Sptar Mount Carmel – pjanijiet biex jittejbu u jiġu estiżi ċ-ċentri tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jitjiebu jew jiġu estiżi ċ-ċentri ta’ saħħa mentali fil-komunità sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq l-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjanijiet konkreti u avvanzati biex jitjiebu u jiġu estiżi s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità, bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq l-Isptar Mount Carmel u li l-kura tkun aktar aċċessibbli u qrib tal-pazjent.
F’dan il-kuntest, qed titwettaq ħidma biex jitwaqqfu tliet Ċentri Reġjonali ġodda tas-Saħħa Mentali fil-Komunità, rispettivament f’Bormla, fir-Reġjun Ċentrali u fir-Reġjun Tramuntana. Dawn iċ-ċentri se joffru servizzi multidixxiplinarji permezz ta’ timijiet ta’ professjonisti speċjalizzati fis-saħħa mentali, bil-għan li jingħata servizz aktar komprensiv fil-komunità. Ix-xogħol fuq iċ-Ċentru Reġjonali f’Bormla diġà beda, filwaqt li fi żmien qarib mistennija jinħarġu t-tenders għaċ-ċentri l-oħra fir-Reġjun Ċentrali u fir-Reġjun Tramuntana.
Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġi – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors u ġew ingaġġati, u kemm ġew irrifjutati fis-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Operazzjonijiet ta’ ortopedija - Sptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ ortopedija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2025 u jagħti lista tagħhom skont it-tip ta’ proċedura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ ortopedija fl-Isptar Mater Dei matul is-sena 2025 u jagħti lista tagħhom skont it-tip ta’ proċedura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta’ ortopedija mħallsa mill-Gvern fi sptarijiet privati matul is-sena 2025 u jagħti lista tagħhom skont it-tip ta’ proċedura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-istess perjodu saru 5,087 proċedura fl-Isptar Mater Dei u 881 fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew kanċellati proċeduri relatati mal-qalb f’Diċembru 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid għaliex ġew ikkanċellati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika eżatt għalxiex qed jirreferi fil-mistoqsija tiegħu.
Ir-raġuni hi għax hemm bosta proċeduri tal-qalb li jiġu mwettqa f’bosta dipartimenti fl-Isptar Mater Dei (Outpatients, Medical Imaging, Dipartiment tal-ECG, Cath Lab, Teatru tal-Operazzjonijiet); fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fir-Residenza San Vinċenz u issa anke f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li bħalissa huma rikoverati fl-Isptar Mount Carmel u kemm hemm li qed jirċievu kura barra mill-isptar (community mental health services)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mount Carmel hemm rikoverati 246 pazzjent, filwaqt li 10,485 qed jirċievu kura barra mill-isptar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ professjonisti (psikjatri, psikologi, psychiatric nurses, counsellors u social workers) li bħalissa qed jaħdmu fis-servizzi ta’ saħħa mentali pubbliċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm dawn il-professjonisti fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anjzanità Attiva: 63 psikjatra; 60 psikologi; 356 infermier/a; u 17-il Social Worker.
Professjonijiet tas-Saħħa – tnaqqis tal-problema ta’ burnout
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru qed jippjana li jżomm u jattira professjonisti tas-saħħa billi jindirizza l-problema tal-burnout bħala parti mill-politika ta’ retention?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qed jieħu numru ta’ inizjattivi mmirati biex aktar żgħażagħ jiġu mħajjra lejn il-professjonijiet relatati mas-saħħa. Dawn jinkludu l-parteċipazzjoni f’diversi job fairs, l-organizzazzjoni ta’ Health Career Fair annwali, laqgħat mal-istudenti fl-iskejjel, workshops għall-guidance teachers, kif ukoll programmi ta’ job shadowing u żjarat fl-isptarijiet, fost oħrajn. Ġie kkummissjonat ukoll studju sabiex jiġu identifikati l-fatturi li jħajru jew jiskoraġġixxu liż-żgħażagħ milli jagħżlu karriera fis-settur tas-saħħa.
Ħaddiema tas-Saħħa – burnout u kundizzjonjiet tax-xogħol - diskussjonjiet mal-unions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet mal-unions tal-ħaddiema tas-saħħa dwar miżuri ta’ prevenzjoni tal-burnout u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed isir minn kollox biex l-istaff compliment f’kull kategorija ta’ professjonisti jiżdied. Barra minn hekk, qed isir investiment bla preċident biex l-ambjent fejn jaħdmu ikompli dejjem jitjieb u jiżbiħ. Dan minbarra li qed tiddaħħal l-aħħar teknoloġija f’kull qasam tal-kura biex jgħin lill-professjonisti fix-xogħol tagħhom.
Minn barra hekk, sabiex inħajru lill-professjonisti jibdew u jibqgħu jaħdmu f’dan is-settur, sar ftehim settorjali f’Settembru 2023. Barra minn hekk, il-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa, impjegati mas-settur pubbliku, gawdew mill-ftehim li sar f’Novembru 2024 li jkopri żidiet fil-pagi, żidiet f’allowances ġodda u l-introduzzjoni ta’ allowances oħrajn.
Ninsab ċert li b’dawn l-inizjattivi u kundizzjonijiet ġodda ta’ xogħol, il-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa qed jaraw progress bla preċident fl-ambjent li huma qed jaħdmu.
Ħaddiema tas-Saħħa - Programmi ta’ well-being jew training speċifiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx implimentati programmi ta’ well-being jew ta’ training speċifiku biex jgħinu lill-ħaddiema tas-saħħa jlaħħqu ma’ stress fuq il-post tax-xogħol?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant il-P&SD toffri l-Employee Support Programme (ESP). Dan il-programm għall-impjegati jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ appoġġ bla ħlas u kunfidenzjali lill-impjegati pubbliċi, imfassla biex jgħinuhom jimmaniġġjaw id-diffikultajiet tax-xogħol u tal-ħajja tagħhom, li jekk jitħallew mingħajr ma jiġu ndirizzati, jistgħu jaffettwaw ħażin il-prestazzjoni tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Birkirkara, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Mosta, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħin medju ta’ stennija matul ix-xahar ta’ Diċembru 2025 biex persuna tiġi invistata minn tabib wara li tirreġistra fiċ-Ċentru tas-Saħħa Vincent Moran, maqsuma ġurnata b’ġurnata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li l-pubbliku jista’ jkun jaf il-ħin ta’ stennija f’Ċensu Moran, Ċentru Reġjonali tas-Saħħa u f’kull Health Centre permezz tal-websajt primaryhealthcare.gov.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn pazjenti/anzjani għandhom jiddisponu mis-siringi użati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-pazjenti/anzjani għandhom jiddisponu mis-siringi użati ġewwa wieħed miċ-ċentri tal-iskart goff (Wasteserv) li hawn madwar Malta u Għawdex. Meta l-kontenitur bis-siringi użati jimtela, dawn għandhom jiġu mormija ġewwa dawn iċ-ċentri. Kontenitur ġdid jingħata wara li jintrema l-kontenitur li jkun mimli.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinfetaħ ir-Renal Unit ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll b’kemm-il pazjent se jibda jopera?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ tlestija tal-aħħar xogħlijiet fuq ir-Renal Unit fi ħdan San Vinċenz de Paul wasal fi stadju avvanzat, u l-unit se jkun f’pożizzjoni li jibda jopera matul dan l-ewwel kwart ta’ din is-sena. Il-unit se jkun mgħammar b’ħames magni tad-dijaliżi, flimkien ma’ magna addizzjonali li se sservi bħala riżerva. Dan id-dipartiment se joffri kapaċità ta’ madwar 70 sessjoni ta’ dijaliżi fil-ġimgħa. L-operazzjonijiet se jitħaddmu b’mod gradwali, b’kapaċità inizjali ta’ massimu ta’ 10 slots ta’ dijaliżi kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew imwiet f’pajjiżna kawża ta’ suwiċidju matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.