Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx servizz psikoloġiku għall-pulizija li jkunu marru fuq xena ta' delitt jew esperjenzaw każ traġiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li meta servizz psikoloġiku jkun neċessarju, il-Pulizija jiġu kkuntattjati mill-Victim Support Unit li barra milli jagħtu tagħrif tas-servizzi disponibbli, jestendu l-assistenza tagħhom kif ikun meħtieġ. L-istess uffiċċjali għandhom ukoll aċċess għal Programm ta' Appoġġ għall-Impjegati, speċjalment minħabba li b’mod kostanti, huma jiltaqgħu ma’ diversi sitwazzjonijiet kritiċi u diffiċli, bħal ma semma l-Onorevoli Membru, u ċioe’ każi fejn dawn imorru fuq xena ta' delitt jew jiffaċċjaw esperjenzi ta’ każi traġiċi ta’ kull tip. Membri tal-Korp huma konxji mis-servizzi tal-Employee Support Programme, li jmexxu programm ta’ servizzi li huma jistgħu faċilment jaċċessaw, u kull assistenza li tingħata tkun effettiva u speċifika għal każ tagħhom. Dan is-servizz li huwa kunfidenzjali, u fost ħwejjeġ oħra jindirizza kwistjonijiet ta’ diffikultajiet tas-saħħa mentali u stress.
Persuni li qed jiskontaw sentenza – Sapport għall-familjari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna jew sapport jingħataw lill-familjari (ġenituri, mara, raġel, tfal) tal-priġunieri li jkunu qegħdin jiskontaw sentenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li s-sapport għall-familjari ta’ persuni miżmuma fil-ħabs f’Malta jinkludi firxa ta’ servizzi offruti mit-tim tal-CREU (Unità tal-Kura, Reintegrazzjoni u Edukazzjoni).
Dawn is-servizzi jibdew b’assessjar psiko-soċjali mal-wasla tal-persuna fil-ħabs u jkomplu matul iż-żmien tas-sentenza, inkluż kuntatt dirett mal-familjari, referenzi għal servizzi fil-komunità, u terapija tal-familja. Il-familjari jiġu infurmati dwar il-kundizzjonijiet mediċi tal-priġunieri fejn jistgħu jikkomunikaw permezz ta’ telefonati, ittri, u viżti online, (No-Contact Visits) u (Contact Visits), kif ukoll viżti b’sorveljanza speċjalizzata organizzati għal tfal tal- priġunieri li jinsabu taħt ordni ta’ ħarsien.
Jittieħdu wkoll miżuri speċjali f’każ ta’ emerġenzi, u okkażjonijiet familjari bħalma huma twelid, funerali, u ċelebrazzjonijiet. Il-CREU jorganizza wkoll attivitajiet għat-tfal, aċċess għal jum il-ġenituri, u appoġġ edukattiv.
Apparti minn dan il-Ministeru jinvesti ħafna biex bi sħab ma’ għaqdiet fis-settur jgħin lil persuni jkunu skontaw sentenza, jew li għaddejjin bis-sentenza u l-familjari tagħhom.
Flimkien ma’ Mid-Dlam għad-dawl hemm il-proġett Locked Out fejn priġunieri u familjari tagħhom jattendu għall-sessjonijiet ta’ terapija flimkien ma’ numru ta’ professjonisti. Mal-istess għaqda hemm il-programm, ‘Jien u int’ fejn priġunieri jiltaqgħu ma’ uliedhom f’dar il-Marsa u ‘l bogħod mill-bini tal-ħabs u hemm ikun hemm is-superviżjoni ta’ numru ta’ professjonisti li jassistu mhux biss lill-priġunieri iżda anke t-tfal u l-kumplament tal-membri tal-familja. L-istess għaqda tmexxi wkoll dar fil-Birgu fejn priġunieri jqattgħu l-aħħar parti mis-sentenza u propju l-bażi tal-programm huwa r-rintegrazzjoni tal-priġunieri mal-familjari billi jiġi pruvdut sapport lit-tnejn.
Mal-għaqda RisE hemm servizz ta’ after care li jingħata lill-priġunieri u familjari tagħhom liema servizz jingħata minn professjonisti u jvarja minn sessjonijet ta’ terapija sa anke għajnuna sabiex jinstab impjieg. Anke fil-każ tar-RisE fil-programmi tagħhom ta’ rintegrazzjoni tingħata wkoll importanza li jkun hemm relazzjonijiet tajbin bejn il-familarji u dan isir ukoll permezz ta’ għajnuna apposta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ fatalitajiet minħabba inċidenti tat-traffiku, mis-sena 2008 sat-30 ta’ Settembru 2025, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Infurmat F’wieħed mill każi għad irid jiġi ddeterminat mill-inkjesta, jekk l-inċident kienx il-kaġun tal-mewt tal-vittma.
Sena
Numru ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm fatalitajiet
Numru ta’ fatalitajiet
2008
15
15
2009
16
21
2010
16
16
2011
18
18
2012
10
11
2013
18
18
2014
11
11
2015
11
11
2016
23
23
2017
17
19
2018
17
18
2019
15
16
2020
12
12
2021
9
9
2022
26
26
2023
13
14
2024
12
12
Sa Settembru 2025
16
16
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ nċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minuri bħala passiġġieri mis-sena 2020 sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. It-tabella turi wkoll in-numru ta’ minuri li kienu passiġġiera fl-istess inċidenti.
Sena
Numru total ta’ nċidenti tat-traffiku fejn kien hemm minuri involuti
Numru ta’ minuri li kienu fl-inċidenti tat-traffiku li kienu fihom
2020
71
93
2021
91
131
2022
107
144
2023
94
117
2024
98
140
2025 sa Settembru
47
62
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li kienu jinvolvu minuri bħala xufiera?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2020 u l-aħħar ta’ Settembru 2025 kien hemm disgħa u għoxrin (29) inċident tat-traffiku fejn kienu involuti persuni taħt it-tmintax-il sena, kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
Nru ta’ każi
2020
8
2021
3
2022
5
2023
3
2024
5
2025 sa 30/09
5
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 3897 u ninsab infurmat ukoll illi in-numru ta’ nċidenti tat-traffiku, li ġew proċessati mill-pulizija u mill-Aġenzija LESA mis-sena 2022 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Sena
Total ta’ nċidenti tat-traffiku f’dawn il Gżejjer
2022
15,711
2023
16,410
2024
16,605
Sa September 2025
11,407
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29198 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm hu l-ħlas fiċ-childcare centres f’każ li t-tfal jimirdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qiegħed inpoġġi dokument fuq il-Mejda tal-Kamra li jinkludi informazzjoni dwar l-iskema u li jinsab fuq il-website ta’ jobsplus flimkien ma’ għadd ta’ dokumenti oħra relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jservu bħala pulizija fil-passat, reġgħu rritornaw għax-xogħol bħala pulizija jew fi gradi ogħla, matul l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema skali tas-servizz huma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sal-15 ta’ Ottubru 2025, kien hemm erbgħin (40) ex-uffiċjal tal-korp tal-pulizija li reġgħu daħlu fl-istess rank. Dawn kienu żewġ Spetturi – tlett surġenti maġġuri – ħdax il-surġent u erba’ u għoxrin kuntistabbli, Barra minn dan fl-istess perjodu, kien hemm ukoll mija u tmienja u għoxrin (128) uffiċċjal li kienu telqu mill-korp u daħħlu fir-rank ta’ pulizija ta’ riserva.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 28382 u 28383, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena, li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew full time u li fl-2023 u l-2024 nqatgħalhom l-istipendu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27648, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u t-tħaddim effettiv tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557, tenut kont li dawn kellhom jiġu implimentati sas-17 ta’ Ottubru 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Avviż Legali 71 tal-2025, li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-08 t’April 2025, ittrasponi d-Direttiva tal-UE 2002/2555.
CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30839 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ċjoè: B’referenza għas-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni f’din l-iskema, kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin, u ma’ liema Ministeru huma assenjati dawn il-ħaddiema? Jista’ jgħid ukoll meta (xahar u sena) tiskadi (tispiċċa) din is-sejħa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru 2025, fl-Iskema tal-Community Work kien hemm 991 persuna, 499 minnhom huma Għawdxin u 492 huma Maltin. Infurmat li t-tender preżenti ikopri sa Settembru tas-sena 2028.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet ingħataw l-iktar ċitazzjonijiet, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni tal-Korp tal-Pulizija u tal-LESA, bejn Jannar 2025 u l-aħħar ta’ Settembru 2025, il-lokalitajiet huma San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u Birkirkara.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika, rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025 maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
In-Naxxar – Rapporti ta’ vjolenza domestika
2021
2022
2023
2024
2025*
39
54
58
57
42
*Sa 30/09/2025
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika, rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
L-Imġarr – Rapporti ta’ vjolenza domestika
2021
2022
2023
2024
2025*
10
13
18
9
16
*Sa 30/09/2025
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika, rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sa l-aħħar ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Il-Mellieħa – Rapporti ta’ vjolenza domestika
2021
2022
2023
2024
2025*
33
40
55
28
40
*Sa 30/09/2025
San Pawl il-Baħar – Rapporti ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Bahar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025, maqsuma sena b’sena, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt.
2021
2022
2023
2024
2025*
124
115
140
149
122
*Sa 30/09/2025
Rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni barranin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li mhumiex Maltin li għamlu rapport ta' vjolenza domestika fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena ? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u kemm minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi terzi (TCNs)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-pulizija dwar vjolenza domestika fis snin 2021, 2022, 2023 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2025, in-numru ta’ vittmi li mhumiex Maltin identifikati fis-sistema li kienu suġġetti għal rapporti ta’ vjolenza domestika, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt. Din tinkludi ċittadini tal/UE/EEA/CH kif ukoll ċittadini minn pajjiżi terzi.
Year
2021
2022
2023
2024
2025
Sa 30/09
Citizens UE/EEA/CH
84
73
91
98
68
Citizens TCN
104
118
129
143
111
Rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni Maltin li għamlu rapport ta' vjolenza domestika fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi mir-rapporti li saru mal-Pulizija dwar vjolenza domestika fis snin 2021, 2022, 2023 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2025, huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Sena
2021
2022
2023
2024
2025*
Rapporti
1682
1769
1936
1948
1527
*Sa 30/09/2025
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30103 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u jgħid jekk isirux spezzjonijiet għal għarrieda fiċ-childcare centres? Jekk iva, jista’ jgħid kemm saru spezzjonijiet fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk ma sarux, jista’ jgħid għaliex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar spezzjonijiet relatati mal-istandards taċ-child care centres għandu jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Intant, ninsab infurmat li Jobsplus tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda marbuta mat-tħaddim tal-iskema tal-Free Childcare fejn minn Ġunju ta’ din is-sena sa’ Ottubru saru 208 spezzjoni fiċ-childcare centres.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Persuni miżmuma taħt arrest
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni miżmuma taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li sal-mument li nġabret din l-informazzjoni, fl-14 ta’ Ottubru, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 284 taħt arrest b’187 huma persuna ta’ nazzjonalità barranija.