Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha kawżi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Qorti tal-Appell matul dawn l-aħħar sentejn u kemm minn dawn tilfet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-kejl ġust li jintuża mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta l-istess awtorità titlob li jkun mibni ħajt tas-sejjieħ u titlob li l-ħajt għandu jkun għoli tant filatti jew tant metri?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istruttura tal-ħitan tas-sejjieħ hija protetta mir-Regolamenti tal-1997 dwar Ħitan tas-Sejjieħ u Strutturi Rurali (Konservazzjoni u Manutenzjoni), Avviż Legali 160 ta' L-1997, kif amendat b'Avviż Legali 169 tal-2004. Filwaqt li dawn il-liġijiet ma jirregolawx l-għoli tal-ħitan tas-sejjieħ, jipproteġu il-forma tagħhom bħala parti mis-sbuħija tal-karattru tal-pajsaġġ rurali. Għaldaqstant il-MEPA tinkoraġġixxi li l-għoli tal-ħitan jibqa dak eżistenti u predominanti tas-sit.
L-Ordni ta’ l-2007 dwar in-Notifikazzjoni dwar żvilupp, Avviż Legali 115 ta' L-2007, tistipula l-għoli massimu tal-ħitan tas-sejjieħ fi Klassi 2 1(iii), ċioe ta' 1.2 metru ’il fuq mil-livell tal-ħamrija fuq iż-żewġ naħat jew fil-każ ta’ livelli differenti fuq art bi ħbula mtarrġa, għoli ta' 1.2 metru ’l fuq mill-ogħla livell tal-ħamrija u 2.4 metri mil-livell l-aktar baxx tal-ħamrija.
Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeview ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Ministru ikkonferma mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li irċevew ilmenti dwar irwejjaħ li allegatament qed joriġinaw mill-impjant f’ Ta’ Barkat. Ma ġew imressqa l-ebda ilmenti dwar ħsejjes lill-KSI jew għand il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.
Il-Ministru infurmat wkoll li l-KSI qegħda f’kuntatt kontinwu mall-Kunsill Lokali tax-Xgħajra biex tidentifika aħjar, l-oriġini ta’ dawn l-irwejjaħ. Il-KSI stqarrew li diġa bdew jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ matul it-trasport. Fil-frattemp il-KSI qegħda tevalwa xi miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex dawn l-irwejjaħ jiġu ikkontrollati aħjar fuq l-impjant u fl-iqsar żmien possibli. Il-MEPA ukoll se tevalwa il-proposti tal-KSI biex dawn jiġu implimentati bħala parti mill-obbligi tal-permess ambjentali li qed jiġi ipproċessat.
Il-Ministru nfurmat mill-KSI li mhux it-tankijiet kollha huma mgħottija minħabba il-fatt li mhux kull struttura tal-impjant (u il-process rispettiv li tħaddan) għanda il-potenzjal li tiġġenera irwejjaħ. Bħala parti mill-permess ambjentali, il-MEPA se tkun qed tevalwa liema proċessi jistgħu jwasslu għal irwejjaħ u tniedi l-aħjar miżuri biex dawn jitnaqqsu.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32954 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Artijiet hux qed jippjana li jkun hemm xi forma ta' deċiżjoni għal dawk li huma tined (jew umbrellel) li jistgħu jintużaw mill-istabilimenti kummerċjali fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra (u f'postijiet oħra wkoll), biex dawn l-istabilimenti jkunu jistgħu jaqdu aħjar lill-klijenti tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33614, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-soil testing holes mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks fir-raba li hemm fl-inħawi tal-Madonna tar-Rummiena Għawdex? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dan ix-xogħol?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma jekk id-deroga dwar il-kaċċa u l-insib li l-Gvern kellu jħejji biex jibgħat Brussell intbagħtitx? Jekk fin-negattiv, meta se tintbgħat? Jekk fl-affermattiv, meta ntbagħtet lill-kaċċaturi u nassaba?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Gvern applika d-deroga għall-istaġun tal-kaċċa u l-insib fir-Rebbiegħa għall-gammiem u s-summien permezz tal-pubblikazzjoni tar-Regolamenti tal-2012 dwar il-Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi (Dikjarazzjoni dwar Deroga għal Staġun tal-Kaċċa tal-Gamiem u Summien għar-Rebbiegħa 2012) (Avviz Legali 108/12). Il-pubblikazzjoni tal-Avviż Legali fit-3 ta' April 2012 kienet akkumpanjata minn stqarrija għall-istampa.
Marsaxlokk — Tender għall-supply and fixing of modular temporary fencing at Tas-Silġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ħa t-tender tas-supply and fixing of modular temporary fencing at Tas-Silġ f'Marsaxlokk? Kemm-il darba saret is-sejħa biex jintlaqgħu offerti? X'kienet ir-raġuni għala twaqqaf il-proċess tal-aġġudikazzjoni tal-ewwel sejħa? Kif ingħata dan il-kuntratt?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ħarġet ‘Request for Quotations’ għal ‘Supply and fixing of modular temporary fencing at Tas-Silġ’, għal liema proċess intefgħu erba’ offerti. Minn dawn l-offerti, tlieta minnhom ma kienux teknikamnet konformi. L-unika wieħed li kien konformi mar-rikjesti tekniċi, A+ Building Products, issottometta offerta ogħla mill-valur ta’ €6000 (hekk kif limitat taħt il-proċedura tal-RFQ). Għalhekk din is-sejħa ghall-offerti kellha tiġi kkanċellata.
Minħabba l-urġenza tal-każ, intalab permess lill-Ministeru tal-Finanzi li x-xiri ta’ dan il-
fencing
isir b’
direct order
. Dan il-permess ingħata, u l-
fencing
inxtara mingħand A+ Building Products.
Girna fejn l-Skypark tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-girna li kienet qrib il-post fejn inbena l-Skypark tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Din twaqqgħet? Din se tiġi mibnija x'imkien ieħor?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-girna imsemmija kienet mibnija wara li nbena it-terminal il-ġdid ta' l-ajruport fis-snin 1990 u mhix girna antika awtentika. Din tneħħiet minħabba l-arranġamenti tat-traffiku neċessarji minħabba l-iżviluppi fis-sit. L-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandhiex informazzjoni dwar jekk inbnietx f'lok ieħor.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, inkella l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hux qed jikkollaboraw mal-Ministeru tal-Edukazzjoni/mal-Istitut għall-Istudji Turiċtiċi biex jinstabu placements barra minn Malta, għall-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jekk iva, x'kollaborazzjoni qiegħda ssir?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Awtorità Maltijia għat-Turiżmu mhiex involuta f’ħidma biex jinstabu placements barra minn Malta għall-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Infakkar iżda li membru mill-Bord tad-Diretturi tal-ITS huwa appuntat mill-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu. Jien appuntajt il-Kap tat-Taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli. Dan sabiex ikun hemm koordinament fil-ħidma tal-ITS u l-Ministeru tat-Turiżmu kif ukoll mal-Awtorità tat-Turiżmu.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — impjegati nisa bi skala sebgħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jittella' ċint madwar art privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-residenti ilhom xhur sħaħ jilmentaw imma s'issa għadu ma sar xejn?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit in kwistjoni huwa kopert minn permess validu tal-iżvilupp (PA 864/06). Wara li ġie ikkuntattjat, l-applikant stqarr li ma setax jagħlaq is-sit minħabba restirzzjonijiet loġistiċi li issa ġew sorvolati. Huwa wiegħed li ser itella l-ilqugħ skond il-kundizzjoni tal-permess fiż-żmien qasir. L-awtorità se tibqa' ssegwi il-każ fejn jekk ma jkunx osservat l-ftehim fiż-żmien stipulat jittieħdu l-passi opportuni skont il-Liġi.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-membri tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, uffiċjali pubblici bejn is-snin 2004 – 2006? Liema ministeru kienu jirrappreżentaw? Kellhom xi forma ta’ ħlas? Jekk fl-affermattiv kemm kien il-kumpens u minn min tħallas?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella d-dettalji tal-membri, kif ukoll l-ammont li tħallas mill-MEPA, hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Peress li Bieganski Foundation qed tfittex post adatt f’pajjiżna fejn titwaqqaf esibizzjoni ta’ kollezzjoni ta’ arti, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li, u jgħin biex din l-esibizzjoni titwaqqaf fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex?
Response (DEMARCO, MARIO)
Id-diskussjonijiet mal-Bieganski Foundation għadhom fi stadju preliminari u għaldaqstant mhinix qiegħed f’pożizzjoni li nikkonferma dettalji, inkluż dawk mitluba mill-Onor. Interpellant, dwar kif, fejn u jekk hemmx kundizzjonijiet talli tali opri tal-arti se jiġu esposti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' Heritage Malta? Minn fost il-kuraturi, managers u senior heads kemm hemm minnhom li għandhom PhD u kemm għandhom Masters u f'liema suġġetti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.