Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Luċija – Triq il-Ġiżimin — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Ġiżimin f’Santa Luċija? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Ġiżimin f’Santa Luċija hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Santa Luċija - Triq il-Gardenja, Triq il-Bruka u Triq iż-Żnuber.

Santa Luċija – Triq il-Gardenja — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Gardenja f’Santa Luċija? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq il-Gardenja f’Santa Luċija. Fil-lokalità ta’ Santa Luċija hemm ukoll Triq il-Giżimin fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm ukoll Triq il-Bruka u Triq iż-Żnuber f’Santa Luċija.

Santa Luċija – Triq il-Burka — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Burka f’Santa Luċija? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jekk jiġi indikat eżattament għal liema triq qed issir referenza għaliha peress li ma nstabet l-ebda triq bl-isem “Triq il-Burka” f’Malta jew Għawdex.

Santa Luċija – Triq iż-Żnuber — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq iż-Żnuber f’Santa Luċija? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq iż-Żnuber f’Santa Luċija. Fil-lokalità ta’ Santa Luċija hemm ukoll Triq il-Ġiżimin fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Santa Luċija - Triq il-Gardenja u Triq il-Bruka.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – master plan

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10076, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-applikazzjoni PA 07491/16 għall-master plan għall-area tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ma għadhiex tidher fuq il-Website tal-Planning Authority?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, il-każ tal-isptar ġenerali ta’ Għawdex, b’referenza PA/07491/16 għada mhijiex ikkunsidrata bħala applikazzjoni għax hija “screening request”. Jekk l-applikant u l-perit jikkompletaw l-applikazzjoni kif mistoqsi fl-istess ittra tal-“iscreening” inkluż il-pagament dovut, l-applikazzjoni tkun meqjusa bħala applikazzjoni kompluta u din tiġi ippublikata fuq is-sit elettroniku tad-Dipartment tal-infomazzjoni u tistieden lill-pubbliku jirreġistra l-interess tiegħu għar-rigward tal-istess applikazzjoni. F’dan il-punt l-applikazzjoni issir tidher għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal- Awtorità tal-Ippjanar u fuq is-sistema tal-“eApplications” skont kif indikat fil-liġi. L-Awtorità dan l-aħħar irranġat is-sistemi tagħha sabiex ma tagħmilx pubbliku dettalji qabel ma applikazzjoni tiġi ppublikata fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq id-Dejqa fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq id-Dejqa fil-Gudja. Fil-lokalità tal-Gudja hemm ukoll Triq Filippu Castagnia fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet u Triq il-Lewż li qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja - Triq Joseph Pace, Triq Santa Katerina u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.

Il-Gudja – Triq Santa Katerina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq Santa Katerina fil-Gudja? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra, fosthom Triq Santa Katerina fil-Gudja. Fil-lokalità tal-Gudja hemm ukoll Triq Filippu Castagnia fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet u Triq il-Lewż li qed tinbena mill-ġdid bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Gudja - Triq Joseph Pace, Triq id-Dejqa u triq bla isem li tinsab bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq.

Il-Fgura – Triq il-Ġdida fi Triq l-Għarnuq — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq il-Ġdida fi Triq l-Għarnuq il-Fgura? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq il-Ġdida fi Triq l-Għarnuq il-Fgura kienet inklu¿a fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Din it-triq hija lesta u bħala xogħlijiet fiha sar tisħiħ tas-servizzi taħt l-art u bini jew tibdil tal-bankini skont il-ħtieġa, kif ukoll tisħiħ tal-pedamenti qabel ma t-triq sarilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. Għadu għaddej l-iċċekkjar u l-ittestjar biex jiġi ¿gurat li kollox sar skont kif miltub u bl-ogħla livelli ta’ kwalità kif rikjest minn Infrastructure Malta u l-kontijiet finali jinħarġu fi tmiem dan il-proċess. Fil-lokalità tal-Fgura hemm ukoll Sqaq Rjallu u Triq is-Sur fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena, waqt li Triq Buqexrem qed issir bħalissa. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Fgura - Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.

Il-Fgura – Sqaq Rjallu — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Sqaq Rjallu l-Fgura? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid hemm Triq il-Qalb ta’ Ġesù u Triq ix-Xewk li huma lesti, Triq il-Ġdida li qed issir bħalissa, kif ukoll Triq Sammat u Triq iċ-Ċimiterju li wkoll se jinbnew mill-ġdid din is-sena. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Raħal Ġdid - Triq il-Wied u Triq Sultana. L-investiment bla preċedent li qed nagħmlu fit-toroq residenzjali huwa mifrux fuq seba’ snin u għaldaqstant, it-toroq residenzjali l-oħrajn f’din il-lokalità wkoll ser jinbnew mill-ġdid fiż-żmien li ġej. Biex tfassal il-listi tat-toroq u tiddeċiedi liema minnhom għandhom jingħataw priorità, Infrastructure Malta tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali u entitajiet oħrajn konċernati, waqt li tikkunsidra wkoll talbiet għall-għajnuna li jsirulha direttament minn ħafna residenti. L-għażla ssir wara li jiġu meqjusin l-istat preżenti tat-toroq, il-konnessjonijiet ta’ triq ma’ toroq jew inħawi oħrajn fil-lokalità, il-frekwenza ta’ kemm jintużaw, kif ukoll attivitajiet fl-inħawi li jistgħu jintlaqtu ħażin mix-xogħlijiet skont meta jsiru, bħalma huwa l-każ ta’ toroq li jinsabu f’żoni turistiċi u dawk qrib l-iskejjel. Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.

Il-Fgura – Triq Buqexrem — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq Buqexrem il-Fgura? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-b¿onn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq Buqexrem fil-Fgura hija fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali u din qed tinbena mill-ġdid bħalissa. F’din il-lista, mill-istess lokalità, hemm ukoll Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq li diġà tlestiet kif ukoll Sqaq Rjallu u Triq is-Sur. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn fil-Fgura – Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun.

Il-Fgura – Triq is-Sur — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u huma previsti li jsiru tul din is-sena ġewwa Triq is-Sur il-Fgura jew hux se jsiru partijiet biss tagħha? Jista’ jindika l-ispiża approssimattiva jew definittiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti li għadha fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni, sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq is-Sur fil-Fgura hija inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun. Fil-lokalità tal-Fgura hemm ukoll Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li diġà tlestiet, Triq Buqexrem li qed tinbena mill-ġdid bħalissa u Sqaq Rjallu. Fit-tieni lista mbagħad hemm ukoll Triq l-Għarnuq u Triq San Xmun fil-Fgura.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar bejn Jannar 2019 - Mejju 2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) minn Jannar sa Mejju 2019 kien ta’ erba t’elef, sitt mija u tliet applikazzjonijiet (4,603). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u tinkludu deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli.

Awtorità tal-Ippjanar – ħruġ ta’ permessi ‘grant’

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi 'grant' mill-Awtorità għall-Ippjanar matul is-sena 2018, lokalità b’lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi l-ammont ta’ applikazzjonijiet għal permessi tal-ippjanar li ġew deċiżi u approvati (permessi) fis-sena 2018 mifrudin bil-lokalità skont il-kunsill lokali rispettiv. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità u tinkludi deċiżjonijiet kemm mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll deċiżjonijiet tal-appelli.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcements u direct actions fuq garaxxijiet fejn kienu jgħixu n-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm 'enforcements' u 'direct actions' mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq garaxxijiet li rriżulta li fihom kienu qed jgħixu n-nies? L-informazzjoni mitluba għandha tkopri 2018 u Jannar-Mejju 2019 separatament.

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, u skont is-sistema informatika tal-istess Awtorità jirriżulta li hemm reġistrati 4 każijiet tal-2018 ta’ avviżi ta’ infurzar (enforcements) li jirrelataw ma’ bdil ta’ użu ta’ garaxxijiet għal residenzi. Ma jirriżultax li hemm xi każijiet tal-2019.

Awtorità tal-Artijiet — enforcements u direct actions fuq garaxxijiet fejn kienu jgħixu n-nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm 'enforcements' u 'direct actions' mill-Awtorità tal-Artijiet fuq garaxxijiet li rriżulta li fihom kienu qed jgħixu n-nies? L-informazzjoni mitluba għandha tkopri 2018 u Jannar-Mejju 2019 separatament

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont ir-records fi ħdan id-Direttorat tal-Infurzar tal-Awtorità tal-Artijiet, ma kien hemm l-ebda azzjoni ta’ żgumbrament ta’ nies li kienu qed jgħixu fil-garaxxijiet kemm fl-2018 u u anke fl-2019. Nikkonferma wkoll, fejn kien hemm rapport ta’ okkupazzjoni ta’ binja u mhux garaxxijiet, wara spezzjoni rriżulta fin-negattiv. Inzid ngħid illi l-Awtorità tieħu passi biss, kemm-il darba l-Awtorità tkun is-sid tal-proprejtà inkwistjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement notice pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice hemm pendenti mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma' jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, fil-11 ta’ Ġunju 2019, l-Awtorità tal-Ippjanar kellha 6,497 każ ta’ Azzjoni ta’ Infurzar miftuħ.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar matul l-2018 u bejn Jannar-Mejju 2019 separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura mis-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar, qed tiġi annessa hawn taħt; Enforcements Issued Total Jan-18 12 Feb-18 23 Mar-18 23 Apr-18 17 May-18 14 Jun-18 7 Jul-18 8 Aug-18 13 Sep-18 49 Oct-18 21 Nov-18 26 Dec-18 18 Jan-19 8 Feb-19 30 Mar-19 7 Apr-19 8 May-19 4 Total 288

Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun — tlestija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta u kemm se tiġi tiswa Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien?

Response (BORG, IAN)

Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, inqas minn sena ilu, ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar. Il-Gvern dejjem poġġa t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna fuq quddiem nett tal-ħidma tiegħu. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, tħabbret ukoll it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien kienet inkluża fl-ewwel kuntratt b’valur totali ta’ €53.5 miljun iffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Filwaqt li x-xogħol f’din it-triq għadu għaddej u diġà tlestew is-servizzi li hemm taħt l-art, bħal f’kull każ Infrastructure Malta qed tesiġi li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħol mitlub fil-ħin u skont l-istandards stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà. B’hekk jiġi żgurat li x-xogħlijiet fit-toroq residenzjali jsiru fl-inqas żmien possibbli, mingħajr ma jkunu kompromessi l-kwalità u s-sigurtà. Fejn ikun hemm dewmien mhux ġustifikat il-kuntratturi qed jiġu mmultati u meta x-xogħlijiet ma jilħqux il-livelli ta’ kwalità rikjesta, l-aġenzija qed iġġiegħel lill-kuntratturi jerġgħu jagħmlu x-xogħol mill-ġdid bi spejjeż tagħhom. Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien hemm ukoll Triq is-Sorijiet fil-lista tal-ewwel 120 triq residenzjali li se jinbnew mill-ġdid din is-sena, waqt li Triq Santa Marija diġà tlestiet. Fit-tieni lista mbagħad hemm toroq oħrajn f’Ħal Tarxien - Triq Marjanu Gerada, Triq it-Tempji Neolitiċi u Triq Paola.

Raħal Ġdid – Triq Żabbar — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-aħħar parti ta’ Triq Żabbar, Raħal Ġdid li saret reċentement?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent sabiex pajjiżna jilħaq il-mira nazzjonali li gradwalment ikollna infrastruttura tat-toroq tal-aqwa kwalità, b’aktar effiċjenza u sikurezza għal dawk li jużawha u bil-kapaċità u s-sistemi kollha meħtieġa biex b’mod sostenibbli tibqa’ twieżen il-progress soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna anke fil-futur. Infrastructure Malta mill-ewwel bdiet ħidma bla heda f’ħafna toroq f’kull lokalità. Minbarra proġetti kbar f’toroq arterjali, għaddejja wkoll bi programm ta’ ħidma ta’ titjib ta’ mijjiet ta’ toroq oħra, kemm residenzjali kif ukoll dawk fil-kampanja. Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq residenzjali f’ħafna lokalitajiet differenti li se jsiru din is-sena bħala parti mill-investiment ta’ €700 miljun. Qed jiġu aġġudikati wkoll is-sejħiet għall-offerti għal kuntratt ieħor li permezz tiegħu Infrastructure Malta se tkun qed tibda tibni mill-ġdid 170 triq residenzjali oħra aktar tard din is-sena. Minbarra xogħlijiet ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt, l-aġenzija qed twettaq ukoll programm ta’ manutenzjoni u tiswijiet ta’ ħafna toroq oħrajn li jkunu jeħtieġu li jsirilhom intervent urġenti sakemm jasal il-waqt biex dawn ukoll jinbnew mill-ġdid. Fost it-toroq li sarilhom intervent simili kien hemm parti minn Triq Żabbar, Raħal Ġdid. Ix-xogħlijiet, li saru billejl, laħqu l-valur ta’ €69,450.76 u kienu jinkludu tneħħija tal-wiċċ tat-triq fejn kien hemm il-ħsarat, tiswijiet ta’ tappieri u kisi mill-ġdid tat-triq b’diversi saffi t’asfalt.