Legislature:
Category:
Reset
Active:

ilmenti fuq antenni tal-mobiles fil-Kortin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Malta Communications Authority rċevitx ilmenti minn residenti fil-Kortin, jew mill-Għaqda tar-Residenti fil-Kortin minħabba problema marbuta mal-antenni tal-mobiles f'dawk l-inħawi? Jekk irċeviet, kemm irċeviet? Meta rċeviethom? X'passi ħadet? Jekk saret xi investigazzjoni, x'kienu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpaniji ta' konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15368, 15014 u 14743 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karti tal-Identità Elettroniċi — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15319 u 14273, u jgħid jekk it-talba għall-fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta mal-karti tal-identità elettroniċi li kellha tkun determinata sal-aħħar ta' Frar, ġietx determinata favorevolment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha mhix determinata.

Ħamrun — tarmac fi Triq Eugenio Borg

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata għall-ewwel darba it-tarmac it-Triq Eugenio Borg fil-Ħamrun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Environmental Impact Assessments u feasibility study dwar cruise berths f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15366, jista' l-Ministru jgħid meta ngħata l-kuntratt lill-ECORYS BV għall-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid sa meta kellu/għandu jitlesta l-Environmental Impact Assessment skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — xogħlijiet fuq Triq Bergamott u Triq EB Vella

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta toroq bħal Triq Bergamott u Triq EB Vella fil-Mosta sejrin jingħataw wiċċ ġdid bil-qatran?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat lix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

Birgu — xogħlijiet fuq Triq San Lawrenz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm l-awtoritajiet konċernati biex issir Triq San Lawrenz, il-Birgu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li qed isiru l-aħħar arranġamenti ma' l-MRRA (Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali) biex dan ix-xogħol ikun jista’ jinbeda.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

applikazzjonijiet approvati ta' bus shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet approvati ta' bus shelters u għadhom ma twaħħlux? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għad hemm 45 bus shelters approvati u li se jitwaħħlu fix-xhur li ġejjin minħabba li qabel irid isir xogħol fuq il-bankini fejn ser jitwaħħlu.

speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn speed cameras? Fejn qegħdin? X'inhu l-speed għal kull waħda minnhom? Jista' jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet sabiex jitwaħħlu oħrajn? Jekk fl-affermattiv, fejn qegħdin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' speed cameras approvati minn Transport Malta huwa ta' ħdax għalkemm waħda minnhom bħalissa mhux imwaħħla. Barra minn hekk imbagħad hemm ħames applikazzjonijiet oħra pendenti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni l-oħra mitluba.

Reserved parking for residents

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet li għandhom reserved parking for residents? Liema huma t-toroq li huma parti minn dawk ir-reserved for residents? Jista' jgħid jekk kellux talbiet għal residents parking li ġew rifjutati? X'inhi r-raġuni wara kull rifjut?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

toroq li iridu jiġu asfaltati f'San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li numru ta' toroq fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar jiġu asfaltati għall-ewwel darba? Billi x-xogħol neċessarju jinsab fil-qalba tal-inħawi residenzjali, jista' jieħu l-passi biex dan ix-xogħol isir malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob l-Onor Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.

applikazzjoni għal-liċenzja tas-sewqan ta' opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dawr kemm kien in-numru ta' sidien ta' opri tal-baħar b'magna ta' 50 horsepower li applikaw biex jingħataw liċenzja tas-sewqan kemm ilhom li daħlu r-regoli ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' nies li applikaw biex tinħarġilhom liċenzja nawtika mid-data li ġiet ippublikata l-emenda tar-Regolamenti kien ta' 37.

liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen maħruġa mingħajr ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja tal-vetturi ta' mal-windscreen ħarġet bla ma sar ħlas, jew sar il-ħlas u ġiet riversjata kull sena mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjudin — nies li ma qagħdux għall-eżami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies li għandhom il-liċenzja tas-sewqan bil-kategorija miżjuda mingħajr ma qagħdu għall-eżami, mill-2006 sa 2009? F' kull każ x'kienet ir-raġuni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla, kulleġġ Santa Margerita — problema ta' għadajjar

Question

Peress li ilhom isiru rapporti kif ukoll diversi mistoqsijiet parlamentari, jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema ta' għadajjar kbar madwar il-kulleġġ Santa Margerita (G.Despott) Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex tittaffa l-problema in kwestjoni fil-ġranet li għaddew Transport Malta għamlet xogħol ta' manutenzjoni fuq il-culverts li hemm fit-triq imsemmija. Barra minnhekk Transport Malta għamlet ukoll numru ta' spezzjonijiet u qed tħejji pjanijiet għal aktar interventi fuq dawn il-culverts biex ikun żgurat li dawn iservu sew l-għan tagħhom.

Kulleġġ De La Salle — problema kbira ta' ilmijiet

Question

Peress li ilhom isiru rapporti kif ukoll diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-problema kbira ta' ilmijiet quddiem il-Kulleġġ De La Salle, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se ssir xi ħaġa sabiex din il-problema tiġi rranġata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li TM għamlet diversi spezzjonijiet fuq din it-triq partikulari. TM għamlet xogħol ta' manutenzjoni bħal tindif ta' manholes eżistenti peress li kienu mimlija weraq u ngħal u għalhekk seta kien hemm xi problema bl-ilmijiet fl-akwati. Ninsab infurmat ukoll li x-xogħolijiet se jsiru perjodikament.

Bormla — Triq P.P. Caruana - xogħlijiet fuq triq

Question

Peress li fi Triq P.P. Caruana Bormla bidlu s-servizzi tal-ilma tar-residenti, u peress li ngħata t-tarmac ukoll, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li wara kull ħalba xita, din it-triq tibqa' b'ħafna għadajjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li x-xogħol in kwestjoni kien sar mill-Water Services Corporation l-Onor. Interpellant għandu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - rakkomandazzjonijet lill-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4407 u ċioe: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 940 li skond dik ir-riposta l-Awtorità dwar it-Trasport kellha tistħarreġ x'impatt seta' kien hemm fil-każijiet li qed isemmi il-mistoqsija u skond l-istess risposta l-awtorità kellha tagħmel ir-rakkmandazzjonijiet tagħha lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, jista' jgħid x'kienu dawn ir-rakkmandazzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rakkomandazzjoni li saret lill-Kunsill Lokali tal-Mosta hija li r-road humps jerġgħu jitwaħħlu mill-ġdid.