Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kemmuna — beach concessions għal kiri ta’ deckchairs u umbrele

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concessions biex jinkrew deckchairs u umbrelel f’Kemmuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata. Madanakollu, l-Onor. Interpellanta se tingħata l-opportunità li tara hi personalment id-dokumenti mitluba.

Mediterrane Film Festival – infiq f’reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10560, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jgħid kemm intefqu flus b'kollox f'reklamar fuq il-Mediterrane Film Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival – infiq f’reklamar fuq il-media soċjali

Question

Jisa’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10561, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jgħid kemm intnefqu flus f'reklamar fuq il-media soċjali fuq il-Mediterrane Film Festival?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival — infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10562, li oriġinarament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u jagħti break down tal-infiq tal-Mediterrane Film Festival u jgħid jekk dan jinkludix fondi Ewropej?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li hemm 621 ħaddiem fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu li minnhom 620 huma ċittadini Maltin.

MTA — San Ġiljan - encroachments għal umbrelel u deckchairs fil-Bajja ta’ San Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) approvatx iktar encroachments għal umbrelel u deckchairs ġewwa l-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville, San Ġiljan? Jista’ jgħid min huma l-operaturi li għandhom l-approvazzjoni tal-MTA għal dan fid-dawl li din il-bajja taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-MTA?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Kemmuna — concessions u encroachments għal tqegħid ta’ deckchairs/umbrellel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi concessions u encroachments għal areas ġodda ġewwa l-Bajja ta’ Kemmuna? Jista’ jipprovdi lista ta’ min huma dawk kollha li matul dan is-sajf se jkollhom concession/encroachment f’din il-bajja fid-dawl li din hija art pubblika u għaldaqstant il-pubbliku għandu dritt li jkun jaf? Fid-dawl tal-kummenti li għamel fil-Parlament, fejn il-Ministru qal li ser ikun hemm 65% inqas ta’ deckchairs/umbrellel, jista’ jispega dan, aktar u aktar meta tpoġġew deckchairs/umbrellel f’żoni oħra fl-istess bajja, fosthom fuq żona protetta bħala ‘grarigue land’ li hija parti miż-żona Natura 2000?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Bajja tar-Rinella — upgrade

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1279 fejn il-Ministru qal “li f’dawn l-aħħar snin saru diversi studji fiż-żona tal-Bajja tar-Rinella, liema studji ma jagħtux stampa konklussiva ta’ kif l-aħjar li jsiru l-interventi fil-bajja biex jiżdied l-ammont ta’ ramel”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress fuq dan l-istudju sabiex l-unika bajja ramlija fid-daħla tal-Port tkun tista’ titgawda aħjar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni tal-istudju għadha mhix konklussiva.

Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol sar mill-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) fix-xtut ta’ Bormla, il-Birgu u l-Isla matul l-aħħar sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10125.

MTA — applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda approvati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10239 u 10406 u jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hu t-total tal-bed capacity approvat fis-snin rispettivi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA — applikazzjonijiet għal-lukandi ġodda rifjutati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10240 u 10407 u jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet għal lukandi ġodda fis-sena 2022 u fis-sena 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.

Ministeru għat-Turiżmu – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Cleansing and Maintenance Division – ftehim mal-BCRS

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10441, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-ftehim mal-kumpanija BCRS sabiex iż-żoni qrib id-diversi magni jinżammu fl-aqwa stat ta’ indafa? Kemm hi l-frekwenza tat-tindif?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ftehim jistipula li jsir tindif ġenerali madwar iż-żona ta’ kull magna tal-inqas darba kuljum. Kull sit irid jinħasel darba kull ħmistax u l-art ta’ madwar il-magna trid tingħorok mill-inqas darba fix-xahar. Ta’ kuljum irid ukoll jitbattal il-kontenitur tal-iskart li jinsab ħdejn kull magna.

MTA — spiża fuq marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10107 u 10400 u jagħti rendikont tal-ispiża tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għas-sena 2022 fuq ‘Marketing - Local & Intl., Digital, Brands, VMIM & Events’ li, skont il-Financial Statements sottomessi fil-Parlament, ammontaw għas-somma totali ta’ €56,279,024?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA — għajnuna lil entitajiet u organizzazzjonijiet għal marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10108 u 10401 u jgħid liema individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet ingħataw għajnuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-sena 2022 taħt il-baġit tal-MTA għal ‘Marketing - Local & Intl, Digital, Brands, VMIM & Events’?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA — baġit għall-marketing

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10109 u 10402 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex pjanijiet sabiex tistabbilixxi kriterji oġġettivi u trasparenti li jiġu ppubblikati sabiex jindikaw kif u min jista’ jibbenefika mill-baġit tagħha għall-marketing?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA — applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10110 u 10403 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għal lukandi ġodda lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-snin 2022 u 2023 u kemm minnhom ġew approvati? Jista’ jgħid ukoll kemm-il kamra u sodda fihom u f’liema lokalità jinsabu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

MTA — applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10237 u 10404 u jgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak illi jirrigwarda applikazzjonijiet għal lukandi ġodda ġewwa pajjiżna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.