Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142, 14231 u 14961, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrespittivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

Ministeru għat-Turizmu u l-Indafa Pubblika — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Settur tal-għadis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-infiq mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għadis bejn l-2021 sal-aħħar tal-2023, maqsumin bit-tip ta’ spiża u l-valur, kemm kapitali kif ukoll rikorrenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-vot jew pjanijiet għal tali inizjattivi għall-2024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infiq fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għads bejn 2021 u 2023 kien is-segwenti: Sena MTA ITS 2021 € 280,550 €28,538 2022 €690,442 €13,536 2023 €208,297 €9,532 Dan l-infieq kien marbut fost l-oħrajn mal-idraftjar u l-pubblikazzjoni tal-istrateġija tad-diving, l-iscuttling tal-P33 u l-MV Hephaestus, it-twaqqif taċ-Ċirkewwa Marine Park, il-manutenzjoni u upgrading tal-infrastruttura tad-diving u l-ispiża fuq l-International School of Diving Safety and Medicine. Matul din is-sena l-MTA se tkompli tinvesti fil-prodott tal-għads skont kif hemm ippjanat fl-istrateġija għal din l-industrija li ġiet imnedija fl-2022. Se tibqa’ ssir ukoll ħidma ma’ Nature Trust biex ikompli ix-xogħol u l-immaniġjar taċ-Ċirkewwa Marine Park. Min-naħa tal-ITS bħalissa hemm 16-il student irreġistrat għal Bachelor of Science in Diving Safety Management.

ITS – Ftehim Kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-collective agreement (inkluż dak finanzjarju) li qed jiġi affettwat bħalissa bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-ITS?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda collective agreement bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-ITS.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15177.

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Proġett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14904, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-applikazzjonijiet DNO (jew applikazzjonijiet oħra mal-Awtorità tal-Ippjanar) relatati mal-proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid jekk dawn l-applikazzjonijiet ġewx deċiżi u x'kienet id-deċiżjoni għal kull wieħed minn dawn id-DNOs? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-istess applikazzjonijiet? Jista' jgħid ukoll jekk ix-xogħol li ser isir hux skont l-istess permessi nkella hux ser isir xogħol ieħor li ma jeħtieġx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk ser isir xogħol ieħor li ma jeħtieġx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, jista' jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14512, ninfurmaha li fl-2021, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu kienet applikat għal DNO (DN00531/21) li ġiet approvata fl-14 ta’ Ottubru 2021 biex tagħmel tisbiħ mill-bankina li tinsab biswit Triq San Publiju kantuniera ma’ Triq San Frangisk, ġewwa San Pawl il-Baħar. Eventwalment ittieħdet deċiżjoni li jsiru iktar emendi fuq il-proġett. Ix-xogħlijiet li li qed jiġu implimentati huma xogħlijiet ta’ manutenzjoni u jikkonsistu f’tibdil ta’ railings, tibdil ta’ dawl, għamara urbana ġdida kif ukoll tibdil fil-pavimentar.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni disponibbli ma kienx hemm Deputati tal-Oppożizzjoni li fil-perjodu msemmi minnu li kienu impjegati mal-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Fil-każ tal-ITS, din id-domanda mhux possibbli li tiġi mwieġba għaliex dokumenti/files ta’ qabel ’l 2013 relatati ma’ accounts, pagamenti u Procurement baqgħu qatt ma nstabu.

Kummissarju tal-Films – Allowance ta’ safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14571 u 15455 u jgħid kemm għandu allowance ta’ safar il-Kummissarju tal-Films li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jagħti rendikont ta’ infiq fuq safar li għamel madwar id-dinja fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116, 12664, 12995, 13193, 13466, 13709, 13954, 14091, 14216, 14664 u 15457 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra

Mediterrane Film Festival: The Golden Bee Awards — Luxury Board u VIPS Abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195, 13464, 13707, 13924, 14093, 14218, 14665 u 15458 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194, 13465, 13708, 13923, 14094, 14219, 14666 u 15459 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba tinsab f’dawn it-tabelli. Uffiċjali Pubbliċi fil-Ministeru Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 53 Part-Time 0 Flexitime 4 Flexiweek Reduced Hours 6 Extended Remote Working 12 Remote Working 18 Entitajiet/Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru CMD ITS MCC MFC MTA TZRA Full Time(jinkludu ukoll dawk li jaħdmu bir-reduced hours) 637 173 28 11 166 8 Part-Time 0 30 0 0 3 0 Flexitime 1 61 169 7 Flexiweek 1 Reduced Hours 1 1 1 11 Extended Remote Working 7 29 Remote Working 9 65 7

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gven għal kull Procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Gejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Intepellant, tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tagħrif qed jinġabar.

Kummissarju tal-Films – Allowance ta’ safar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14571 u jgħid kemm għandu allowance ta’ safar il-Kummissarju tal-Films li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jagħti rendikont ta’ infiq fuq safar li għamel madwar id-dinja fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kummissarju tal-Films

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14572 u jgħid jekk hux ser jiġi appuntat Kummissarju tal-Films ġdid jew le minħabba li t-term tal-Kummissarju tal-Films ittermina f’Diċembru tal-2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14572.