Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pjanijiet Lokali ta’ Malta u Għawdex – proċess ta’ reviżjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6083 tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Local Plans ta’ Malta u Għawdex, fejn dakinhar kien ġie mwieġeb li "x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti", jista’ l-Ministru jgħid x'sar f'dawn is-snin u jekk il-Local Plans ta' Malta u ta' Għawdex humiex se jiġu riveduti matul is-sena 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għaddejja bi studji varji, meħtieġa għal reviżjoni tal-Local Plans.

Palazz ta’ Selmun — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8670 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat imsemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa, u allura applikazzjonijiet PA4631/93, DS00130/18 u DS00246/20, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8548 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Final Opinion on works carried out by the Government in Comino” datat 18 ta’ Mejju 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għall-kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. Tant hu hekk, li fid-dawl ta’ żviluppi ġodda wara li ħarġet l-Opinjoni Finali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ikkunsidrat ir-rakkomandazzjoni u qiegħda timplimentahom.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8549 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: unfair treatment by the Planning Authority in the processing of a minor amendment” datat 7 ta’ Ottubru 2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għal kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. F’dan il-każ l-Awtorità ma qablitx mal-interpretazzjoni ta’ kliem tekniċi li ppubblika l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-Opinjoni Finali, peress li dawn l-interpretazzjonijiet kienu ilhom jiġu attwati minn meta ġiet iffurmata l-Awtorità tal-Ippjanar u ġew konsolidati u kkonfermati f’diversi deċiżjonijiet tagħha.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8550 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following an alleged irregular approval of a structure on a pavement in Sliema” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għal kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. F’dan il-każ l-Awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet dwar din l-applikazzjoni bl-istess mod li ddeċidiet dwar bosta applikazzjonijiet simili.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8551 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: complaint following the rejection of representations by the Planning Authority” datat 7 ta’ Diċembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-każ jirreferi għall-istadju ta’ meta l-applikazzjoni tkun waslet quddiem il-Bord għad-deċiżjoni. Din il-proċedura ilha stabbilita minn mindu ġiet iffurmata l-Awtorità tal-Ippjanar fl-1992. L-Awtorità tal-Ippjanar tħoss li s-sistema tagħti biżżejjed lok u opportunità biex rappreżentazzjonijiet bil-miktub jiġu mressqa għall-kunsiderazzjoni tal-Bord.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8552 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendation not implemented: Investigation following a complaint alleging irregular acceptance of a development in St Julians” datat 17 ta’ Jannar 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull rakkomandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman tiġi mixtarra sew, inklużi dawk li għal xi raġuni jew oħra ma jiġux implimentati, għall-kuntrarju ta kif qed tagħti l-impressjoni din id-domanda. Tant hu hekk, li fid-dawl ta’ żviluppi ġodda wara li ħarġet l-Opinjoni Finali tal-Uffiċċju tal-Ombudsman, l-Awtorità tal-Ippjanar reġgħet ikkunsidrat ir-rakkomandazzjoni u qiegħda timplimentahom.

Awtorità tal-Ippjanar – ċertifikat ibbażat fuq design rating tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7692 u 8214 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6762 u b’referenza għall-Avviż Legali 47 tal-2018 li jittrasponi d-Direttiva tal-UE 2010/31/EU dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u li jdaħħal fis-seħħ it-tali dispożizzjoni, peress li l-Artikolu II tad-Direttiva tal-UE jagħmilha ċara li għal kull binja ġdida li tinbena huwa meħtieġ ċertifikat fl-użu tal-enerġija, u peress li l-artikolu 14(3) tal-Avviż Legali 47 tal-2018 ikompli jelabora dwar ir-rekwiżiti, u peress li l-ebda wieħed mill-Avviżi Legali msemmijin fit-tweġiba tal-Ministru ma jidhru li jemendaw id-dispożizzjoni li titlob ċertifikat fl-użu tal-enerġija, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6762 u jgħid għaliex it-tali ċertifikat mhuwiex qiegħed jintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8510, ladarba hija identika.

Ix-Xgħajra – Triq ix-Xatt (Żona tal-Milord) — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru jew huma previsti li jsiru fi Triq ix-Xatt, fix-Xgħajra, fil-parti magħrufa aħjar bħala Tal-Milord?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar m’għandu l-ebda talba biex isiru xogħlijiet fiż-żona msemmija.

San Ġiljan u Tas-Sliema – enforcement notices pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8185 dwar l-enforcement notices pendenti ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-timeframes biex l-Awtorità tmexxi fuq dawn l-enforcements? Jista’ jgħid jekk għandux ordni biex isegwi dawn l-enforcement notices? Jekk le, x’qed iżomm l-Awtorità biex tmexxi fuqhom dawn l-enforcement notices?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-Awtorità tal-Ippjanar taġixxi kif stabbilit fl-Att dwar l-Ippjanar. Huwa minnu wkoll li entitajiet regolatorji oħra jistgħu jieħdu azzjoni diretta skont il-liġi rispettiva tal-entità u skont xi jkun il-każ.

Awtorità tal-Ippjanar – ċertifikat ibbażat fuq design rating tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7692 u 8214 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6762 u b’referenza għall-Avviż Legali 47 tal-2018 li jittrasponi d-Direttiva tal-UE 2010/31/EU dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u li jdaħħal fis-seħħ it-tali dispożizzjoni, peress li l-Artikolu II tad-Direttiva tal-UE jagħmilha ċara li għal kull binja ġdida li tinbena huwa meħtieġ ċertifikat fl-użu tal-enerġija, u peress li l-artikolu 14(3) tal-Avviż Legali 47 tal-2018 ikompli jelabora dwar ir-rekwiżiti, u peress li l-ebda wieħed mill-Avviżi Legali msemmijin fit-tweġiba tal-Ministru ma jidhru li jemendaw id-dispożizzjoni li titlob ċertifikat fl-użu tal-enerġija, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6762 u jgħid għaliex it-tali ċertifikat mhuwiex qiegħed jintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li r-Regolament 14 subartikolu (3) tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 623.01 iqiegħed ir-responsabilità biex jinkiseb ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq is-sid.

Xatt tax-Xgħajra — xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5068 dwar xogħol fix-Xatt tax-Xgħajra, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsab dan ix-xogħol?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li sal-lum twaħħlu 33m tul ta’ railing li nħadem ġdid, filwaqt li nqala’ 45m ieħor ta’ railing li wara li nqala’ u ssewwa, ġie ggalvanizzat u bħalissa qiegħed jingħata l-powder coating.

Ingaġġ ta’ persuni għal servizzi ta’ fotografija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li l-Ministeru nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ma ngaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time. Minn żmien għal żmien il-Ministeru jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u parti minn dawn jinkludu il-fotografija. Għal dawn it-tip ta’ servizzi kollha, mhux fotografija biss, l-ispiża totali minn Jannar 2022 sa’ Marzu 2023 kienet ta’ €13,200.

Palazz ta' Selmun — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8675, peress li hija identika.

Palazz ta' Selmun — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sena l oħra l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni waħda hekk kif inhu inidikat: · Numru ta’ applikazzjoni: PA 3420/22 · Proposta: Restoration of facades including courtyard, roof structures and bellcote, removal of cement tiles from roof and installation of new roof screed including new rainwater catchment system and installation of external lighting at Selmun Palace, Mellieha. · Applikant: Selmun Palace Hotel Co Ltd. (Ministry of Finance) · Permess: Approvat fis-6 ta’Jannar 2023

Selmun Palace Hotel — applikazzjonijiet - xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat msemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq is-Selmun Palace Hotel u allura applikazzjonijiet PA0719/99, PA6825/95 u PA2568/01, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.

Selmun Palace Hotel — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti bex isir xi żvilupp jew xogħol fuq is-Selmun Palace Hotel, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti fuq s-sit imsemmi.

Selmun Palace Hotel — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq is-Selmun Palace Hotel, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 8673, peress li hija identika.