B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9117 , jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li ħallset il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Community Gain kif kien mitlub mill-Awtorità tal-Ippjanar mal-ħruġ tal-permess ta’ żvilupp għall-bini tal-istess kumpanija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10072 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9481 u 5153, u jgħid kemm għandu konsulenti fil-Ministeru tiegħu, f’liema entitajiet li jaqgħu taħtu, kemm dawn jitħallsu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom??
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mis-servizz tat-trasport pubbliku bejn Ġunju 2022 u Ġunju 2023 u jipprovdi informazzjoni dwar kemm passiġġiera kienu ċittadini Maltin, turisti jew persuni ta’ ċittadinanza barranija li jirrisjedu Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn Ġunju 2022 u Mejju 2023 kien hemm 57,396,000 vjaġġ li għamlu passiġġiera li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Il-figuri ta’ Ġunju 2023 għadhom mhumiex disponibbli.
Infurmat ukoll li meta wieħed japplika għal Tal-linja Cardma tiġix mitluba in-nazzjonalità ta’ min jkun qiegħed japplika. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba jekk dawn il-vjaġġi sarux min ċittadini Maltin, turisti jew persuni ta’ ċittadinanza barranija li jgħixu Malta mhijiex disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet ġewwa Għawdex u Kemmuna ġew magħluqa u ddedikati għall-għawm sabiex in-nies, b’mod partikolari t-tfal, jgħumu f’ambjent aktar sigur? Jista’ jgħid liema bajjiet fadal ġewwa Għawdex u Kemmuna jiġu magħluqa biex ikunu ddedikati għall-għawm għan-nies u meta se jingħalqu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ żoni ddedikati għall-għawm tinsab hawn taħt:
Għawdex:
Ø Mgarr ix-Xini
Ø Il-Bajja tax-Xlendi
Ø Il-Bajja tal-Qbajjar
Ø Il-Bajja ta’ Marsalforn
Ø Ir-Ramla
Ø Il-Bajja ta’ San Blas
Ø Il-Bajja ta’ Hondoq ir-Rummien
Kemmuna:
Ø Blue Lagoon
Ø Il-Bajja ta’ San Niklaw
Ø Santa Maria I(inner & Outer)
Qed jiġu installati s-swimmer zones bħalissa.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari 10169.
Birkirkara – Triq Olaf Gollcher u Triq Giovanni Papaffy
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir studju jew jekk hemmx il-pjan biex Triq Olaf Gollcher u Triq Giovanni Papaffy, f'Birkirkara, isiru one-way kontra xulxin u jekk inhu hekk, ma' min qed tikkonsulta Transport Malta u min għamel tali talba għal studju jew għal din il-bidla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fi ħdan il-Ministeru rċeviet talba mill-kunsill lokali għal tibdil fil-flow tat-traffiku fi Triq Pappaffy. L'Awtorità għamlet ir-rakkomadzzjonijiet tagħha, meetings mal-kunsill lokali u kif aħna infurmati f'dan l-istadju, qed isiru iktar konsultazzjonijiet mar-residenti min-naħa tal-kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir studju jew jekk hemmx il-pjan biex Triq it-Torri, fis-Swatar Birkirkara, tiftaħ direttament għal Triq Dun Karm, f'Birkirkara, u jekk inhu hekk, ma' min qed tikkonsulta Transport Malta u min għamel tali talba għal studju jew għal din il-bidla?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bħalissa mhux qed tagħmel studju fit-triq imsemmija.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9573, ninformah li m'hemm ebda persuna li hi ntitolata għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom li huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
B’referenza għas-sentenza tal-qorti li ngħatat dan l-aħħar favur l-iżvilupp tal-proġett tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti update fuq il-proġett tal-mina li kienet proposta fid-dawl anke ta’ xi rapport fil-media li din mhijiex se ssir? Jista’ jgħid x’inhuma l-pjanijiet? F’dawn il-pjanijiet, Infrastructure Malta ma’ min qed tikkordina dan l-istudju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ser tkun qed tagħmel interventi ġewwa Triq Sant’ Andrija biex titjieb is-sitwazzjoni tat-traffiku fl-istess triq. Dawn l-interventi ser ikunu primarjament fil-junction biswit Luxol Grounds, fil-junction ta’ Pembroke u fil-junction ta’ Paceville biex dawn l-istess junctions ikunu jistgħu jilqgħu aħjar it-traffiku speċjalment fil-peak hours. Fir-rigward ta’ dawn l-interventi, Infrastructure Malta għaddejja b’laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke u tas-Swieqi u l-istudji huma koordinati ma’ Transport Malta u mal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema se jkunu s-swimming zones fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid jekk kienx hemm tibdil fis-swimming zones ta’ dawn iż-żewġ lokalitajiet mis-sena l-oħra għal din is-sena? Jekk kien hemm xi tibdil, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan it-tibdil f’kull każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Il-lista ta’ bajjiet li se jkunu s-swimming zones fl-inħawi tal-Mellieħa u San Pawl tinsab hawn taħt.
It-tidil sar bil-bajja tal-Mellieha bħala għajnuna għall-anzjani.
Mellieħa
· Cirkewwa
· Marfa (Ramla tal-Bir)
· Ramlet il-Qortin
· Ramla tat-Torri
· Il- Bajja tal- Armier
· Il-Bajja tal-Mellieha (a Launching Lane serving elderly users of Kayaks was introduced this year)
· It-Tunnara
· Il-Bajja ta’ l-Imgiebah
San Pawl il-Bahar
· Selmun
· Tal-Fekruna
· Tal-Fekruna (Outer)
· Xemxija
· Ghajn Razul – Veccja Breakwater (Ghar tal-Veccja, Ghar Ghasfur)
· Ghazzelin
· Bugibba Square
· Bugibba (opposite Dolmen Hotel)
· Qawra
· Il-Bajja tas-Salina (opposite ex-Coastline Hotel)
· Il-Bajja tas-Salina (opposite Suncrest Hotel)
San Pawl il-Baħar – swimming zone fl-inħawi Tal-Fekruna
Question
Jista’ l-Ministru jara li s-swimming zone fl-inħawi Tal-Fekruna, San Pawl il-Baħar, qiegħda mmarkata kif suppost hekk kif ġie rrapportat li din ġiet imċaqalqa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sfortunatament l-iswimmers zone in kwistjoni ma’ ġietx installata kif suppost hekk kif maħruġ fin-Notice to Mariners ippublikata mill-Awtorita’.
L-istess Awtorita’ qiegħda tikkordina mal-Kuntrattur biex din tiġi aġġustata u mwaħħla skond in-Notice to Mariners
San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9462 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjoni għal zebra crossing fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar, li saret referenza għaliha f'din l-istess tweġiba?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġu fuq il-mejda tal-kamra l-applikazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant sabiex jiireferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex Triq l-Infetti, l-Imdina, tkun aktar sigura wara d-diversi inċidenti u mwiet f’din it-triq f’dawn l-aħħar xhur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Infrastructure Malta qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali, fosthom dak ta’ l-Imdina, u x-xogħol tat-toroq qed jiġi allokat skond l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita rispettiva tagħhom. Nikkonferma li din it-triq tinsab fil-lista ta’ xogħolijiet u ser issir fi żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid min inżamm responsabbli u ħallas tax-xogħlijiet li saru/qegħdin isiru fi Triq it-Tiġrija, Rabat Malta, wara li l-wiċċ tagħha tkisser fi ftit żmien minn meta saret?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li x-xogħolijiet ma kienux inkluzi fid-disinn originali, u allura qegħdin isiru u jitħallsu minn Infrastructure Malta.
San Pawl il-Baħar — Studji dwar l-immaniġġar tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar (Kennedy Grove, Triq ir-Ramel, Triq il-Mosta u Triq Burmarrad)?
Response (FARRUGIA, AARON)
F'dan ir-rigward ittieħdu traffic counts fl-istess żona u dawn jinkludu nformazzjoni fuq in-numru ta' vetturi li jivvjaġġaw fid-direzzjonijiet differenti taI-istess junction.
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji qed isiru dwar traffic management fil-Mellieħa fiż-żona tal-Għadira?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Għadira qed isir investiment li kien nieqes għal diċenji ta' snin, biex inkun eżatt 40 sena. Investiment ta' aktar minn €8 miljun biex b'kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra tal-gvern nagħtu dehra aħjar, servizzi msaħħa u fuq kollox iżjed sigurtà lil min juża din iż-żona tant frekwentata.
Il-flow tal-karozzi tħalliet għaddejja waqt li qed isiru ix-xogħlijiet u għaldaqstant wieħed jifhem li għal ħinijeit twal it-toroq ma kinux miftuħa kollha fl-intier tagħhom bl-inkonvenjent kollu li dan iġib miegħu.
Infrastructure Malta qed jagħlqu dan il-proġett u f'każijiet ta' bżonn il-proġett hu ddisinjat biex tintu¿a tidal lane.