Fid-dawl li l-parkeġġ viċin il-Knisja ta’ Ħ’Attard huwa limitat ħafna, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li jerġa’ jsir il-parkeġġ meħtieġ kif kien qabel, issa li x-xogħol ta’ wara l-knisja tlesta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ wara l-knisja għadu għaddej u l-parkeġġ ser isir skond proposta maqbula mal-Kunsill Lokali u approvata minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jara li ssir il-manutenzjoni tal-bollards fit-toroq ta’ Malta u Għawdex peress li ħafna minn dawn il-bollards huma maħmuġin u mitluqa u qed ikunu ta’ periklu għas-sewwieqa?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija u jidentifika liema bollards qed jirreferi għalihom.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32680, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx inħareġ tender għat-tibdil tal-pedestrian overpass lifts u l-maintenance u l-upkeep tagħhom minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jekk iva, fiex wasal?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nħareg tender għal tlettax-il lift. It-tender jinkludi tibdil tal-liftijiet eżistenti għal dawk ġodda u manutenzjoni għal għaxar snin. Ix-xogħol beda fuq l-ewwel tlett liftijiet tal-Marsa Racecourse Street (orange bridge) u wkoll fuq il- lift ta’ Marsascala, Triq Santa Tereza.
Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – ċirkulazzjoni tal-ilma tal-baħar lejn il-Magħluq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se jkun qed jinkludi xogħol fuq iċ-ċirkulazzjoni tal-ilma baħar lejn il-Magħluq sabiex is-sitwazzjoni ma tibqax tiddeterjora?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-proġett tal-Magħluq hu proġett apparti.
Riġenerazzjoni ta’ Marsaskala – Bicycle Lane lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-riġenerazzjoni ta’ Marsaskala hux se tkun qed timplimenta bicycle lane li tingħaqad maż-żewġ toroq lejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-intervent ser ikun fuq l-embelishment tal-promenade u l-istrutturi tal-madwar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32445 u jgħid kemm hawn ċittadini mhux Maltin li għandhom karozza reġistrata f’isimhom fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ċittadini mhux Maltin li kellhom karozza reġistrata f’isimhom bejn l-2013 u l-2024, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn l-2,500 cc u l-2,900 cc u jaqsam din l-informazzjoni skont iċ-ċilindrata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi t-tabella hawn taħt turi n-numru ta’ vetturi liċenzjati b’ċilindrata bejn 2,500cc u 2,900cc, imqassma skont il-firxa taċ-ċilindrata rispettiva.
CC Range
Numru ta’ vetturi
2500-2599
1,126
2600-2699
481
2700-2799
3,491
2800-2900
721
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġabu l-liċenzja tas-sewqan matul l-2025 kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, ninfurmah li 74.18% tal-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan minn Jannar sa Ottubru 2025 kienu irġiel, u l-kumplament kienu nisa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġabu l-liċenzja tas-sewqan matul l-2024 kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, ninfurmah li 76.86% tal-persuni li ġabu l-liċenzja tas-sewqan fl-2024 kienu irġiel, u l-kumplament kienu nisa.
Transport Malta – Vetturi tal-art – Sidien reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sidien ta’ vetturi tal-art reġistrati ma’ Transport Malta skont in-numru ta’ vetturi privati (mhux kummerċjali) li għandhom:
• Vettura waħda;
• Żewġ vetturi;
• 3 – 4 vetturi;
• 5 – 7 vetturi;
• 8 – 10 vetturi; u
• aktar minn 10?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi t-tabella segwenti turi l-ammont ta’ sidien ta’ vetturi tal-art reġistrati ma’ Transport Malta maqsuma skont in-numru ta’ vetturi privati (mhux kummerċjali).
Kategorija
Numru ta' individwi
Vettura waħda
165,603
Żewġ vetturi
45,476
3 – 4 vetturi
21,708
5 – 7 vetturi
4,731
8 – 10 vetturi
950
aktar minn 10
465
Transport Malta – Vetturi tal-art – Sidien reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sidien ta’ vetturi tal-art reġistrati ma’ Transport Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil-Onor Interpellant illi n-numru ta’ sidien ta’ vetturi tal-art reġistrati ma’ Transport Malta jammonta għal 239,648 persuni naturali u 4,619 persuni ġuridiċi, għal total ta’ 244,267.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30633 dwar kemm hawn karozzi tal-linja bħalissa, fejn ġie mwieġeb li “sal-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm erba’ mija u seba’ u disgħin (497) vettura li kienu qegħdin joperaw fis-servizz tat-trasport pubbliku”, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li jrid ikun hawn karozzi biex ilaħħqu mad-domanda għas-servizz tat-trasport pubbliku biex jiġi assigurat li s-servizz ikun frekwenti, diċenti u sikur, mingħajr iffullar u mingħajr nies li jibqgħu l-art?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ karozzi tal-linja meħtieġa biex rotta tkun imħaddma b’mod effiċjenti huwa determinat minn diversi fatturi, fosthom it-tul tar-rotta u l-frekwenza tas-servizz.
Matul din is-sena n-network tat-trasport pubbliku għadda minn numru ta’ tibdil li inkludew żidiet fil-frekwenza fuq ċerti rotot, aġġustamenti fit-traġitt kif ukoll l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda. Transport Malta bħalissa tinsab fil-proċess li tiffinalizza aktar aġġustamenti. Ladarba dan il-pjan jiġi konkluż, ikun jista’ jiġi stabbilit in-numru ta’ karozzi tal-linja addizzjonali li jkun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-pjazza ta’ Buġibba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq it-tibdil tas-servizz tad-drenaġġ, fil-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba, kważi komplut. Għaddej ukoll ix-xogħol fuq it-tqattigħ u t-tqegħid tas-service culvert li ser ikunu qed jgħaddu minnu s-servizzi kollha. Tajjeb li wieħed jinnota li fi Triq il-Bajja u parti mill-pjazza huwa komplut, u bħalissa għaddejjin bit-tqattigħ u bini ġewwa Triq Sant’Antnin.
F’Dawret il-Gżejjer beda x-xogħol fuq is-saqaf eżistenti tal-boathouses. Ix-xogħol kien jinvolvi t-tqaxxir u t-tneħħija tal-istruttura eżistenti, u bini mill-ġdid ta’ struttura tal-konkos, sabiex finalment jingħata wiċċ tal-asfalt.
Ix-xogħol fuq l-istrutturi fil-pjazza huwa kważi komplut ukoll, u dan jinkludi planters, silt trap, u funtana.
Is-sistema fuq l-ilqugħ tal-ilma tax-xita fi Triq il-Bajja u fil-pjazza hija lesta, u bħalissa qed isir it-tqattigħ neċessarju fi Triq Sant’Antnin biex din tingħaqad mal-bqija tal-proġett.
Fi Triq ir-Rebbiegħa, x-xogħlijiet ta’ servizzi u bankini huwa komplut. Baqa’ biss l-aħħar fażi; dik li jingħata wiċċ ġdid lit-triq.