Jista' l-Ministru jara li jkun hemm dawl fi Triq 8 ta' Diċembru f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li ir-responsabbilita ta’ liema toroq residenzjali jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali u lill-Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali.
Il-Korporazzjoni Enemalta ma’ rċeviet l-ebda talba minn dawn iż-żewġ entitajiet biex tigi nstallata bozza fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza li tagħti lejn id-djar mal-arblu tad-dawl li hemm fi Triq l-Immakulata f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilita ta’ liema toroq residenzjali jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali u lill Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali.
Il-Korporazzjoni Enemalta ma’ rċeviet l-ebda talba minn dawn iż-żaewġ entitajiet biex tiġi nstallata bozza fit-triq imsemmija mill Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-post ta' executive tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li sa ftit ilu kien jokkupa ta' executive distribution, fejn llum applika għall-postijiet oħra, u wara 34 sena mal-kumpanija Air Malta fejn kważi kien ilu hemm minn mindu twieldet, spiċċa f'kamra ma jagħmel xejn u ma jitkellem ma ħadd? Jista' jgħid għaliex qed isiru dawn l-inġustizzji flagranti fl-Air Malta? Se jieħu azzjoni biex jjirrimedja dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li bir- ristrutturar li sar u li qiegħed isir fl-Air Malta, din il-pożizzjoni msemmija ma’ baqatx fis-seħħ u il- persuna kkonċernata ġiet mgħarrfa b’dan it-tibdil.
Bħala riżultat ta’ dan, huwa applika għal numru ta' pożizzjonijiet fi ħdan il-Kumpanija u sfortunatament ma kienx ta' suċċess fl-applikazzjonijiet tiegħu.
Għalhekk fil-jiem li ġejjin din il persuna ser tingħata l-“
Early Retirement”
skont l-applikazzjoni tiegħu
Peress li r-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha mingħajr servizz ta' konnessjoni tad-drenaġġ u għadhom bil-fossa, jista' l-Ministru jara x'hemm bżonn isir biex dan is-servizz jibqa' jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li l-imsemmija residenza ma tistax tqabbad mas-sistema eżistenti tad-drenaġġ. Dan minħabba li l-pendil ta’ l-isqaq huwa wieħed negattiv (bil-kontra) komperat mat-triq. Din ir-residenza u oħrajn bla drenaġġ, qegħdin fil-parti ta’ ġewwa fejn l-art titbaxxa.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36908, 36809 u 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36907 u 36768 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36906 u 36767 u jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qiegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu? Kemm hi l-ispiża ta' kull sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36905 u 36766 u jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għamel użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati ? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36897 u jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm il-term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħalsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36911 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji u jpoġġi fuq il-Mejda Kamra l-kuntratt li bih il-gvern se jakkwista l-Isptar Saint Philip's?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37112.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet l-ARMS Ltd bejn Ottubru 2010 u Diċembru 2010, matul l-2011 u fl-ewwel disa' xhur tal-2012, xahar b'xahar bmod separat, permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntatti min-naħa tal-konsumaturi jinkludu talbiet għall-informazzjoni ġenerali dwar kontijiet li jirċievu l-klijenti, talbiet għal servizzi ġodda jew addizzjonali, ilmenti dwar ħsarat u affarijiet oħra relatati mas-servizzi tad-dawl u tal-ilma.
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li bħal ma sar f'każijiet oħra simili, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet ingħatat plot industrijali f'Ħal Far u liema plot kien ittieħed lura, jingħata plot alternattiv fl-area industrijali ta' Ħal Luqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-każ imsemmi imur lura għas-snin 1998 meta ġie allokat l’art f’Hal Far u l-2004 fejn il-Malta Enterprise, f’ittra datata 2 ta’ Frar 2004, kienet irrimbużat lill-klijent id-depozitu imħallas sabiex jibda jopera mill-art allokata. B’hekk il-każ ġie ikkunsidrat legalment magħluq.
Għaldaqstant, u kif sar f’każijiet simili, il-klijent għandu jerġa japplika b’mod uffiċjali kif jirrikjedu l-proċeduri tal-Malta Enterprise, fejn il-proġett tiegħu ikun jista’ jiġi evalwat fuq il-kriterji stabbiliti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie sospiż id-dawl b'kawża ta' ħsarat fil-power station xahar b'xahar bejn Jannar u Settembru 2012? Liema kienu l-bliet u rħula? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kalkoli mill-Gvern Malti u l-prezz tad-dawl li se nixtru minn Sqallija jew l-Italja fejn se jkunu imqabbdin mal-grid huwiex se jkun iktar għoli mill-prezz tad-dawl kif qegħdin nixtruh illum jew irħas?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34523.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-cable tad-dawl li se nqabbdu mal-grid Ewropew huwiex se jkun biżżejjed biex iforni lil Malta u Għawdex kollu bid-dawl jew jekk dan huwiex se jforni biss parti mill-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Għargħur — Triq Santa Katarina - spiera tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36806 u 36358 u jara x'jista' jsir peress li fi Triq Santa Katarina, Għargħur allegatament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux dejjem jieħdu ħsieb ibattlu l-ispiera tad-drenaġġ bil-konsegwenza li meta tfur, id-drenaġġ joħroġ fit-triq u kull meta l-kunsill jinduna li qed isir hekk, ninsab nfurmat li jgħarrfukhom dwar dan sabiex tibagħtu l-bowser? Hemm xi pjanijiet biex l-ispiera titqabbad mal-main tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tagħmel ħilitha sabiex din il-fossa titbattal b’mod regolari. Qed isir studju neċessarju sabiex tiġi installata pompa f’din il-fossa u t-tbattil isir b’mod awtomatiku.