Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23596 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi hemm entità waħda taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal li b'kollox inħarġu 3 cards. Il-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24399, 24908, 28131 u 28420 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u D-Drittijiet tat-Tfal inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti, hemm 26 vettura li huma mikrija.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23578 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li taħt Ministru għall-Politika Soċjali u D- Drittijiet tat-Tfal hemm card waħda. Il-ħruġ ta’ card jsir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li kopja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttiva 2012/29/UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993, 28303 u 28476 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27528, 27838, 27994, 28304 u 28477 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27529, 27839, 27995, 28305 u 28478 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €700 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27530, 27840, 27996, 28306 u 28479 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €800 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Mejju 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari W414.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Nefqa fuq fjuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23471, fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21813, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Allowance supplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni f’Għawdex li qegħdin jirċievu l-allowance supplimentari sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa u jaqsam din l-informazzjoni raħal b’raħal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Special Student Allowance — Ġenituri barranin u TCNs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri barranin Ewropej u Third Country Nationals (TCNs) li matul is-sena 2024 ibbenefikaw mill-iSpecial Student Allowance fuq ulied li baqgħu jistudjaw wara l-età ta’ 16-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Santa Luċija — Ċentru Ċiviku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26921 u jgħid jekk kienx hemm diskussjonijiet bejn il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija u/jew entitajiet oħra, dwar il-binja taċ-Ċentru Ċiviku f’Santa Luċija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kienx hemm diskussjonijiet/laqgħat bejn il-Kummissarju għat-Tfal u l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija rigward il-binja taċ-Ċentru Ċiviku f’Santa Luċija. Minkejja dan, kien hemm diskussjoni interna fuq il-materja mal-kunsill.

Persuni li twieldu qabel l-1962 – Reviżjoni tal-pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm pensjonanti li twieldu qabel l-1962 li għadhom ma ħadux iż-żieda dovuta mill-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma romol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Korporazzjoni Telemalta, Malta Drydocks, Malta Shipbuilding, Gas Board u International Aeradio Ltd. — Skemi ta’ kumpens għall-eks ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-iskemi ta’ kumpens li japplikaw għall-eks ħaddiema tal-Korporazzjoni Telemalta, tal-Malta Drydocks, tal-Malta Shipbuilding, tal-Gas Board u tal-International Aeradio Ltd.? Jista’ jgħid ukoll meta, fejn u kif ser jibdew jintlaqgħu l-applikazzjonijiet relatati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Kiri ta’ karozzi - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24399, 24908 u 28131 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24382, 24768 u 28136 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu msemmi nxtraw 9 tal-karozzi ġodda mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. 6 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27527, 27837, 27993 u 28303 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti llum li għandhom pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.