Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġi riservati għall-persuni b'diżabilità jiġu allokati wara l-approvazzjoni tassattiva tal-Bord Mediku maħtur mill-Aġenzija Sapport, li jevalwa u jiddeċiedi kull applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti.
Kif indikat fit-tabella li ġejja, in-numru ta’ parkeġġi allokati għall-persuni b’diżabilità li ngħataw fl-2025 u fl-2026 huma:
Sena
Parkeġġi Personaliżżati
Parkeġġi Komunali
2025
469
122
2026
260
75
Ġestjoni u miżuri relatati mat-traffiku – Użu tal-AI
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-progress tal-Gvern fl-użu jew l-adattament tal-intelliġenza artifiċjali (AI), fil-ġestjoni tat-traffiku u fil-miżuri relatati mat-traffiku? Jista’ jgħid ukoll liema proġetti pilota, tenders jew sistemi diġà ġew ippjanati jew implimentati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-materja qed tiġi indirizzata fuq żewġ binarji.
L-ewwel hija l-
upgrading
tas-sistemi diġitali li diġa kienu għad-dispożizzjoni ta’ Transport Malta, li aktar ma jgħaddi żmien aktar ser jidħlu fihom
features
tal-AI. Per eżempju, l-
Adaptive Traffic Control
diġa’ qed jara li numru ta’
traffic lights
f’Malta jużaw l-AI u uħud minnhom diġa qed jintużaw.
Mit-tieni binarju, għaddejin proġetti oħra li d-dettalji tagħhom jingħataw iktar ‘il quddiem biex l-iktar areas kritiċi tar-
road network
tal-pajjiż ikollhom traffic management bl-AI.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vapuri li jtajru l-bandiera Maltija maqbuda fl-istrett ta’ Hormuz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-lum hemm 26 bastiment irreġistrati taħt il-bandiera Maltija li jinsabu fil-Golf Persjan u 3 bastimenti fil-Golf ta’ Oman (fuq iż-żewġ naħat tal-Istrett ta’ Hormuz). Madankollhu. dan ma jfissirx li huma kollha maqbulin fiż-żona tal-kunflitt.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex persuni jkunu jistgħu jużaw l-app, minflok it-Tallinja Card fuq il-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tallinja Card hija proprjetà tal-Malta Public Transport. L-opertatur tas-servizz tat-transport Pubbliku għandu wkoll mobile app, illi fl-aħħar sena, ġiet imsaħħa b’aktar funzjonalitajiet, fosthom l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar is-servizz, biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jippjanaw il-vjaġġ tagħhom b’aktar faċilità. Infurmat li fl-istess waqt, għaddejjin diskussjonijiet dwar aktar titjib li jista’ jiġi implimentat, bil-għan li nkomplu nsaħħu s-servizzi diġitali offruti lill-pubbliku u jitkompla jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku.
Barra minn hekk, il-pjan
Malta in Motion
jinkludi viżjoni aktar wiesgħa ta’ mobbiltà integrata, li permezz tagħha ser tiġi żviluppata pjattaforma diġitali waħda li tgħaqqad il-modi differenti tat-trasport f’app waħda. Dan ser jagħmilha aktar faċli għall-utenti biex jippjanaw u jużaw diversi mezzi ta’ trasport minn pjattaforma waħda.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta t-Tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel Tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa Tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ġiet introdotta fl-2015. Din hija proprjetà ta’ Malta Public Transport Ltd. Din illum tiswa €5.00 u €25.00, liema charge jiġi determinat esklussivament mill-kumpanija u mhux mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-indiċi tat-TomTom iċċitati mhuwiex l-aqwa kejl peress li jirreferi għal perjodu u żona partikolari madwar il-Belt Valletta u ma jirriflettux is-sitwazzjoni nazzjonali kollha.
Miżuri ttieħdu u għadhom qed jittieħdu kemm taħt Reshaping our Mobility kif ukoll bit-twettiq tal-pjan Malta in Motion.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 ta’ Ġunju 2026, daħal total ta’ 674 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej:
Kategorija
Għadd
Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja
4
Bus shelters
21
Bus stops
85
Nuqqas ta’ kapaċità
62
Xufiera jew impjegati tal-operatur
129
Puntwalità
32
Affidabbiltà
64
Skedi
83
Oħrajn
194
Total
674
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) matul is-sena 2025, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2025, ġew riċevuti total ta’ 1,996 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej:
Kategorija
Għadd
Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja
9
Bus shelters
50
Bus stops
186
Nuqqas ta’ kapaċità
260
Xufiera jew impjegati tal-operatur
313
Puntwalità
152
Affidabbiltà
194
Skedi
383
Oħrajn
449
Total
1996
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) matul is-sena 2024, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq il-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bil-għan li jiġi vverifikat li n-numru ta' passiġġieri bilwieqfa ma kienx jaqbeż il-kapaċità massima permessa? Jista' jgħid ukoll, għal kull sena separata, kemm instabu każijiet fejn il-kapaċità massima ta' passiġġieri bilwieqfa kienet inqabżet u x'azzjoni ttieħdet f'dawn il-każijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq spezzjonijiet regolari fuq il-karozzi tal-linja. Dawn l-ispezzjonijiet ikopru, fost l-oħrajn, il-kundizzjoni tal-vettura, aspetti relatati mas-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll ix-xufiera.
Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet, l-uffiċjali ta’ Transport Malta jivverifikaw ukoll li n-numru ta’ passiġġieri bilwieqfa ma jaqbiżx il-limitu stabbilit fis-Certificate of Conformity tal-vettura. It-tabella li ġejja turi n-numru ta’ spezzjonijiet imwettqa, kif ukoll l-għadd ta’ każijiet fejn instab li karozza tal-linja kienet qed iġġorr aktar passiġġieri mil-limitu permess:
Sena
Numru ta' Spezzjonijiet
Każi ta' Overloading
2024
22,118
0
2025
30,572
1
2026 (Bejn Jannar u Mejju)
16,026
4
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fis-swimming zones mis-sena l-oħra għal din is-sena? Jekk iva, jista’ jagħti dettalji dwar it-tibdil li sar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm tibdil fis-swimming zones mis-sena l-oħra għal din is-sena.
Il-bajja ta’ Buġibba – Ċaqliq tal-irmiġġi – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fil-bajja ta’ Buġibba wara l-breakwater, għal dak li jikkonċerna ċ-ċaqliq tal-irmiġġi fl-istess bajja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża totali relatata mar-riorganizzazzjoni tar-rmiġġi f’Buġibba kienet tammonta għal €1,189,795.00 (VAT Eskl.)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ rmiġġi li kien hemm fil-bajja ta’ Buġibba, u dan qabel ma sar ix-xogħol fuq l-istess irmiġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ rmiġġi wara li sar ix-xogħol u kif ser jiġu allokati/ġew allokati l-irmiġġi li żdiedu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma beda x-xogħol ta’ riorganizzazzjoni, fil-bajja ta’ Buġibba kien hemm total ta’ 334 rmiġġ identifikat fiż-żona. Wara ir-riorganizzazzjoni in-numru ta’ rmiġġi fil-layout il-ġdid huwa ta’ 411.
Madankollu, għandu jiġi nnutat li dawn iċ-ċifri mhux neċessarjament jistgħu jiġu mqabbla direttament, peress li l-konfigurazzjoni l-ġdida ġiet iddisinjata fuq il-bażi tad-dimensjonijiet tal-bastimenti u l-istandards ta’ sigurtà tan-navigazzjoni tal-lum. Għaldaqstant, il-kapaċità taż-żona tiddependi wkoll fuq id-daqs u l-karatteristiċi tal-bastimenti li jkunu qed jużaw l-irmiġġi.
Ir-riorganizzazzjoni saret sabiex titjieb is-sigurtà tan-navigazzjoni, jiġu stabbiliti fairways adegwati u jiġi ottimizzat l-użu taż-żona.
L-allokazzjonijiet ta’ kwalunkwe spazju disponibbli jsiru skond il-prattika amministrattiva stabbilita tal-Awtorità minn żmien għal żmien, filwaqt li jitqiesu diversi fatturi, fosthom il-qisien u l-karatteristiċi tal-bastiment, il-kapaċità u l-konfigurazzjoni tal-irmiġġi disponibbli, il-kundizzjonijiet operattivi tal-lokalità partikolari, kif ukoll aspetti relatati mas-sigurtà u n-navigazzjoni.
Fast ferry – Priority boarding – Residenti Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ priority boarding għar-residenti Għawdxin fuq is-servizz tal-fast ferry?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-passiġġieri li jkollhom biljett validu mixtri minn qabel, inkluż l-Għawdxin, jingħataw prijorità u jkollhom l-imbark garantit. Fl-istess waqt qed isiru żviluppi fis-sistemi bil-għan li l-Għawdxin u l-Maltin li jużaw is-servizz ta’ kuljum ikollhom iżjed flessibilita` fil-vjaġġi tagħhom.
Fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta – Vjaġġ tad-8:45 a.m.
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-vjaġġ tad-8:45 a.m. mhuwiex inkluż fl-iskeda tas-servizz tal-fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dan il-vjaġġ jiġi introdott?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vjaġġ tat-8:45 a.m. mill-Port tal-Imġarr, Għawdex, lejn il-Belt Valletta ma jinsabx fl-iskeda attwali peress li, skont il-ftehim għall-provvista tas-servizz skedat ta’ fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr, dan il-vjaġġ ġie rtirat mill-iskeda tas-servizz. Kwalunkwe tibdil jew introduzzjoni mill-ġdid ta’ dan il-vjaġġ ikollu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-arranġamenti kuntrattwali u tal-eżiġenzi operattivi tas-servizz.
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS), li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ‘l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru kilometri t’asfalt ta’ toroq matul is-snin 2024, 2025 u l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol għall-perjodu msemmi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.