Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13282 u jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn mindu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet fid-dekasteru tiegħi kif inhu llum ibbenefikaw minn €25.06 miljun ewro.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettal bl-informazzjoni mitluba.
konsulenti mal-Awtorità dwar it-Trasport — ħlasijiet u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13300 u jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport, kemm qed jitħallsu kull xahar u x’benefiċċji għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-data li saret il-mistoqsija kien hemm konsulent wieħed jaħdem ma’ dik li kienet l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) b’salarju ta’ € 1140.18 u expense allowance ta’ €93.18 fix-xahar. Huwa ukoll kopert b’kuntratt tal-mobile u linja fissa flimkien ma’ fuel allowance. L-Awtorità tipprovdilu wkoll health insurance.
Transport Malta Customer Care — Stencil Letters ta' refusal
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8461, jista' l-Ministru jispjega kif uffiċjali tal-Customer Care fi Transport Malta qed joħorġu stencil letters ta' refusal għal dawk in-nies li jagħmlu talba għall-kumpens totalment kuntrarju għal dak li għadu kif iddikjara l-Ministru stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta tevalwa kull talba għal kumpens li tirċievi u huwa fejn l-Awtorità jidhrilha li t-talba mhux ġustifikata li hija toħroġ "refusal". Ovvjament l-applikant ikun jista' joġġezzjona kemm ma' Transport Malta kif ukoll bil-mezzi l-oħra li tagħtih il-liġi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' muturi li hawn liċenzjati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? X'ċilindrata għandhom dawn il-muturi kif liċenzjati ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dwar roti li għandhom xi forma ta' magna
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' roti li għandhom xi forma ta' magna, li ġew reġistrati mal-awtorità responsabbli mil-land transport f'Malta? Kemm-il tip ta' reġistrazzjoni hemm għal dawk li huma roti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għal dawk li huma roti hemm tip wieħed ta' reġistrazzjoni, dak ta' "power assisted bicycles" u li minnhom hemm 779 reġistrati ma' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' karozzini li hawn reġistrati f'Malta u f'Għawdex rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi limitazzjonijiet dwar fejn jistgħu jaħdmu dawn il-karozzini kif liċenzjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' karozzini liċenzjati jammonta għal 111 li minnhom 4 huma liċenzjati f'Għawdex.
Ninsab infurmat ukoll li bħalissa l-uniku post fejn il-karozzini liċenzjati ma jistgħux jiċċirkolaw huwa fiċ-ċentru tal-Belt, Valletta; filwaqt li biex ikunu jistgħu jaħdmu fl-Imdina, ir-roti tal-karozzini u n-nagħal iridu jkunu miksijin b'materjal protettiv li ma jagħmilx ħsara lill-pavimentar.
Wied il-Għajn — xogħol strutturali biex titwessa t-triq
Question
Peress li l-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li jikri tomna u nofs raba' mingħand persuna privata f'Wied il-Għajn hekk kif tgħaddi r-Razzett tal-Ħbiberija u peress li l-Awtorità dwar it-Trasport għamlet xogħol strutturali biex titwessa' t-triq u fil-mori tax-xogħol qaċċtulu ħames siġriet tal-ħarrub (liema prodott tagħhom kien irendi introjtu) u warrbu għal fuq ir-raba' tiegħu gzuz ta' ħamrija b'mod li tilef il-wiċċ tar-raba' (u għalhekk ma setax jużufruwixxi mid-dħul li wieħed jinkassa mill-frott de quo), jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex lest jagħti kumpens għad-danni sofferti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta irreferiet il-każ lid-Dipartiment tal-Agrikoltura li qed jevalwa t-talba in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jbati b'diżabilità fl-ispina tiegħu, u jixtieq li jkollu no parking quddiem id-dar tiegħu minħabba l-istess diżabilità, iżda minħabba li dan għandu l-garaxx ħdejn il-bieb, in-no parking li jixtieq ma ġietx aċċettata kemm mill-Awtorità dwar it-Trasport, kif ukoll mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma fiex wasal il-proċess tal-ID Cards il-ġodda, issa li għadda ż-żmien li fih suppost l-Unjoni Ewropea kellha tagħtina jew tallokalna l-fondi meħtieġa? Jista' jikkonferma għaldaqstant meta se jibda dan il-proċess kif ukoll jagħti garanzija li l-proċess ikun intemm kollu sakemm tintemm din il-leġiżlatura fiż-żmien stipulat tagħha? Kemm-il darba l-fondi mill-Unjoni Ewropea mhumiex ġejjin, xi jfisser dan fil-prattika dwar dan il-proċess li diġà ilu żmien twil li waqa' lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma intitolati li jieħdu lura ħlas ta' reġistrazzjoni ta' vettura, wara li l-Gvern bidel il-liġi dwar ħlas ta' reġistrazzjoni, li ġabet traħħis tal-istess registration fee? Kemm hu l-ammont li hu kkalkulat bħala dovut lil dawn il-persuni? Meta hu mistenni li dan il-ħlas b'lura jsir u b'liema mod?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk jeżistux xi tip ta' kimiċi fil-bozoz energy savers, liema kimiċi huma valenużi, li jistgħu jkunu ta' detriment għas-saħħa ta' min qed jużahom meta dawk jinkisru fid-dar? Aktar dettalji dwarhom qed jingħataw separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-Trasport — passi kontra l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12725 u jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qed tieħu passi kontrihom minħabba li għamlu xogħol li kellu bżonn l-approvazzjoni tal-istess awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali huma:
1. Mdina
2. Naxxar
3. Attard
4. Birkirkara
5. San Ġiljan
6. San Ġwann
7. Żebbuġ Malta
8. Ħamrun
9. Kirkop
10. Luqa
11. Żurrieq
12. Birgu
13. Żabbar
14. Żejtun
15. Fgura
16. Floriana
17. Marsa
18. Marsaxlokk
19. Marsascala
20. Xagħra Gozo
21. Żebbuġ Gozo
F’dawn il-każijiet, id-Direttiva Ministerjali fir-rigward tax-xogħlijiet bla permess fuq it-toroq tapplika.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ċifra globali għall-fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14948 u 14051 u jgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa globali ta' fuel li tħallset matul l-2009 kienet ta' €170,535,604.50.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15377 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u xogħlijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jassigura li l-impjiegi li se jinħolqu se jkunu impjiegi ġodda u mhux impjegati imċaqalqa minn entitajiet bħall-Malta Information Technology Agency għal ma' Smart City? Jista' jikkonferma dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar fl-aħħar sena kemm ġew reġistrati noti ta' insinwa ta':
Bejgħ inter vivos
Dikjarazzjonijiet ta' eredità (causa mortis)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15527 u jgħid meta huwa ppjanat li Triq Ġużeppi Lanzon ġewwa Wied il-Għajn issir minħabba l-istat ħażin li tinsab fih din it-triq? Jekk mhux possibbli ssir għalissa jikkunsidra l-Ministru li jsiru ċerti tiswijiet li kemm jista' jkun inaqqsu l-periklu għax kien hemm persuni li waqgħu u weġġgħu minħabba l-istat li tinsab fih din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onor Interpellant mhix inkluża fil-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2006.
sidien tal-coaches — operators' licence mhux mġedda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15485 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-operators' licence tas-sidien tal-coaches mhux qiegħda tiġi mġedda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm numru ta’ Liċenzji ta’ Operatur li għadhom ma ġewx imġedda minħabba li l-operaturi konċernati għadhom ma ppreżentawx ċertifikat dettaljat maħruġ mill-Pulizija li juri li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ reputazzjoni u kondotta tajba kif stipulat fir-regolamenti 6(1)(a) u 9 tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda tikkorrispondi mal-awtoritajiet tal-Pulizija sabiex dan iċ-ċertifikat dettaljat ikun jista’ jerġa’ jibda jingħata lill-operaturi. Fil-frattemp, l-Awtorità bdiet iġġedded dawn il-Liċenzji b’mod temporanju.