u fl-2010? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa ta' fondi mill-Unjoni Ewropea f’Malta u Għawdex separatament matul l-istess sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

dħul mill-benefiċċji kontributorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern fl-2009 u fl-aħħar ta’ Ġunju u Settembru tal-2010 għar-rigward ta’ benefiċċji kontributorji minn kontribuzzjonijiet tal-ewwel klassi minn impjegati tal-Gvern f’Malta u f’Għawdex separatament u minn impjegati fis-settur privat f’Malta u f’Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

depożiti fil-banek u self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek minn residenti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-lum? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati u skont l-istess residenza? Jista’ jagħti dan it-tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

resident permits għall-persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfux milli joħorġu resident permits u permessi oħra għal dawk il-persuni barranin li jkunu se jixtru proprjetà f’Malta? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv jista' jgħid x’inhi r-raġuni wara din id-deċizjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22670.

Servizz ġdid ta' dawl u ilma fil-Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li riċentement ġie stallat servizz ġdid ta' dawl u ilma fil-Magħtab fuq applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema servizz ta' dawl u l-ilma, għalkemm mitlub għal post ieħor fil-viċinanzi (li jappartjeni lill-Kummissarju tal-Artijiet u huwa mikri lil terza persuna u mhux lill-imsemmi) effettivament ġie stallat fil-viċinanzi u qed iservi lir-razzett li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll, liema razzett huwa kolpit b'enforcement order mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u għalhekk qatt ma seta' jiġi provdut b'dan is-servizz tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-provvista tal-elettriku ġiet provduta f’kamra li għandha compliance certificate kif meħtieġ. Ta’ min iżid jgħid ukoll li s-servizz ta’ l-ilma ġie nstallat kif mitlub fl-applikazzjoni. Ma l-applikazzjoni kien hemm ukoll l-compliance certificate maħruġ mill-MEPA u dokument legali li juri li hu s-sid.

Regolamenti tal-Gaming — kaxxi tal-logħob

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-regolamenti tal-Gaming dwar il-kaxxi ta' logħob se jkunu ppublikati ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara li tlestew l-aħħar proċeduri amministrattivi min-naħa tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob, ir-regolamenti se jiġu ppubblikati sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.