Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fuq il-breakwater fil-Ponta ta’ Qrejten f’Marsaxlokk? Jista’ jikkunsidra diskussjonijiet għal breakwater min-naħa tal-Magħluq ta' Marsaxlokk li jikkumplimenta l-breakwater fil-Ponta ta' Qrejten biex b’hekk il-bċejjeċ tas-sajd ikunu protetti sal-massimu minn maltempati mix-xlokk, u permezz ta' dan, il-karba tas-sajjieda u l-inkwiet għal dawk kollha b'interess fil-Port ta' Marsaxlokk, tiġi indirizzata bl-aqwa mod b'potenzjal ukoll għal iktar kummerċ u turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett ta’ €4 miljun biex jinbena breakwater ġdid fil-Ponta tal-Qrejten ħalli jitjieb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk, huwa investiment ieħor fl-infrastruttura marittima li Infrastructure Malta se tkun qed tlesti din is-sena. Is-sajjieda Xlukkajri kien ilhom snin twal jitolbu li ssir din l-istruttura sabiex tkennilhom il-port u tnaqqas ir-riskji li l-maltemp jagħmel ħsarat lill-bastimenti tas-sajd li jinżammu f’dawn l-inħawi.
Il-
breakwater
se jkun twil mal-110 metri, u qed jinbena f’fond ta’ madwar tliet metri u nofs taħt il-livell tal-baħar. Il-wiċċ tiegħu 'l fuq mill-baħar ser ikun wiesgħa mas-sitt metri. Madwar din l-istruttura, se jitqiegħed ġebel kbir biex ikisser il-mewġ u jżommu milli jidħol b’qawwa fil-port. L-istruttura se tkun tixbaħ lil dik tal-
breakwater
tal-Port tal-Imġarr, f’Għawdex.
Ix-xogħol fuq il-breakwater kien maqsum f’14-il fażi. Bħalissa x-xogħol jinsab fi stadju fejn il-kuntrattur qiegħed iħammel u jħejji biex ilesti l-pedament fit-13-il fażi. Ladarba titlesta din il-fażi u dik sussegwenti, x-xogħol li għandu jsir taħt wiċċ il-baħar ikun komplut. Inbeda wkoll il-proċess tat-tqattiegħ tal-blat kbir li se jkun qed iservi biex miegħu jitkisser il-mewġ. Dan il-blat diġà qed jitpoġġa fuq is-sit f’dawk li huma l-ewwel u t-tieni fażi tal-proġett. Il-kuntrattur bħalissa qed jagħmel ukoll il-preparamenti biex ikollu l-materjal li hemm bżonn ħalli kif jitlesta x-xogħol ta’ taht il-baħar jinbeda minnufih ix-xogħol fuq il-wiċċ tal-breakwater, li jkun dak li jiffinalizza l-proċess tal-kostruzzjoni.
Il-breakwater fil-Ponta tal-Qrejten, li huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd tal-Unjoni Ewropea, se jnaqqas il-forza tal-mewġ li jidħol fil-bajja ta’ Marsaxlokk u li jikkaġunaw ħafna ħsarat kemm lid-dgħajjes tas-sajjieda kif ukoll lill-binjiet, strutturi u attivitajiet ekonomiċi madwar il-kosta ta’ dan il-villaġġ pittoresk. Se jipproteġi wkoll l-infrastruttura ta’ max-xatt, li tintuża mis-sajjieda u minn ħafna persuni oħrajn għal attivitajiet differenti, fosthom l-għaxar skali li Infrastructure Malta għadha kemm reġgħet bniethom mill-ġdid is-sena li għaddiet. L-aġenzija bħalissa għaddejja wkoll bl-ippjanar ta’ proġett ieħor sabiex tibdel u ttejjeb il-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq.
Rigward il-bini ta’ breakwater ieħor f’dawn l-inħawi, qed isiru diskussjonijiet mal-entitajiet governattivi li għandhom interess fil-port biex tkun tista’ tiġi fformulata stampa ċara ta’ dak li hemm ippjanat fil-futur qrib u anke għal iżjed 'il quddiem. Il-possibbiltà li jinbena breakwater ieħor hija waħda fattibbli. Għaldaqstant, il-pjan hu li jsiru studji matematiċi u xjentifiċi biex jiġi determinat l-aħjar post għall-breakwater kif ukoll jekk ikunx hemm impatti negattivi tal-istruttura fuq żoni oħrajn tal-port. Permezz ta’ dan il-proċess, wieħed jkun jista’ jaċċerta li tiġi mibnija u implimentata l-opzjoni li tkun tal-ikbar benefiċċju u tagħti l-aktar protezzjoni lill-bastimenti tas-sajjieda u l-attivitajiet ta’ kummerċ fiż-żona tal-bajja ta’ Marsaxlokk filwaqt li nissalvagwardjaw l-ambjent naturali.
Jista’ l-Ministru jgħid, xi proġetti saru ġewwa l-gżira ta' Għawdex mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, fejn saru, u fiex kienu jikkonsistu u kemm kienet in-nefqa sena b'sena mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, id-dettalji mitluba qiegħdin jiġu annessi hawn taħt kif murija fit-tabella segwenti;
Dipartiment / Entita' / Agenzija:
Minn Marzu 2013 (
sena b'sena
) - xi proġetti saru ġewwa l-gżira ta' Għawdex? S
emmuhom wieħed wieħed
Fejn saru dawn il-proġetti? (post)
Fiex kienu jikkonsistu - ftit dettalji tax-xogħlijiet li saru
Nefqa (Ammont €)
Infrastructure Malta
2018
Xlendi
Bini mill-ġdid tal-parti ta’ barra tal-moll li tkissret bil-maltemp u bini mil-ġdid tal-wiċċ kollu tal-istruttura. Provdut ukoll aċċess għal kulhadd ghal fuq il-moll min-naħa tal-art.
€163,338.51 exc. VAT
Infrastructure Malta
2019/2020
Mġarr ix-Xini
Bini mill-ġdid tal-passaġġ fil-ġenb tax-xtajta u bini mill-ġdid tal-pjattaforma li hemm fl-istess daħla.
Il-proġett għadu għaddej
Infrastructure Malta
2019/2020
Port tal-Imġarr
Bini mill-ġdid tal-mollijiet fil-port, tħammil u twaħħil ta’ pontuni ġodda.
Il-proġett għadu għaddej
MTIP - WID
2018 - Arti fi Spazji Pubbliċi
Għajnsielem
Proġett ta' arti bl-isem 'Reflections and Connections' magħmul minn Mary Portelli
30,000.00
MTIP - WID
2019 - Arti fi Spazji Pubbliċi
Xagħra
Proġett ta' arti bl-isem 'Ħaġarna' magħmul minn Victor Agius
30,000.00
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12976 issa li hu stabbilit li l-Għar tal-Mixta huwa proprjetà pubblika, jista' l-Ministru jara li dan l-Għar u t-triq li twassal għalih jittieħdu lura mingħand min hu mwelli stante li dan huwa ġawhra naturali u attrazzjoni ewlenija għat-turisti f'Għawdex u ma għandux jibqa’ f'idejn il-privat? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru għal Għawdex fuq din il-ġawhra naturali li ritratti tagħha jintużaw f'ħafna reklamar ta' pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li l-Għar tal-Mixta jifforma parti min art akbar li hija proprjeta’ pubblika, mikrija lill-terzi. Sabiex tiġi itterminata l-kirja tal-parti fejn hemm l-imsemmi għar u t-triq li twassal għalih, l-Awtorita' teħtieġ talba tal-Ministeru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal ix-xogħol li mill-2013 ’l hawn l-Awtorità tal-Artijiet wettqet biex jiġi żgurat li l-obbligi kuntrattwali taċ-ċenswalisti rigwardanti x-Xatt tal-Birgu jkunu rispettati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet b’risposta għaż-żewġ mistoqsijiet Parlamentari numri 14060 u 14062, ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li tkomplew it- tentattivi li kienu nbdew qabel 2013 biex uħud minn dawk is-soċjetajiet li għandhom it-titoli fuq diversi propjetajiet fix-Xatt tal-Birgu jirregolarizzaw fl’obbligi kuntrattwali tagħhom, l-Awtorita' tal-Artijiet ħadet dawk l-azzjonijiet disponibbli skont il-liġi biex tirkupra l-propjeta' u/jew id-danni attribwiti mingħand kull minn kiser l-imsemmija obbligi. Tant illi hemm kawżi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta.
Il-Mosta — Triq Patri Ġuże Delia - arbli ta' dawl tat-toroq fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex jara li fi Triq Patri Ġuże Delia, fil-Mosta f'żona taż-Żokrija, fi triq li qed tkun iffurmata, ikun hemm spazju għall-arbli ta' dawl tat-toroq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
It-triq indikata hija fost it-toroq residenzjali fil-Mosta li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħala parti minn dan il-programm ta’ ħidma. Fi Triq Patri Ġuże Delia, il-kuntratturi qed jibnu t-triq b’infrastruttura ġdida, inklu¿ servizzi taħt l-art, bankini u faċilitajiet oħra għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw minnha. Nassigura lill-Onorevoli membru li f’din it-triq hemm spazju għall-arbli tad-dawl.
Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13832 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara li hemm fil-Moll tal-Veċċa f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin ser isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-wiċċ ta’ dan il-moll.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13833 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu l-passi sabiex jara li jkun hemm sorveljanza fuq il-mollijiet f’Malta sabiex jara li fil-mollijiet jingħataw l-aħjar servizzi possibbli qabel ma jibda l-istaġun tas-sajd?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu. Nitolbu jindika x’tip ta’ servizzi qiegħed jirreferi u lokalità. L-Awtorità ta’ Transport f’Malta tagħmel xogħol ta’ mannutenzjoni neċċessarja fuq mollijiet kif ukoll it-taqsima tal-infurzar mal-kumplimentari tal-forzi ta’ l-ordni l-oħra tagħmel spezzjonijiet biex tara li l-mollijiet fejn isir żbark, imbark, ħatt u tgħabbija, jinżammu liberi u jintużaw biss meta u kif neċċessarju.
Jista' l-Ministru jindika liema huma t-toroq ġewwa Ħ'Attard u l-Mosta li hemm pjan li jiġu rranġati u meta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 11291 u 12330 li saru mill-istess Onorevoli membru ftit xhur ilu, in¿id ninformah li matul is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
Bħala parti minn dan l-investiment, fil-lokalità tal-Mosta wara li diġà kienu saru Triq Dawret il-Wied, Triq il-Qares u Triq is-Snajja’, issa tlestew ukoll Triq Madre Tere¿a, Sqaq numru 4 fi Triq il-Bdiewa (Bidnija), triq fil-limiti tal-Qolla, Triq Kumbu u Triq Silvestru Fiteni.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Ru¿ar Briffa (Żokrija), Triq Patri Ġuże Delia, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq tas-Sriedek, Triq il-Kbira, Pjazza San Leonardu, Triq Dun Karm Schembri, Triq il-Fortizza, Triq Alofju Wignacourt, Triq il-Ballata, Triq il-Bdoti, Triq il-Familja Cumbo, Triq it-Taħħan u Triq ta’ Venezja.
Toroq oħrajn li se jsiru fil-Mosta huma Triq il-Waqqafa, Triq Ta’ Bistra, Triq Durumblat, Triq Manwella, Triq Ru¿injol, Triq Madre Tere¿a Spinelli, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Buqqanier, triq bla isem bejn Triq il-Bidnija u Triq Mġarr, il-Pont tal-Bidnija, Triq tal-Wej, triq bla isem ħdejn Triq San Anton Abbati, Triq Sagra Familja u triq bla isem ħdejn Triq San Pawl tal-Qliegħa.
Fil-lokalità ta’ Ħ’Attard wara li nbniet mill-ġdid Triq il-Ġamar tlestew ukoll Triq Dun Alwiġ Galea, Triq il-Marġ, Triq Hannibal u Sqaq Rajgu.
Diġà bdew ix-xogħlijiet fi Triq Kananea u Triq Annibale Preca, u fiż-żmien li ġej se jsiru wkoll Trejqet ir-Reġina, Triq l-Isptar u Triq l-Inħasa.
Barra minn hekk, Infrastructure Malta bdiet twettaq is-Central Link Project, li huwa investiment ewlieni li se nwettqu biex intejbu l-kwalitá, is-sigurtá, s-sostenibilità u l-effiċjenza fir-rotta arterjali li testendi mill-Bypass tal-Imrieħel, tul Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, sar-roundabout li hemm fil-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Il-ħin tal-ivvjaġġar f’dan in-netwerk ta’ toroq fiċ-ċentru tal-pajji¿ għandu jonqos bin-nofs. Ser jonqos l-ammont ta’ persuni li jkollhom jgħaddu minn toroq residenzjali fl-inħawi biex jippruvaw jaslu aktar malajr. B’hekk ser igawdu mhux biss il-lokalitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħ’Attard, iżda wkoll oħrajn viċin bħal Ħal Lija u Birkirkara.
Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — kuntratti mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika għal-liema kuntratti qiegħda tirreferi.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-entitajiet, dettalji huma kif murija hawn taħt;
Projects Malta Projects Malta
(Ministeru tat-Turiżmu)
Mill-01/04/2015 sas- 17/05/2018
IVA
Konsulenza fuq:-Childcare PPP project; Hospitals' concession project; Ta' Qali site project; ITS Smart City project; Engineering capacity building services; Generic project management.
Direct Orders
€422,180 (excl. VAT)
Ħaż-Żabbar – qasam residenzjali tal-Plier – bus shelter
Question
B'referenza għal bus shelter qrib il-qasam residenzjali tal-Plier Ħaż-Żabbar, jista' l-Ministru jara mal-awtoritajiet kompetenti li jaqgħu taħtu biex issir tinda fil-bus shelter u xogħlijiet oħra ta' amiljorament għal kumdità ta' dawk li jużaw it-trasport pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment u li Transport Malta ser tkun qiegħda tevalwa din il-proposta fil-futur qarib.
Għajnuna lill-persuni li raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x’għajnuna ta jew qed jagħti lill-persuni li bejn is-sena l-oħra u din is-sena raw il-proprjetà tagħhom tiġġarraf, allegatament minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li kien qed isir fil-viċinanzi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll fejn waslet l-investigazzjoni għal kull wieħed minn dawn l-inċidenti u x'irriżulta s'issa? Jista' jispjega wkoll x'kienu l-konklużjonijiet tal-kummissjoni li ħatar il-Gvern biex tistudja s-suġġett wara t-traġedja tax-xahar li għadda, Marzu 2020, fil-Ħamrun?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ninsab infurmat dawn il-mistoqsijiet iridu jiġu referruti lill-Ministeri varji li taħthom jaqgħu tali responsabbiltajiet.
Peress li mhux kulħadd għandu karozza personali tiegħu speċjalment il-barranin li jgħixu Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja qiegħda ssir kull filgħaxija u mhux wara kull vjaġġ, kif konformi mal-istruzzjonijiet maħruġa mis-Supritendent tas-Saħħa Pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita’ tat-Trasport qed timxi mal-istruzzjonjiet maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Dak li qiegħed jiġi deskritt f’din il-mistoqsija parlamentari mhuwiex eżattament skont it-tali struzzjonijiet .
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta, li ġiet ippubblikata fl-24 ta' Mejju 2019 u li għalqet fit-2 ta' Lulju 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk le x' inhuma r-raġunijiet għalfejn din it-tender għadha ma ġietx awarded? Jekk ġiet awarded jista’ jgħid lil min ġiet awarded u b'liema prezz?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpelanti li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-proċedura ta’ negozzjati għat-Tender CT2039/2017 Part 2 Negotiated Procedure for the refurbishment and upgrading works (part 2) at Deep Water Quay Marsa Malta, ġiet evalwata u mgħoddija lid-dipartement tal-kuntratti. L-evalwazzjoni ta’ dan it-tender ġiet approvat min General Contracts Committee u bħalissa jinsab fil-fażi tal-appell.
Huwa important li ngħidu li waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni ma kien hemm l-ebda offerta li tilħaq l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.
Tal-Pietà – xogħlijiet fuq uffiċċju u proprjetà privata minn Infrastructure Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta hijiex involuta b’xi mod biex isiru xogħlijiet fi proprjetà privata (inkluż uffiċċju f’Tal-Pietà) ta’ Membru Parlamentari tan-naħa tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċedura ġiet segwita biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ma qed tagħmel l-ebda xogħol fi propjetajiet privati f'Tal-Pietà.
Jista' l-Ministru jgħid meta twessgħet Trejqet l-Iklin fin-Naxxar u tressqet il-bus stop "Nutar", għalfejn il-bus shelter ma sarx kif kien hemm fil-pjanta oriġinali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż
Infrastructure Malta, l-aġenzija li twaqqfet inqas minn sentejn ilu biex twettaq il-pjan tal-Gvern għal infrastruttura aħjar, bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna, bħal m’huma l-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, l-Imsida, Triq il-Buqana, l-Imtarfa u Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, bejn Ħal Luqa u Ħal Qormi, kif ukoll bi proġetti multi-miljunarji oħra bħall-Marsa Junction Project u Central Link Project. Din il-ħidma se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.
Fost il-proġetti li saru fl-2019 kien hemm dawk li permezz tagħhom Infrastructure Malta bniet mill-ġdid Triq tal-Balal kif ukoll iż-żewġ junctions fit-truf tagħha, u li jgħaqqdu din it-triq ma’ diversi toroq oħra n-Naxxar u ma’ San Ġwann rispettivament. Waħda minn dawn il-junctions hija dik li tgħaqqad Triq tal-Balal ma’ Triq Margaret Murray, Triq il-Wied (lejn l-Iklin), u Trejqet l-Iklin (lejn Triq Leli Falzon), Triq San Pawl u Triq il-Parroċċa, fil-qalba tan-Naxxar. Permezz tal-bini mill-ġdid ta’ din il-junction b’żewġ roundabouts, Infrastructure Malta introduċiet disinn aħjar li jnaqqas ir-riskji t’aċċidenti speċjalment għal dawk li jkunu qed jivvjaġġaw minn u lejn iż-żoni residenzjali tal-madwar. Dan it-tibdil kien jinkludi wkoll żidiet fil-korsiji sabiex jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar u t-tniġġis marbut mal-konġestjoni. Fl-istess waqt, inbnew mill-ġdid il-bankini tal-inħawi u nħolqu waqfiet għal karozzi tal-linja aktar siguri, fosthom dak indikat f’din il-mistoqsija. Sabiex dawn il-waqfiet ikunu konnessi aħjar, Infrastructure Malta żiedet ukoll pedestrian crossings adekwati. B’hekk, dawk li jivvjaġġaw bil-mixi u b’tal-linja f’dawn l-inħawi issa għandhom infrastruttura aktar sigura minn qabel, b’inqas riskji t’aċċidenti. Fil-post indikat ma kienx hemm bus shelter.
Infrastructure Malta ser tkompli taħdem sabiex pajjiżna jkollu infrastruttura pubblika aktar sostenibbli, aktar effiċjenti u aktar sigura għal dawk kollha li jużawha ta’ kuljum.
Birżebbuġa – Triq il-Bżulija – xogħlijiet li baqgħu għaddejjin sa tard bil-lejl
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li xogħol fi Triq il-Bżulija Birżebbuġa, baqa’ għaddej sa tard billejl ta’ nhar il-Ġimgha 17 ta' April 2020, b’inkonvenjent għar-residenti? Jista’ jikkonferma li l-kuntrattur baqa’ jaħdem tard billejl bil-permess tal-awtoritajiet kompetenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
It-triq indikata hija fost it-toroq residenzjali f’Birżebbuġa li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħala parti minn dan il-programm ta’ ħidma. Fi Triq il-Bżulija, il-kuntratturi qed jibnu t-triq b’infrastruttura ġdida, inkluż servizzi taħt l-art, bankini u faċilitajiet oħra għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw minnha. Filwaqt li normalment ix-xogħol f’din it-triq isir fil-ħinijiet ta’ matul il-ġurnata, fid-data indikata, il-kuntratturi konċernati talbu lil Infrastructure Malta sabiex ikomplu għaddejjin ftit aktar tard ħalli jlestu xogħol li kieku tħalla mhux komplut seta’ joħloq aktar inkonvenjenti u riskji t’aċċidenti lir-residenti u persuni oħra fl-inħawi. B’hekk ġew evitati aktar diffikultajiet lir-residenti tal-inħawi.
Din il-ħidma ta’ titjib fit-toroq tagħna se tibqa’ għaddejja bla heda, sena wara l-oħra, sabiex niksbu l-infrastruttura ta’ kwalità li kapaċi tixpruna b’mod sostenibbli l-progress soċjali u ekonomiku tal-familji u n-negozji f’Malta.