Jista' l-Minsitru jgħid xi studju qed isir sabiex jiġi assigurat li bil-proġetti li se jsiru f'Bormla, ma jirriżultax li jinħoloq over crowding fl-istess lokalità?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-proġett li ser isir matul ix-xtut ta’ Bormla, Birgu u parti mil-Isla huwa ta’ natura ta’ tiżbieħ għall-ambjent eżistenti u huwa immirat ukoll biex jagħti żvog rikrejattiv lill-abitanti ta’ dawn il-lokalitajiet. Mhux mistenni li jkun hemm xi over crowding f’din iż-żona għaliex il-proġett ma jinkludiex postijiet ta’ natura kummerċjali. Madanakollu jien infurmat ukoll li Transport Malta għamlet studji u pjanijiet sabiex jiżdiedu il-postijiet ta’ parkeġġ matul it-toroq.
Chief Operations Officers — Awtorità ġdida tat-Trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li dettalji qed jintbagħtu separatament, li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Chief Operation Officer hijiex short listed għall-kariga ta' Chief Operation Officer fit-taqsima tat-toroq li se tkun stabbilità fl-Awtorità l-ġdida tat-Trasport (ATM)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Transport Malta m'hemm l-ebda persuna bl-isem li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta fil-fatt iżżomm informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri jkunu marbuta fl-ibħra Maltin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli , waħda minnhom turi il-bandiera ta’ dawn il-vapuri għal matul Diċembru 2009 u l-oħra turi d-daqs tagħhom.
B'referenza għall-fatt li fil-jiem li għaddew inqala' l-pavimentar ta' Triq San Kristofru, Valletta bejn Strada Stretta u Triq ir-Repubblika; tenut kont li dan kien l-uniku paviment oriġinali tal-Kavallieri li kien fadal fil-Belt Valletta; tenut kont li dan evidentement inqala b'aggeggi goffi u mhux bl-iskop li jitqiegħed f'postu; tenut kont li evidentement l-iskuża li nġabet wara, jiġifieri li kienu se jinbidlu xi mains tal-ilma u s-slabs oriġinali kienu se jintefgħu lura f posthom, jista' l-Ministru jgħid:
a) Għala nqalgħu dawn is-
slabs
?
b) Inkisrux xi slabs fil-proċess tat-tqattiegħ?
ċ) Jikkonfermax li s-slabs oriġinali kollha se jerġgħu jintefgħu f'posthom? Meta se jsir dan? Fejn tqiegħdu s-slabs fil-frattemp?
d) X'kien l-involviment tal-aġenzija Heritage Malta u s-sovraintendenza għall-patrimonju kulturali f'dan kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm huwa minnu li dan il-pavimentar huwa minn ta’ żmien il-kavallieri, dan kien fil-fatt inqala’ fl-1994 fejn kien sar xogħol ta’ tibdil fil-qlib tat-triq u kienu ukoll żdiedu l-bankini fuq kull naħa tagħha. Infurmat li ma ntużaw l-ebda aġġeġġi goffi sabiex jinqalgħu l-blokki tal-qawwi li kien hemm fit-triq u minflok intużat għodda tal-id li permezz tagħha dawn il-blokki setgħu jkunu llevati u b’hekk ma kienx hemm bżonn li jsir it-tqattiegħ li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant. Il-metodu li ntuża’ kien wieħed fejn il-blokki bdew jinqalgħu ringiela ringiela u jitqiegħdu fuq pellets immarkati b’numri sabiex imbagħad, wara li jsiru x-xogħlijiet meħtiega, jkunu jistgħu jitqiegħdu lura f’posthom. Fil-frattemp dawn il-blokki qed ikunu maħżuna fl-imħażen tar-Rehabilitation Project Office tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Jien infurmat li x-xogħol in kwistjoni kien meħtieġ li jsir għaliex il-parti tat-triq li nqalgħet kienet fi stat ħazin ħafna u nħasset il-ħtieġa li din tkun ristawrata filwaqt li jingħaddu s-servizzi kollha meħtieġa. Għal dan ix-xogħol ser jintuza biss ġebel tal-qawwi antik. Fil-każ tat-triq se jintuża dak li għadu kemm inqala’ fil-waqt li għall-bankini l-ġodda se jintuża ġebel antik tal-qawwi li għandu l-imsemmi Rehabilitation Project Office. Ix-xogħol kollu qed isir skont disinji u permessi approvati mill-MEPA.
Ninsab infurmat ukoll li x-xogħlijiet saru wara li nħareġ il-permess tal-MEPA wara li din wettqet il-konsultazzjonijiet normali inkluż mal-entitajiet kompetenti dwar is-salvagwardja tal-wirt storiku.
Jista' l-Ministru jiżgura li qabel isir kwalunkwe ċaqlieq fl-irmiġġ ta' qxur kbar tas-sajd ġewwa l-Port ta' Marsaxlokk fid-dħul tal-magħluq, isiru l-istudji marittimi opportuni minħabba l-kurrenti u r-riħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni u kontroll fuq kemm vapuri qed ikun hemm marbuta fl-ibħra Maltin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kien l-ammont ta' vapuri? Jista' jgħid x'kien id-daqs u ta' liema bandiera kienu l-vapuri marbuta fix-xahar ta' Diċembru 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14492.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11796 u jgħid kemm kien hemm complaints lill-Awtorità dwar it-Trasport minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq mis-sena 2006 sal-ġurnata tal-lum? Kemm minn dawn ingħataw refund u kemm minn dawn ġew rifjutati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-2006 sal-lum Transport Malta irċeviet 287 talba għal kumpens ta’ ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq. F’106 minn dawn l-Awtorità tablet iżjed kjarifiki mill-applikant. Mill-181 każ l-oħra, kien hemm 23 każ fejn l-Awtorità ħallset il-kumpens, 10 każijiet li kienu rifjutati u 148 każ li għadhom qed ikunu ikkunsidrati.
San Pawl il-Baħar — Veċċja - dawl tal-fanal tal-breakwater
Question
Jista' l-Ministru permezz tal-awtorità kompetenti jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veċċja , San Pawl il-Baħar jinxtegħel kemm jista' jkun malajr, issa li qed joqorbu sew ix-xhur tas-sajf?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet il-passi neċessarji sabiex id-dawl tal-fanal fit-tarf tal-breakwater tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar jissewwa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm preċiżament se timpjega nies Smart City u minn meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-kopja tal-kuntratt li sar bejn il-Gvern Malti u SmartCityMalta liema kuntratt kien approvat minn din il-Kamra fl-20 ta’ Marzu 2007.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Malta Communications Authority irċevietx ilmenti minn residenti fil-Kortin, jew mill-Għaqda tar-Residenti fil-Kortin, minħabba problema marbuta mal-antenni tal-mobiles f'dawk l-inħawi? Jekk irċeviet, kemm irċeviet? Meta rċeviethom? X'passi ħadet? Jekk saret xi investigazzjoni, x'kienu r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-awtorità irċeviet ilmenti min-nies differenti, residenti l-Kortin, kif ġej:
Matul is-sena 2009 l-ebda ilment Matul is-sena 2008, l-awtorità daħlulha 8 lmenti minn persuni differenti.
Matul is-sena 2007, l-awtorità daħlilha lment wieħed.
Matul is-snin 2003, 2004, 2005 u 2006, l-awtorità ma daħlilha l-ebda ilment ġdid.
Matul is-sena 2002, l-awtorità daħlulha 4 lmenti minn persuni differenti.
F’ kull każ, l-awtorità tindirizza l-ilment billi tagħti informazjoni u fejn ikun mitlub mill-individwi, anki sar kejl mir-residenza tagħhom. Dan isir sabiex ikun aċċertat li l-emissjonijiet elettromagnetici li jarmi dan l-apparat, huma konformi mal-livelli stabbiliti fil-liġi u fil-liċenzji ta’ l-operaturi.
Sussegwement, l-awtorità tibgħat rapport bir riżultati lil min ikun għamel l-ilment kif ukoll lid-dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika. Sinteżi tar-riżultati tal-kejl tiġi ppublikata ukoll fil-
website
ta’ l-awtorità,
L-ebda kejl ma rriżulta li qabeż l-livell massimu hekk kif irrakmandat mill- ICNIRP (International Commission on Non-Ionising Radiation Protection) relevanti għall-pubbliku
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender għax-xogħlijiet li għandhom isiru fic-Ċirkewwa inkluż it-terminal, ħarġitx? Jekk ħarġet meta? Jekk le, meta mistennija toħroġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender in kwistjoni mistenni li jinħareġ wara d-dokumentazzjoni li ġiet preparata tkun approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
bays quddiem ħwienet bil-kliem loading u unloading
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15822 u jgħid jekk bays quddiem ħwienet bil-kliem loading/unloading humiex regolari u legali jekk ma jkunx hemm ukoll tabella li tgħid loading/unloading?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellha s-sussidju fuq it-telephone maqtugħ? Jista' jara x'ġara u jirakkmanda lil din il-persuna x'tagħmel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Peress li fil-media ġie rappurtat li l-mina ta' Tignè għaddiet mingħand il-MIDI lill-gvern sentejn ilu, jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli din il-mina tinfetaħ għat-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm huwa s-salarju u/jew onorarja, u benefiċċji oħra relatati mal-karigi ta' chairman u kap eżekuttiv, f'awtoritajiet, aġenziji u korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Marsaxlokk — Triq Santa Katerina - tneħħija ta' road humps
Question
Jista' l-Ministru jgħid min għamel talba ma' l-Awtorità tat-Trasport biex jitneħħew road humps fi Triq Santa Katerina Marsaxlokk? Jista' jgħid meta l-awtorità tat l-approvazzjoni tagħha jekk kien hemm tali talba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba biex jitneħħew road humps fi Triq Santa Katerina, Marsaxlokk. Infurmat ukoll li lanqas m'hemm approvazzjoni għal twaħħil ta' road humps f'din it-triq.
Mosta — traffic barriers ħdejn il-ground tal-logħob
Question
Jista' l-Minsitru jara li la darba x-xogħlijiet fuq gandott li kien qed isir madwar il-ground tal-logħob fil-Mosta, huma lesti, jitneħħew it-traffic barriers li kien hemm fit-toroq u li qed joħolqu inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mwiet li seħħew fit-toroq tagħna riżultat ta' inċident tat-traffiku? F'liema toroq u lokalitajiet saru dawn l-inċidenti fatali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.