Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skeda għal operazzjonijiet tal-hip replacement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, f’liema ġurnata, maqsuma ġurnata b’ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari 'l quddiem?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi operazzjonijiet tal-hip replacement isiru madwar 20 kull xahar.

Mediċina Humira

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn il-Gvern ma baqax iġib l-injection Humira u minflok beda jġib biss il-Hulio? Jista’ jgħid ukoll x’alternattiva hemm għal dawk il-pazjenti li mhux qed taqbel magħhom il-Hulio u jekk hux beħsiebu jerġa’ jibda jġib il-Humira?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Humira u Hulio huma ismijiet tal-biological u biosimilar rispettivament tal-istess prodott – jiġifieri Adalimumab.

Regolamentazzjoni tal-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema hija l-awtorità responsabbli biex tirregola impjanti ta’ produzzjoni tat-tarmac bil-poter li tissorvelja u tissanzjona?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xiri ta' uniformijiet għall-Allied Health Professionals wara li ilhom ’il fuq minn tliet snin jistennew li jkollhom uniformi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'partial knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal partial knee replacement aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 72.

Lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'total knee replacement'

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'total knee replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal total knee replacement aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 991.

Lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'hip replacement'

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għall-proċedura ortopedika magħrufa bħala 'hip replacement'?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal hip replacement aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 180.

Rabat, Għawdex – Ċentru tas-Saħħa — Xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal ix-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex u meta hi d-data l-ġdida li fiha se jinfetaħ wara perjodu ta’ dewmien?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellat illi l-pjan hu li sal-aħħar ta’ din is-sena jkun lest.

Rabat, Għawdex – Ċentru tas-Saħħa — Servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-servizzi li ser jingħataw miċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi miċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat Għawdex se jingħataw dawn is-servizzi: § Servizzi preżenti fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat: 1. GP walk-in 2. Treatment room 3. Phlebotomy service and Centrifuging of bloods 4. Home Visits 5. Screening for Diabetes and hypertension done by Senior Health Careers. 6. Immunisation (from Xewkija Community Clinic) § Servizzi Addizzjonali li għandhom jiġu introdotti fiċ-Ċentru tas-Saħħa l-Ġdid tar-Rabat: 1. Podiatry 2. Diabetes 3. ACC-POC – Patients on warfarin 4. Wound Clinic 5. Mental Health § Servizzi Ġodda minn Kliniki tal-Komunità GP appointment clinics Speech Language Pathology Nurse led well-being clinic Physiotherapy Podiatry Ophthalmology/optometry/orthoptics AAA screening Screening for Diabetes and hypertension done by Senior Health Carers (by appointment)

Għawdex — Pjan għal Sptar ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-pjan rigward sptar ġdid ġewwa Għawdex, u jagħti time frame ta’ meta dan ser isir?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt illi t-titjib fis-servizz mogħti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huwa on-going - bħall-ħruġ ta’ tender għal MRI ġewwa Għawdex, u ż-żieda tas-servizz ta’ 13-il konsulent mediku addizzjonali, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet interni dwar il-medical brief għal sptar ġdid.

Għawdex — Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa r-Rabat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser titlesta u tinfetaħ il-poliklinika ġdida ġewwa r-Rabat, Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11774.

L-Isptar ġenerali ta’ Għawdex — Sistema tal-MRI

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid it-time frame ta’ meta ser tibda u titlesta s-sistema tal-MRI ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mobile MRI tkun disponibbli fil-Gozo General Hospital fl-aħħar ta' Jannar 2024.

Għawdex – Sptar Ġenerali – CT Scan ġdida

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-pjan rigward is-CT Scan ġewwa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li din kellha l-ħsara u mhux qed tintuża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CT scan ġewwa Gozo General Hospital qiegħda taħdem.

Ftehim settorali tal-infermiera u qwiebel

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, issa li ġie ffirmat il-ftehim settorali tal-infermiera u qwiebel, jekk il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) irtiratx id-direttivi kollha lill-membri tagħha? Jekk le, kemm hemm direttivi li għadhom fis-seħħ f'Mater Dei, fil-Primary HealthCare, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fl-Isptar Monte Karmeli u fl-Isptar Karin Grech? Jista jagħti elenku ta' dawn id-direttivi entità entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-azzjonijiet industrijali direttament relatati man-negozjati tal-ftehim Settorali tal-infermiera u qwiebel kienu sospiżi fit-13 ta’ April ta’ din is-sena. Sadanittant l-MUMN għandha numru ta’ direttivi fl-entitajiet differenti li għadhom fis-seħħ. Il-Ministeru, wara l-iffirmar tal-ftehim settorali, talab formalment lill-MUMN sabiex issa tirtira dawn id-direttivi.

Ħlas għal sigħat ‘overtime’ u ‘on call allowances’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tħallas għal sigħat ‘overtime’, kif ukoll ‘on call allowances’, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mis-sena 2012 sal-2022, sena b’sena.

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba minnu bl-ammonti ta’ overtime u On call approvati mill- management ta’ MCH.

Ministeru għas-Saħħa — Defibrillators

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi defibrillators jinstabu f’kull Berġa u Health Centre tal-Kura Primarja, f’MDH , f’KGH, St. Luke’s Hospital, FMS, GGH , MFH u NBTS.

Sptar Mater Dei — awtopsji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il awtopsja saret fl-Isptar Mater Dei bejn is-17 ta’ Lulju 2023 u t-28 ta’ Lulju 2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-17 ta’ Lulju 2023 u s-27 ta’ Lulju 2023 saru 39 awtopsja fl-Isptar Mater Dei.

Iffriżar ta’ skart organiku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa, u jgħid jekk il-Ministeru hux favur id-dikjarazzjoni tas-CEO tal-Wasteserv li l-iskart organiku jitpoġġa fil-friża biex jiġi ffriżat sakemm jasal il-jum meta suppost jintrema? Jista' jgħid ukoll jekk dan imurx kontra direttiva tad-Dipartiment tas-Sanità lill-postijiet kummerċjali, li huma mitluba biex fil-friżi tagħhom jisseparaw u jagħżlu l-ikel minn ma' prodotti oħra fl-istess friża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolament 852 tal-2004 tal-Unjoni Ewropea.

Ħrieqi (Nappies) tal-adulti – Out of Stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex kien hemm ħrieqi (nappies) tal-adulti out of stock fix-xahar ta' Settembru? Jista’ jgħid ukoll meta waslu jew ser ikunu lura għad-dispożizzjoni tal-klijenti tal-POYC?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nappies tal-adulti ma jitqassmux mill-POYC u allura nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei – Spezzjonijiet ta’ Suffetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet tas-suffetti rigward moffa u nuqqas ta’ panels tas-suffett, ġewwa l-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li spezzjonijiet li jinkludu dawk tas-suffetti fl-Isptar Mater Dei jsiru tal-inqas darba fis-sena.