Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li għadhom iridu jitħallsu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx kumpaniji lokali li għad għandhom jitħallsu xi somom relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet jew mat-terminazzjoni tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Awditur Ġenerali/CFR - Verifiki

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk sarux verifiki mill-Awditur Ġenerali jew mill-Kummissarju għat-Taxxa (CFR) dwar il-konformità fiskali tal-kumpaniji mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Segretarjat għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34159 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt d-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34160 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Sena 2024 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema Outsourced

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (outsourced) sabiex jaħdmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll jindika: i.    f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati; ii.    x’tip ta’ xogħol qed iwettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.); iii.    in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u iv.    l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Amministrazzjoni ma tingaġġax ħaddiema outsourced, imma tixtri servizzi permezz ta’ proċessi approvati  ta’ procurement.

CEOs u/jew Chairpersons - Ħlas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252 u 34429 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Qligħ Annwali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

ARUC – Rapport Annwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 34136 u 34263 dwar ir-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), fejn ġie mwieġeb li “r-rapport operattiv annwali ġie mħejji mill-Awtorità skont kif previst fil-Kap. 628 tal-Liġijiet ta’ Malta.”, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport annwali tal-istess Awtorità, u li jinkludi wkoll il-baġit allokat mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 34263.

ARUC - Nefqa għal riklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138, 34296 u 34475 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaż-Żabbar – Triq Villabate – Enumerazzjoni tad-djar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-djar fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar jingħataw numru tal-bieb u jekk le, għaliex?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li li Triq Villabate f’Ħaż-Żabbar qiegħda fil-pjan li tiġi nnumerata. Għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali biex flimkien tinstab soluzzjoni ideali kif għandha tiġi nnumerata minħabba l-fatt li l-konfigurazzjoni tat-triq u l-ammont kbir ta’ għelieqi jitolbu iktar attenzjoni.

AUM - Parkeġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Taxxi/kontribuzzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx xi taxxi jew kontribuzzjonijiet pendenti li għadhom mhux imħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji konċernati mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Awtoritajiet tat-taxxa - Rendikonti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk ġewx sottomessi rendikonti lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar il-ħlasijiet kollha relatati mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji reġistrati għall-VAT

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet kinux reġistrati għall-VAT f’Malta, jew jekk sarux ħlasijiet lill-entitajiet reġistrati barra minn Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk il-ħlasijiet kollha magħmula mill-Gvern fil-kuntratt tal-isptarijiet kinux jinkludu VAT jew le? Jekk iva, x’kien l-ammont totali ta’ VAT imħallas?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT li ġie fatturat u/jew imħallas

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhu l-ammont ta’ VAT li ġie fatturat u/jew imħallas relatat mal-kuntratt tal-isptarijiet tul is-snin tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Kuntratt tal-isptarijiet - VAT - Differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlasijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kienx hemm każijiet fejn instabu differenzi jew nuqqasijiet fil-ħlas ta’ VAT jew taxxi oħra mill-kumpaniji fil-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .