Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm:
a) inċidenti stradali;
b) imwiet konsegwenza għall-istess inċidenti stradali;
kull perjodu ta' erba' xhur tul l-aħħar ħames xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' talbiet pendenti għall-istallazzjoni ta' pelican lights f'Malta u f'Għawdex? Kemm hemm talbiet li huma approvati li iżda, l-pelican lights għadhom mhux imwaħħla? Fejn jinsabu u x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar ġimgħat tlestew tliet pelican crossings u n-numru ta' pelican crossings li fil-preżent jinsabu għand Transport Malta biex jiġu implimentati huwa ta' tmienja.
Qed jiġu ppreparati tenders biex dawn it-tmienja isiru.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi fejn qegħdin dawn it-tmienja.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-mistoqsija parlamentari 4040 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur u nofs minn meta l-Ministru wieġeb li risposta se tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk issa jinsabx f'pozizzjoni li jindika progress fuq din is-sitwazzjoni fiż-żona ta' Landar Ħal Għaxaq li ilha pendenti għal 18-il sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 11379.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hemm pelican lights li huma diġa' approvati, u li ilhom approvati għal ċertu żmien, li iżda baqgħu qatt ma twaħħlu? Fejn jinsabu dawn id-dwal approvati u mhux imwaħħla? Meta hu mistenni li fil-fatt jitwaħħlu f'posthom u jinxtegħlu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati lokalità lokalità f’Għawdex sena b’sena mill-2007 ‘l hawn twelid, imwiet u żweġijiet? Jista’ jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet fl-istess perijodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu ta’ veloċità awtorizzat mill-Awtorità dwar it-Trasport fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn u meta dan il-limitu ġie stabbilit skond il-ligi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-limitu ta' veloċità awtorizzat minn Transport Malta fi triq ix-Xatt, Marsascala huwa ta' 30km fis-siegħa. Dan il-limitu ġie awtorizzat minn Transport Malta fil-25 ta' Awwissu 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ir-rapporti, l-istudji tekniċi li saru dwar it-triq ta' l-Għadira? Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ta' dawn ir-rapporti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq ir-rapporti, l-istudji tekniċi dwar it-triq tal-Għadira kienu ta' €20,229 u lira sterlina 30,362. Il-Konsulenti kienu l-MIA, il-Professur Kenneth Pye u Swansea Metropolitan University.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' talbiet għall-istallazzjoni ta' speed cameras? F'liema nħawi ta' Malta u Għawdex qegħdin it-talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport? Kemm hemm cameras approvati li għad iridu jiġu stallati u fejn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12059 u 10579 u jgħid kemm hawn postijiet fejn tipparkja l-vettura fit-toroq ta' Malta u Għawdex li ġew approvati mill-Awtorità dwar it-Trasport bħala bażi ta' parking wara talba minn kull kunsill lokali? Kemm minn dawn il-parking bays huma riservati? Jista' jagħti d-dettalji lokal b'lokal u kategorija b'kategorija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li normalment talbiet għal parking li jsiru mill-Kunsilli Lokali jsiru fuq bażi ta' parti minn triq partikolari jew it-triq kollha iktar milli fuq bażi ta' numru ta' parking bays. Minħabba f'hekk l-informazzjoni kif mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija ma teżistix.
Dwar in-numru ta' parking bays li huma risrvati qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq Porzjunkola, Triq il-Konventwali, Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, Triq Jean de la Cassiere (parti minnha) u Triq l-Insolja (Burmarrad), liema toroq illum huma kollha mimlija residenti, hux se jsiru matul l-2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Porzjunkola isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġ lil Transport Malta u skond il-prijorità ffissata.
Rigward Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, ninsab infurmat li dawn it-toroq mhux inklużi fil-lista ta' toroq li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fit-3 ta' Ottubru 2006.
Triq l-Insolja ma tagħmilx parti mill-lista ta' toroq li se jsiru fl-2010.
Rigward Triq Jean De La Cassiere, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13376.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod it-trasport tat-tfal tal-iskejjel tal-Gvern se jintlaqat mir-riforma fit-trasport pubbliku? Kif beħsiebu jaġixxi l-Gvern f’dan il-qasam? Dan it-trasport se jibqa' b’xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-trasport mingħajr skeda hu regolat bir-Regolamenti dwar is-servizzi ta' ġarr ta' Passiġġieri, pubblikati b'Avviż Legali 149 tal-2009, kif amendat. Rigward il-kuntrattur tat-trasport tat-tfal tal-iskejjel nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' speed cameras li hemm talbiet għalihom biex jitwaħħlu?
Fuq liema lokalitajiet saru dawn it-talbiet? Meta hu mistenni li jitwaħħlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba Nru. 15496. Rigward l-aħħar parti, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, l-policy dwar l-speed cameras qed tkun riveduta u għalhekk ma jistax jingħad meta hu mistenni li jitwaħħlu l-cameras li hawn talba għalihom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta x-xogħol fuq Triq l-Insolja , f'Burmarrad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat lix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skond il-prijorita' ffissata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bus shelters li twaħħlu matul l-aħħar ftit ġimgħat bejn Diċembru 2009 u llum?
Kemm hawn bus shelters approvati li għad iridu jitqiegħdu f'posthom, u fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Diċembru 2009 twaħħlu żewġ bus shelters, waħda fi Triq Ħal Luqa u l-oħra fi Vjal Sir Paul Boffa, it-tnejn f’Raħal Ġdid. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-bus shelters approvati u li għad iridu jitqiegħdu f’posthom.
Steering Committee dwar l-użu tal-Forti Sant Iermu
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-isteering committee jew group li ġie mwaqqaf dwar l-użu tal-Forti Sant Iermu? Meta ġie appuntat dan il-kumitat? X'xogħol sar s'issa minn dan il-kumitat? Kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumitat ta’ St Elmo ġie mwaqqaf fil-11 ta’ Frar 2009, u l-membri tiegħu huma dawn:-
Chris Paris
Claude Borg
Jesmond Schembri
Joe Magro Conti
Joseph Caruana
Joe Said
Mark Portelli
Martin Galea
Stephen Spiteri
Dan il-kumitat iltaqa’ ħames darbiet matul is-sena 2009, il-membri kienu qegħdin jistudjaw il-pjanti li ġew sottomessi lill-MEPA, għall-permessi kif ġej:-
PA02581/09
Valletta
Removal of Non-Historic Accretions &
emergency interventions.
PA3524/09
Valletta
Consolidation, Conservation and adaptive
re-use of Fort St Elmo
PA3526/09
Valletta
Consolidation, Conservation and adaptive
re-use of Carafa Enceinte
PA4340/09
Valletta
Consolidation and Conservation of Pinto
stores, Esplanade, Officers Qrts & Ditch
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Grand Harbour Regeneration Consortium? Liema huma r-rapporti u l-istudji li kkummissjona l-Grand Harbour Regeneration Consortium, isem b'isem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-Ministeru tiegħi ma għandux fir-responsabiltà tiegħu l-Consortium li qed isemmi l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-multi level car park li kellu jinbena fl-area ta' Santa Margerita, Bormla għadux fil-ħsieb tal-gvern? Jista' jgħid jekk qattx kien hemm il-ħsieb li dan il-proġett isir permezz tal-private public partnership?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, l-proġett tal-multi-level car park fl-area ta’ Santa Margerita f’Bormla għadu fil-ħsieb tal-Gvern u hemm ukoll il-ħsieb li dan il-proġett, meta jsir, isir permezz tal-Private Public Partnership.