Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gwardjani lokali f’Għawdex

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19037, jista’ l-Ministru jispjega kemm ħin ta’ servizz joffru l-gwardjani lokali f’kull lokalità f’Għawdex? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dan il-ħin lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti s-servizz li l-gwardjani lokali jagħtu f’kull lokalità f’Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Uffiċjali jiżguraw preżenza f’kull lokalità, liema ħin ta’ preżenza tvarja skont il-bżonn naturali u momentarju. Dan il-bżonn huwa kontinwament affetwat minn diversi kriterji, fostom aċċidenti stradali, permessi maħruga mill-kunsilli lokali, bżonnijiet oħra mitluba u kkordinati flimkien mal-kunsilli, xogħlijiet u għeluq ta’ toroq, perjodi staġjonali, attivitajiet, kif ukoll sitwazzjonijiet straordinarji. Ninforma wkoll lill-Onor Interpellant ukoll li fil-preżent, numru ta’ Ufficjali tal-Komunità qed jgħinu kontra l-imxija tal-pandemija billi qed jieħdu ħsieb li ta kuljum, jitwassal il-vaċċin fid-djar ta persuni housebound.

Infrastructure Malta – investigazzjoni mill-Pulizija dwar ksur ta’ liġijiet relatati mal-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u fuq liema każijiet Infrastructure Malta qed tiġi investigata mill-Pulizija dwar ksur ta’ liġijiet primarjament dawk relatati mal-ambjent li l-istess entità wettqet waqt id-diversi xogħlijiet li wettqet jew qed twettaq? Anness għandek issib links meħudha minn fuq il-media soċjali / portals lokali li jispeċifikaw preċiżament fejn saru uħud minn dawn l-illegalitajiet. https://timesofmalta.com/articles/view/the-steamroller-strategy-of-maltas-roads-agency.854614 https://timesofmalta.com/articles/view/era-stops-illegal-infrastructure-malta-road-works-in-dingli.848759 https://timesofmalta.com/articles/view/dwejra-concrete-path-to-be-removed-resurfaced.857554#.YEuL4q4i74N.whatsapp https://newsbook.com.mt/en/police-asked-to-investigate-infrastructure-malta-ceo-for-environmental-law-breach/ https://timesofmalta.com/articles/view/dwejra-path-works-halted-after-cultural-heritage-watchdog-intervenes.851177

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 19957.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – etajiet ta’ nisa detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet ta’ nisa detenuti preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-etajiet ta’ nisa detenuti preżentement fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma skont it-tabella hawn taħt: Etajiet Numru ta’ prigunieri nisa 18 2 19 2 22 2 23 1 26 3 27 3 28 1 29 2 30 2 32 4 34 2 35 1 36 2 37 2 38 4 39 2 40 1 41 2 42 1 43 1 44 1 45 3 46 3 48 1 49 2 51 1 56 2 57 1 58 1 64 1 66 1

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa detenuti — nazzjonalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa detenuti ta’ nazzjonalità barranija u kemm hemm li huma ta’ nazzjonalità Maltija ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-preżent, prigunieri nisa ta’ nazzjonalità barranija hemm 18 Filwaqt li priġunieri nisa ta’ nazzjonalità Maltija hemm 39

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi n-nazzjonalità ta' detenuti nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ma għandhomx nazzjonalità Maltija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li n-nazzjonalità ta' prigunieri nisa ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ma għandhomx nazzjonalità Maltija hija:- British; Cote D’ivoire; Eritrea; France; Guinnea; Hungary; Indonesia; Morocco; Nigeria; Panama; Somalia; Spain; Venezuela.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – detenuti li qegħdin jieħdu trattament sabiex ifiqu mill-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li preżentement qegħdin jieħdu xi trattament sabiex ifiqu mill-vizzju tad-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li preżentament hemm 38 priġunier li qed jirċievu t-trattament tal-Methadone. Sa sena ilu, f’Marzu 2020, in-numru kien ‘il fuq minn 70 li kien qed jirċievu dan it-trattament. Dan it-tnaqqis sar taħt il-gwida tat-tobba u l-psikjatri bħala parti mir-reabilitazzjoni tagħhom. 16-il detenut qed jirċievi trattament fuq bażi residenzjali sabiex ifiequ mill-vizzju tad-droga. 185 priġunier qed jirċievu trattament mingħand il-psychologists, care plan co-ordinators jew social workers ġewwa l-ħabs stess sabiex ifiequ mill-vizzju tad-droga.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – nisa li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-prezent bħalissa hemm 15 (ħmistax) -il mara ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – irġiel li qegħdin taħt arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm irġiel ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li fil-prezent, bħalissa hemm 225 (mitejn ħamsa u għoxrin) irġiel ġewwa l-ħabs li preżentement għad ma għandhomx sentenza definittiva fil-konfront tagħhom u qegħdin hemm taħt arrest preventiv.

Sentenzi mogħtija minħabba l-Assenteiżmu

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11140, jista’ l-Ministru jgħid x’sentenzi ingħataw lil dawk l-1283 ġenitur li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel it-tweġiba lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt turi l-kwantita ta’ persuni li skontaw is-sentenza ta’ ħabs li kienu qegħdin jiskontaw xahar b’xahar fis-sena 2020: 2020 JAN 61 FRA 40 MAR 57 APR 66 MEJ 43 GUN 47 LUL 70 AWW 22 SETT 41 OTT 56 NOV 57 DIC 77

Applikazzjonijiet għal parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-Parole fis-sena 2020 xahar b’xahar minn Jannar sa Diċembru kienu kif ġej: F’Jannar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole Fi Frar, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Marzu, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijiet għall-Parole F’April, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole F’Mejju, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole F’Ġunju, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole F’Lulju, 2020: Saru tmien (8) applikazzjonijet għall-Parole F’Awwissu, 2020: Saru sitt (6) applikazzjonijiet għall-Parole F’Settembru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Ottubru, 2020: Saru seba’ (7) applikazzjonijiet għall-Parole F’Novembru, 2020: Saru erba’ (4) applikazzjonijiet għall-Parole F’Diċembru, 2020: Saru ħames (5) applikazzjonijiet għall-Parole

Identity Malta – divorzju ta’ konjuġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il divorzju ta’ konjuġi ġie reġistrat mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 kien hemm 3,279 divorzju rreġistrat mal-Aġenzija Identity Malta. Infurmat wkoll li s-sentenza tad-divorzju ma jkunx fiha informazzjoni fuq in-nazzjonalità tal-persuni divorzjati.

Għawdex — għases

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-għases kollha li hemm f'Għawdex? Jista' jgħid fil-każ ta' kull għassa, kemm hemm pulizija assenjati fiha u kemm huwa l-persentaġġ ta' ħin fil-ġimgħa li tkun miftuħa? Jista' jgħid liema minn dawn l-għases għandhom sistema ta' computer u IT b' konnessjoni mas-sistema ċentrali tal-Pulizija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F’Għawdex hemm 18 -il għassa li huma fil-lokalitajiet ta’: Victoria, Mġarr, Xlendi, Marsalforn, Mġarr Marina, Xagħra, Nadur, Xewkija, Għajnsielem, Sannat, Qala, Kerċem, Għarb, Żebbuġ, Munxar, San Lawrenz, Għasri u f’Kemmuna. 13 -il għassa minnhom għandhom sistema ta’ konnessjoni mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Fuq xogħol distrettwali hemm tnejn u sittin (62) ufficjali tal-Pulizija li jirraportaw fl-għassa ta' Victoria minn fejn jitqassmu biex ikopru d-diversi lokalitajiet u r-rondi meħtieġa abbażi tal-politika li biha qed jimxi l-Korp tal-Pulizija. F’dan ir-rigward nistienden lill-Onor. Interpellant iħares lejn il-mistoqsija Parlamentari 19943, li għamel il-kollega tiegħu stess, dwar l-għases madwar Malta u Għawdex, fejn propju jumejn ilu tajt it-tweġiba tiegħi

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li bħalissa qed jaħdmu permezz ta’ teleworking? Kemm kien hemm talbiet għal xogħol ta' teleworking minn Marzu 2020 li ma ġewx milqugħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu għandhom jimxu mad-Direttiva 13.3 maħruġa fl-4 ta’ Marzu li għadda u li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-miżuri mħaddmin fid-dipartimenti u l-entitajiet fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 huma dawk maħruġin mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – impjegati li mardu bil-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati taħt il-Ministeru tiegħu li ġew infettati u mardu bil-COVID-19 u kemm hemm impjegati li bħalissa qegħdin kwarantina minħabba xi kuntatti li kellhom ma’ individwi pożittivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull impjegat li ħareġ pożittiv għall-COVID-19 mar fi kwarantina. Attwalment hemm 201 persuna li jinsabu fi kwarantina.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li kienu detenuti li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni Rise

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni Rise li permezz tiegħu persuna tagħmel l-aħħar perjodu tas-sentenza tagħha f’residenza tal-istess fondazzjoni fis-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-priġunieri li pparteċipaw fil-programm tal-Fondazzjoni RISe kienu dawn: 2018 : 10 priġunieri 2019 : 10 priġunieri 2020 : 7 priġunieri* *Matul is-sena 2020, kien hemm perjodi fejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, il-programmi residenzjali ma kienux qed jaċċettaw residenti ġodda fi ħdanhom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Prison Inmates Programme tal-Caritas Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li pparteċipaw fil-Prison Inmates Programme tal-Caritas Malta fis-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor interpellant li l-prigunieri li pparteċipaw fil-Prison Inmate Programme tal-Caritas kienu dawn: 2018 : 15-il priġunier 2019 : 20 priġunier 2020 : 14-il priġunier

Bord tal-Petizzjonijiet – petizzjonijiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ġew reġistrati petizzjonijiet quddiem il-Bord tal-Petizzjonijiet u kemm ġew deċiżi, kemm għadhom pendenti, kemm ġew milqugħa u kemm irrifjutati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.

Identity Malta – żwieġ reliġjużi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żwieġ reliġjuż ġie reġistrat mal-Identity Malta sa mis-sena 2013 u jgħid kemm-il waħda minn dawk il-koppji huma ta’ nazzjonalità barranija (it-tnejn li huma jew waħda mill-konjuġi)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li mill-2013 kien hemm 8,895 żwieġ reliġjuż reġistrat f’Malta. Minn dawn, kien hemm 989 żwieġ fejn parti mill-koppja jew iż-żewġ partijiet huma ta’ nazzjonalità barranija.