Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13176, 12933 u 12644 u jgħid:
a) Kemm sewa lill-Gvern il-bini tad-dipartiment tal-gamma scan?
b) Kemm swiet kull gamma machine?
ċ) Kemm jiswa lill-Gvern l-appart tal-X-Ray Department kull sena?
d) Kemm jiswa lill-Gvern l-operat ta' kull MRI, CT, X-Ray, Angiogram u Mammogram? X'fatturi jieħu in konsiderazzjoni l-Gvern meta jagħmel l-audits ta' kemm tiswa kull proċedura?
e) Kemm huwa stmat li ser jiswa lill-Gvern kull mammogram meta dawn jibdew isiru mill-Belt taħt l-iskema l-ġdida?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13175, 12934, 12647 u 12261 u jgħid x'inhi l-ispiża totali li l-Gvern nefaq fuq is-saħħa, eskluża l-ispiża fuq id-djar u sptarijiet tax-xjuħ, fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Kemm minn din l-ispiża kienet:
a) fuq mediċini inpatients?
b) fuq mediċini outpatients?
ċ) salarji?
d) bonuses?
e) overtime?
f) ikel?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13183, 12940 u 12269 u jgħid xi ħlas jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li m'humiex intitolati għall-kura b'xejn? Kemm huma t-tariffi tal-Gvern għall-operazzjoni:
a)
major complex?
b) major?
ċ) intermediate?
d) minor?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ħlas li jitlob l-Gvern ta' konsulta fl-Isptar Mater Dei għal dawk il-pazjenti li mhumiex intitolati għal kura b'xejn huma kif ġej:
€
Consultation at Emergency 46.59
Consultation at Out Patient 34.94
It-tariffi tal-Gvern għall-operazzjonijiet imsemmija huma kif ġej:
€
Major Complex Op (Above Major) 6405.78
Major Op 2329.37
Intermediate Op 1048.22
Minor Op under local anaesthesia 256.23
Minor Op under general anaesthesia 465.87
Informat ukoll li dawn il-ħlasijiet u tariffi huma skond il-provedimenti ta’ Legal Notice 201/2004.
Wara li ġie finalizzat l-eżerċizzju ta' '
costings
' fl-isptar Mater Dei, dawn it-tariffi qegħdin jiġu riveduti u għandha toħroġ Legal Notice bit-tariffi ġodda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta'
a) MRI?
b) CT?
ċ) X-ray?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-eżerċizzju tal-costings qiegħed jiġi aġġornat. Il-figuri mitluba jingħataw fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem il-Ministeru rigward ċimiterji fl-irħula, biex dawn iċ-ċimiterji jitkabbru? F'liema lokalitajiet hemm dawn it-talbiet għall-estensjoni? Kemm ilhom pendenti?
Jista l-Ministru jgħid kemm hemm occupational therapists jaħdmu mas-CDAU (Child Development Assessment Unit)? Kemm minnhom qegħdin full-time u kemm qegħdin bir-reduced hours?
Jista' l-Ministru jgħid x'irid jagħmel inkwilin ta' post tal-Gvern li l-post fejn jgħix ikollu ħsarat strutturali perikolużi ċertifikati minn perit? Min suppost jagħmel ix-xogħol ta' tibdil ta' soqfa u manteniment?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li talbiet għal tiswijiet strutturali f’postijiet tal-Gvern għandhom jiġu indirizzati lill-Awtorita’ tad-Djar. L-Inkwilini għandhom japplikaw taħt Skema SM sabiex l-Awtorita’ tkun tista’ tipproċedi bix-xogħol jew tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-inkwilini sabiex jitneħħa l-periklu u jsiru t-tiswijiet strutturali. Aktar informazzjoni dwar l-iskema SM kif ukoll skemi oħra li toffri l-Awtorita’ tad-Djar tinsab fuq il-website ta’ l-istess Awtorita’.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Tiswija ta' Postijiet tal-Gvern li l-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament hija d-direttur tiegħu, għalaq? Jekk iva, fejn wieħed jista' jirrapporta meta jkollu problema f'post tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Tiswija ta’ Djar għalaq xi ġimgħat ilu, madanakollu, sa minn Marzu ta’ din is-sena, l-Inkwilini ta’ postijiet residenzjali mibnija mill-Gvern bdew jindirizzaw talbiet għal tiswijiet kif ukoll l-ilmenti tagħhom dwar ħsarat lill- Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar postijiet li l-Gvern huwa is-sid tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-appartamenti proprjeta’ tal-Gvern jingħataw għall-perjodu ta’ ħames snin b’kera lill-persuni li verament huma fil-bżonn. F’għeluq dan it-terminu jiġi rivedut il-każ ta’ l-inkwilin biex jiġi stabbilit jekk huma il-każ li l-kuntratt jiġi mġedded. F’każ li jinstab li l-inkwilin jkun tejjeb l-pożizjoni tiegħu allura l-appartament jingħata lill-ħaddieħor. Dan issir sabiex l-appartamenti ta’ Gvern jkunu mikrija lill min tabilħaqq jistħoqlu.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — pensjonijiet tar-romol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12900 u jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet li tressqu quddiem id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-pensjonijiet tar-romol matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom ġew approvati, għadhom pendenti, jew ġew irtirati?
Response (DALLI, JOHN)
Informat hekk :-
Malta
Ghawdex
Numru ta’ talbiet
894
64
Talbiet approvati
800
57
Talbiet pendenti
52
3
Talbiet mhux approvati
42
4
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, għadu ma ġiex kostitwit?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li Artiklu 8 tal-Att dwar l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol jispeċifika l-mod kif għandhom ikunu appuntati l-Membri tal-Awtorita'. Jistgħu jinħatru direttament żewg membri, inkluż ic-Chairperson. Il-Membri l-oħra għandhom ikunu appuntati b’dan il-mod:
o persuna nominata mill-Ministru għall-affarijiet ekonomici;
o żewġ membri maħtura biex jirrapprezentaw l-interessi tal-ħaddiema, wara konsultazzjoni ma’ dak il-korp jew korpijiet ,minn żmien għal żmien, iqis bħala r-rappreżentanti prinċipali tal-ħaddiema.
Informat ukoll li riċentament irċivejna n-nomini mitluba migħand il-partjiet kollha, qed ikomplu l-proċeduri biex ikun appuntat formalment il-Bord.
Jista' l-Ministru, in konnessjoni maċ-Ċentru għall-Adulti fl-Imtarfa (persuni b'diżabilità) jieħu l-passi kollha neċessarji u meħtieġa sabiex isiru dawk ix-xogħlijiet konsistenti fi:
a) irranġar tat-triq peress li tant fiha ħsarat li hija diffiċli għal dawn il-persuni li jimxu fuqha?
b) titbaxxa u titranġa r-rampa li tagħti għall-istess ċentru stante li hija għolja wisq?
ċ) issir manutenzjoni tal-post innifsu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12842 u jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separamtament, li saret diversi snin ilu u sal-lum għadha ma semgħet xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni m'għandiex applikazzjoni pendenti għall-Akkomodazzjoni Alternattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentaru 12471 u jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva aktar minn 20 sena ilu, sal-lum għadha ma ngħatatx widen mill-Awtorita' tad-Djar b'konsegwenza li familja ta' erba' persuni qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti applikaw fit-12 ta' Ġunju, 1997, li l-applikazzjoni tagħhom qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Awtorità tad-Djar — ittra mingħajr acknowledgement
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ittra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, datata 23 ta' April u r-reminder tagħha fis-17 ta' Lulju, qatt ma kienet acknowledged u lanqas imwieġba mill-Awtorità tad-Djar minkejja diversi reminders?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11892, 11500, 9657, 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta’ pazjenti li jinqdew mill-Ispiżerija ta’ l-Outpatients fl-Isptar Mater Dei huwa ta’ bejn 350 u 400 kuljum. Il-waiting area hija mgħammra b’sistema elettronika ta’ biljetti u l-pazjenti jiġu diretti fil-kju tagħhom skond il-każ, jiġifieri:
· Kju għall-pazjenti li jiġbru item wieħed
· Kju ghall-pazjenti bil-karta ta’ l-identita’ tal-Bżonnijiet Speċjali jew anzjani l-fuq minn 75 sena
· Kju normali.
Din is-sistema tgħin biex jiġi mmaniġjat aħjar il-kju.
Informat ukoll li l-pazjenti jistennew fil-waiting area li hi mgħammra bis-siġġijiet sakemm jissejjaħ in-numru tagħom skond il-kju biex imorru jinqdew minn waħda mis-sitt
positions
minn fejn jitqassmu l-medicini. Kull
position
hija mgħammra ukoll b’siġġu sabiex il-pazjent jista’ jistenna bilqegħda sakemm tinħadem ir-riċetta. Bl-estensjoni ta’ l-Iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek, wieħed jittama li l-kjuwijiet jonqsu. Wara l-ħin, il-pazjenti li jiġu jiġbru l-mediċina f’każ ta’ emerġenza jew dawk li jiġu liċenzjati jinqdew mit-tieqa għall-emerġenza. Hemm il-ħsieb li tinfetaħ tieqa oħra sabiex ma jkunx hemm konġestjoni u b’hekk jingħata servizz aħjar. Dan hu servizz ta’ emerġenza u m’hemmx il-ħtieġa ta’ siġġijiet. Għaldaqstant jekk pazjent ikun akkumpanjat minn xi ħadd, hu jkun jista’ jistenna bil-qiegħda fir-
reception area
tal-
outpatients
sakemm tinħadem ir-riċetta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11952 u ċioe: Peress li fi tweġiba parlamentari kien intqal mill-Ministru li hemm eluf ta’ operazzjonijiet tal-ortopedija li qed jistennew biex isiru, u billi rtira l-kirurgu ewlieni ftit xhur ilu bl-età, filwaqt li ieħor se jirtira bl-età wkoll f’dawn il-ġranet u l-Kap tad-Dipartiment se jirtira sitt xhur oħra, jista l-Ministru jgħid jekk il-Gvern talabx lil dawn il-kirurgi sabiex jibqgħu u jestendilhom il-kuntratt biex b’hekk ma nkomplux iniżidu l-waiting list f’dan id-Dipartiment?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-kuntratt tal-kirurgi tal-Ortopedija qed jiġu finalizzati wara li ġiet proċessata sejħa għal applikazzjoni li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern bid-data tal-1 ta' Settembru 2009 u għalqet fil-11 ta' Settembru 2009.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' blue stickers li ġew irtirati matul l-2008 u l-2009 rispettivament? Kemm minn dawn l-istickers reġgħu ġew mogħtija lil dawk li itteħdulhom? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li ġew ritornati lilhom l-isticker li kienet itteħditilhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji li għadhom jintużaw f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm hemm oqbra f'dawn iċ-ċimiterji, jekk fihomx spazju fejn jistgħu jespandu u x'inhi d-domanda għall-oqbra f'dawn iċ-ċimiterji?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba fl-istorja tiegħu ċ-Ċimiterju ta' l Addolorata kien estiż? Jista' jgħid x'kien in-numru ta' oqbra li ġabet magħha kull estensjoni?