Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema li huma kkwalifikati bħala Early Years li telgħu jgħallmu Għawdex għax kien hemm bżonn KGEs u wara sena qalbu għal primary teachers u ħadu post teachers li kien imisshom jitilgħu humu minn Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda għalliema li ġabu l-kwalifika tal-Early Years u telgħu jgħallmu klassijiet tal-Kinder u wara sena qalbu Primarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema (Primarja/Medja, LSEs u KGEs) li talbu għal deployment?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 1877 talba għal deployment. Ninsab infurmat li talbiet simili jsiru kemm mill-individwi nfushom kif ukoll minħabba esiġenzi speċifiċi fi skejjel, kulleġġi jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn.
Billi issa għaddew bosta xhur minn mindu l-parkeġġ ta’ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra kellu jibda jintuża mill-pubbliku, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha dan l-istess parkeġġ għadu mhux qed jintuża? Ma’ min saru d-diskussjonijiet biex il-parkeġġ jinfetaħ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi entità oħra hux qed joġġezzjonaw biex iż-żewġ livelli tal-parkeġġ (għal madwar 400 karozza) jibda jintuża? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jekk mhux il-każ, għaliex l-istess Ministeru li bena l-iskola u l-parkeġġ, mhux qed joffri dan l-ispazju għall-użu tal-pubbliku? Jista’ jikkonferma li hemm/kien hemm diffikultajiet dwar aċċessibbilta u ingress ta’ ilma fl-istess parkeġġ? Jista’ jikkonferma li għad jonqos joħroġ compliance certificate mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel il-parkeġġ ikun jista’ jintuża mill-pubbliku? Jekk dan hu minnu, fiex wasal dan il-proċess? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hi d-data l-ġdida li fiha issa dan il-parkeġġ ser ikun miftuħ għall-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward l-użu tal-parkeġġ tal-iskola mir-residenti, ġew fi tmiemhom id-diskussjonijiet neċessarji mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u ser jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel primarji u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Skejjel Medji u Sekondarji – ingaġġ ta’ għalliema regolari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel medji u sekondarji u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Malti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 621 u jgħid x'baġit allokat hemm għal SkolaSajf?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni tal-baġit għal SkolaSajf 2022 kien dak ta’ €5,000,000 u li minnu gawdew ’il fuq minn 10,500 student imqassmin fl-iskejjel tal-Istat madwar Malta u Għawdex. Ta’ min jinnota li, waqt li fl-aħħar sentejn is-servizz kien affettwat drastikament bil-pandemija tal-COVID-19, din is-sena l-ammont ta’ tfal parteċipanti żdied konsiderevolment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jsiru xi bidliet fil-programm tal-GEM16+?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2085, ninfurmah li m'hemm l-ebda pjan li jsiru bidliet fil-programm tal-GEM16+.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsiru xi tibdiliet fil-programm tal-ALP f'Raħal Ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-iskola għaddejja bi proċess ta’ reviżjoni tas-sillabi bl-iskop li jinżamm il-livell ta’ eċċellenza fl-aspetti prattiċi kif ukoll teoretiċi tal-programm. Għaldaqstant għas-sena skolastika li jmiss m’hemmx pjanat tibdil fil-programm.
Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk il-Psychological Reports tal-istudenti li jattendu f’Ċentri ta’ Riżorsi jingħatawx lill-ġenituri? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x'inhi l-prassi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti psikoloġiċi li jsiru mill-psikologi li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jingħaddew lill-ġenituri tal-istudent/a.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-eleġibilità mitluba minn għalliema u LSEs li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibbiltà mitluba minn għalliema u LSEs li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi huma l-istess bħalma huma ta’ dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-mainstream.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ingħatax direct order ta' €118,800 biex tinxtara s-sistema tal-FOBS għall-istudenti? Jekk iva, jista' dan it-tender jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha studenti jsegwu programmi u korsijiet l-American University of Malta (AUM) fis-sena skolastika 2019/20, 2020/21 u 2021/22?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti nformazzjoni dwar in-numru ta’ studenti f'l-ebda istituzzjoni privata, inkluż din msemmija. Dan għaliex din hija informazzjoni ta' entita privata, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-American University of Malta (AUM) qattx kienet soġġetta għal xi awditjar? Jekk iva, liema kienu u jekk jistax ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università Amerikana ta’ Malta kienet soġġetta għal verifika tal-Assikurazzjoni ta’ Kwalità esterna skont S.L.607.03, Artikolu 38 (I). Iż-żjara tal-verifika tal-EQA saret bejn it-13 u l-15 ta’ Ottubru 2020. Ir-rapport tal-EQA ġie ppubblikat f’Lulju tal-2021.
L-Università Amerikana ta’ Malta għaddiet ukoll minn verifika tal-kwalità tal-programm bħala parti mill-kundizzjonijiet għal-liċenzjar tagħha. It-tieni verifika tal-EQA ser tikkonsisti f’verifika tal-kwalità tal-programm tal-korsijiet kollha li jkunu ntemmu sar-raba’ sena tal-operat, kif ukoll tal-proċessi tal-operat u r-riżultati tal-Iskola, tal-Istudji u r-Riċerka tal-Gradwati. Iż-żjara tal-verifika tal-programm saret bejn is-27 u d-29 ta’ April 2022. Dan ir-rapport għadu qed jitħejja.
American University of Malta – lectures full-time u part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha letturi full-time u part-time l-American University of Malta (AUM) għas-sena akkademika 2021/22?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti nformazzjoni dwar in-numru ta’ letturi f'l-ebda istituzzjoni privata, inkluż din msemmija. Dan għaliex din hija informazzjoni ta' entita privata, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.
MCAST – Vakanzi fil-gradi ta’ Director u Deputy Director
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1498 u jipprovdi kopja tal-vacancy forms kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti għall-gradi ta' Director u ta' Deputy Director fl-MCAST minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif miġbur huwa kollu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — Vakanzi fil-gradi ta’ Director u Deputy Director
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1499 u jipprovdi lista tar-requirements għall-gradi ta' Director u Deputy Director għall-vacancies kollha li ħarġu għal dawn il-gradi minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022? Xi kwalifiki kellha kull persuna li ġiet magħżula għal kull vacancy li ħarġet minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022 għall-gradi ta' Director u Deputy Director?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-management ta’ SportMalta, inkluż tal-Kap Eżekuttiv, diretturi u kapijiet tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt SportMalta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-karigi u l-ħlasijiet li jirċievi l-maniġment ta’ SportMalta hu kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.