Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32107, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-fatt il-Ministeru kienx benefiċjarju tal-fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea li bbenefika l-Ministeru, d-dipartimenti u l-aġenziji relattivi matul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

MICAS – Open Days

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saru open days u jipprovdi d-dati li fihom ġew organizzati dawn l-open days fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS)?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li min mindu fetaħ il-MICAS saru għaxar open days, id-dati huma, 7u 8 ta’ Diċembru 2024, 29 u 30 Marzu ta’ 2025, 4 ta’ Ottubru 2025, 11 u t-12 ta’ Ottubru 2025, 19 ta’ Ottubru 2025 u 8 u d-9 ta’ Novembru 2025.

MICAS – Żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) minn meta dan fetaħ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u dan mingħajr ma jinkludi persuni li żaru b’xejn fl-open days, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mgħoddija lili.

Kunsilli lokali - Ġonna

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31393, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġonna, kemm minn aspett ta’ manutenzjoni kif ukoll minn aspett ta’ finanzi, jaqgħux taħt il-Kunsilli Lokali jew taħt xi entità oħra tal-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31393 telenka l-ġonna li huma fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali rispettivi, hekk kif mistoqsi.

Uffiċċju tal-Ombudsman - Każ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31948 u 31949, li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li issa ġew referuti lilu, u jgħid in vista tar-rakkomandazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman lill-Prim Ministru, Każ Nru OMB-24-4570 dwar għotjiet lill-media houses, kif komunikata fit-3 ta’ Settembru 2025, jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu sabiex din tiġi implimentata?

Response (BONNICI, OWEN)

L-għotjiet lill-media houses saru dejjem skont skeda mfassla mid-djar tal-pubblikazzjonijiet stess.  Hemm skedata laqgħa dwar il-fondi għas-sena 2026 u dan il-punt se jitqajjem min-naħa tal-Ministeru.

Ħaż-Żabbar – Sqaq Bursett – Double Yellow Lines

Question

Jista’ l-Ministru jikkjarifika għalfejn hemm double yellow lines quddiem blokka flats fi Sqaq Bursett f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokal ta’ Ħaż-Żabbar li jeħtieġ l-identifikazzjoni eżatta tal-blokka li qed issir referenza għaliha sabiex tkun tista’ tingħata t-tweġiba mitluba.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx tender biex il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar isir mill-ġdid? Jista’ jgħid ukoll skont liema standards ġie ordnat l-apparat biex isir il-bandli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li s-sejħa għal-offerti ħarġet mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar bit-titlu Embellishment of Ġnien il-Mistrieħ, Ħaż-Żabbar, including the installation of playing equipment, planters and street furniture ( ZLC 3/2024 u ZLC 3/2024R).  Din l-offerta tinkludi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u installazzjoni ta’ apparat ġdid għall-logħob tat-tfal, u tesiġi li l-apparat ikun konformi ma’ standards Ewropej ta’ sigurtà BS EN 1176 – 2008 u BS EN 1177 – 2008.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bandli ta’ St Peter’s f’Ħaż-Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li mhux f’pożizzjoni li jindika data eżatta ta’ meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq il-bandli ta’ St Peter. Dan għaliex il-Kunsill qed jistenna l-approvazzjoni formali tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li ssir il-laqgħa li hija diġà skedata, mal-MCCAA, kif mitlub mill-istess Awtorità.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area – Bandli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31807 fl-intier tagħha u jgħid meta nqalgħu l-bandli f’St Peter’s Area, Ħaż- Żabbar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar li l-bandli nqalgħu bejn Ġunju u Settembru  tas-sena 2023.

Bormla – Ground tal-football – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-ground tal-football ta’ Bormla tlestewx kompletament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet fil-Ground Peppi Delceppo għadhom ma tlestewx għal kollox u waslu fl-aħħar stadji. Jonqos li jsir xogħol ta’ rinnovar taċ-changing rooms u l-bar area. It-tender ħareġ u jinsab fl-istadju ta’ evalwazzjoni.

Il-Pietà u l-Ħamrun - Triq Oscar Zammit, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31993 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-toroq Triq Oscar Zammit, il-Pietà, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista, il-Ħamrun?  Jista’ jagħti r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Awtorità tal-Artijiet – Proprjetajiet meħuda “by Public Tenure”

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31596 dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jħallas lis-sidien tal-proprjetajiet meħuda minn għandhom “by Public Tenure” bejn is-sena 1960 u s-sena 1970 u li għalihom qed jirċievu r-Recognition Rent mill-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern qed jippjana li jakkwista tali fondi ġaladarba dawn il-fondi ntużaw għal skop pubbliku?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għandha l-ħsieb illi ssegwi l-proviżjonijiet u t-termini kif stabbiliti fl-Artikolu 68 tal-Kap. 573, Att Dwar l-Artijiet tal-Gvern.