Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13023 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u jgħid in-numru ta’:
1. Ċittadini Maltin li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern);
2. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern);
3. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern);
4. Maltin li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi);
5. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi) u
6. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Karigi ta’ CFO u COO
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12890, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun lest l-eżerċizzju ta' tiġdid tal-human resources plan u kemm ilu għaddej?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li s-sejħiet biex jimtlew il-vakanzi ta’ l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ser jinħarġu dalwaqt.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12888, jista' l-Ministru jgħid min qed jipprovdi l-monitoraġġ elettroniku u kif qed jiġi mogħti dan is-servizz (direct order, tender, eċċ.)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-proġett pilota ta' tagging kien sar b'mod dirett. Sussegwentament l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ħarġet tender CT2359/2022 - Service Tender for the Design and Build of an Electronic Monitoring System for the Correctional Services Agency fil-25 ta' Novembru 2022, dan sabiex tiġi mplimentata sistema li dwarha saret konsultazzjoni pubblika u ġie publikat abbozz ta' liġi li jinsab fuq l-aġenda ta' dan il-Parlament.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12889, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ispejjeż li “skorrettement tħallsu mill-Aġenzija” li qiegħed jirreferi għalihom fl-istess tweġiba dwar kawża ta' libell?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ispejjez kienu ta’ €3,167.45c u li ġew rifonduti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri li ħadu sehem fil-Psychiatric In-Reach Services, u kemm-il priġunier ġie riferut għall-kura ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel, fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ priġunieri li ħadu sehem fil-Psychiatric In-Reach Services mis-sena 2020 sat-13 t’Ottubru 2023 huwa ta’ 921 priġunier/a.
Numru ta’ priġunieri li ġew riferuti għall-kura ġewwa l-Forensic Unit tal-Isptar Mount Carmel, fis-snin 2020, 2021, 2022 u sat-13 t’Ottubru 2023 huma:
Fis-sena 2020 =162 priġunier
Fis-sena 2021 =180 priġunier
Fis-sena 2022 = 230 priġunier
Sat-13 t’Ottubru 2023 = 150 priġunier.
Persuni li weħlu l-ħabs fuq nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna weħlet il-ħabs mis-sena 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għax ma żammitx mal-obbligazzjonijiet tagħha li tħallas il-manteniment?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità taż-Żejtun mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-dħul minn kontravenzjonijiet huwa wieħed fluwidu minħabba n-natura tal-proċessi leġiżlattivi. Dan jinkludi l-fakultà tal-allegatt offensur li jissottometti petizzjoni, li jsegwi bis-smigħ tal-każ quddiem it-tribunal lokali. Dan jerġa jiġi segwit b’żewġ possibilitatjiet ta’ appell, u li huma: 1) is-sottomissjoni ta’ petizzjoni jew; 2) appell quddiem il-qrati tal-ġustizzja. Dan il-proċess jieħu ż-żmien u l-proċess kollu jissupera sena, u għaldaqstant tal-informazzjoni kif mitluba, ma tistax tiġi konkluża.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12494 fl-intier tagħha u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ policy consultants ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust tas-Segretarjat tal-Ministru hi skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li fil-preżent hemm 3 policy consultants, scale 3 li huma Monica Farrugia, Nigel Vella, Larkin Paul Bonnici.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċella fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hi mgħamra bl-arja kundizzjonata? Kemm-il persuna li tinsab detenuta jew li qed isservi sentenza għandha A/C fiċ-ċella?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fl-aħħar snin sar investiment sabiex f’kull ċella jkun hemm l-użu ta’ fan billi kull min ma kellux wieħed, l-Aġenzija pprovditlu. Infurmat li hemm 4 dormitorji li għandhom sistema ta’ arja kundizzjonata, fosthom dormitorju minnhom fejn jinżammu dawk il-priġunieri nisa li qed irabbu tarbija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11973 u jgħid jekk ġiex innominat xi ħadd bħala Punt Fokali tal-Karta (Charter Focal Point) skont l-Istrateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, min hi din il-persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi hemm uffiċjal mid-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem nominata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità ta’ Wied il-Għajn mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità ta’ Marsaxlokk mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità ta’ Ħal Għaxaq mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.
Fid-dawl tal-fatt illi fir-rapport tal-Kummissjoni għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, datat 5 ta’ Mejju 2021, il-Kummissarju rrimarka illi ma setax jinvestiga akkużi li kienu ‘time-barred’, li ma jfissirx li ma kinux veri fis-sustanza, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex jinstab l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant investigazzjonijiet f’allegati illegalitajiet isiru mill-istituzzjonijiet relevanti li jaħdmu lil hinn mill-politiku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenzji s’issa mill-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) u lil min? Jista’ jikkonferma jekk waħda mill-kundizzjonijiet hija li ma jkunx hemm marketing u riklami fuq mezzi soċjali u/jew gazzetti? Jista’ jgħid ukoll jekk l-ARUC hux ser tuża ‘zero tolerance’ biex ma jkunx hemm abbużi u jgħid x’inhuma l-konsegwenzi jekk ikun hemm abbużi? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm abbużi s’issa u jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi s’issa ingħataw żewġ liċenzji lil assoċjazzjonijiet bl-ismijiet “KDD Society C.H.R.A.” u “Ta’ Zelli C.H.R.A.”. Il-liġi li permezz tagħha twettqet ir-riforma tipprojibixxi kull forma ta’ reklamar u promozzjoni. Għalhekk, amministraturi ta’ assoċjazzjonijiet liċenzjati li b’mod intenzjonali jirriklamaw il-funzjoni tal-assoċjazzjoni bi kwalunkwe mod jiġu mressqa quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja. Il-pieni applikabbli huma ndikati fit-tieni skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 628.01, ċjoè multa ta’ bejn €2,000 u €10,000. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tista wkoll titlef il-liċenzja hekk kif indikat fl-istess Leġislazzjoni Sussidjarja.
Santa Luċija — Dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 fil-lokalità ta’ Santa Luċija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul effettiv minn kontravenzjonijiet tat-traffiku li saru fil-lokalità tal-Gudja mill-2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11561.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa d-dewmien medju u massimu li l-awtoritajiet ħadu biex jipproċessaw u jikkonkludu talbiet għall-ażil mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-23 ta' Ottubru 2023 l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ħadet id-dewmien medju kif stabbilit fit-Tabella A sabiex tipproċessa u tikkonkludi talbiet għall-ażil. F'dan ir-rigward, it-Tabella A tinkludi il-medja tal-ġranet li ttieħdu sabiex talbiet għall-ażil li ġew mitluba għal-ewwel darba (First Applications) u talbiet sussegwenti (Subsequent Applications) ġew ipproċessati u konklużi. Din l-informazzjoni hi maqsuma skond is-sena li fiha ddaħlet t-talba għall-ażil.
TABELLA A
Type of Application
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
FIRST APPLICATION
155.51
119.32
93.33
200.13
286.67
367.50
511.24
400.33
332.66
173.18
70.24
SUBSEQUENT APPLICATION
156.49
200.99
116.93
98.56
319.35
551.78
416.23
279.11
136.34
137.26
53.94
Rigward id-dewmien massimu li l-Aġenzija għall Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ħadet sabiex tipproċessa u tikkonkludi talbiet għall-ażil bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-23 ta' Ottubru 2023, dan hu kif stabbilit fit-Tabella B. F'dan ir-rigward, it-Tabella B tinkludi il-massimu tal-ġranet li ttieħdu sabiex talbiet għall-ażil li ġew mitluba għal-ewwel darba (First Applications) u talbiet sussegwenti (Subsequent Applications) ġew ipproċessati u konklużi. Ta’ min jinnota li dan id-dewmien hu kkalkulat fuq l-iktar każ li dam biex jiġi pproċessat u konkluż għal kull sena li fiha ddaħlet t-talba għall-ażil, skond it-tip t’ applikazzjoni. Ta’ min jinnota wkoll li dan id-dewmien jista’ jkun minħabba raġunijiet esterni li l-Aġenzija ma jkolliex kontroll fuqhom.
TABELLA B
Type of Application
2013
2014
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
FIRST APPLICATION
3,057.00
1,624.00
1,137.00
1,743.00
1,988.00
1,942.00
1,687.00
1,363.00
995
640
253
SUBSEQUENT APPLICATION
1081.00
1084.00
1419.00
843.00
2286.00
1946.00
1707.00
1125.00
755.00
590.00
244.00
Ta’ min jinnota wkoll li matul dawn l-aħħar ftit snin, l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, grazzi wkoll għall-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, iffukat l-enerġiji tagħha fuq it-tnaqqis tal-backlog ta’ talbiet għall-ażil, filwaqt li tiżgura proċess tal-ażil ġust u effiċjenti. Tabilħaqq, in-numru ta’ talbiet għall-ażil pendenti naqas minn 4320 fl-aħħar tal-2020 għal 978 sal-aħħar ta’ Settembru 2023.
Ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa – Inċidenti tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa matul ix-xahar ta’ Ottubru 2023? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pulizija talbux li jittieħdu xi miżuri partikulari ta’ sigurtà minħabba dawn l-inċidenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi minn verifiki li saru dwar in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa matul ix-xahar ta’ Ottubru 2023, inċidenti li seħħew fit-Triq Għajn Tuffieħa u li huma reġistrati mal-LESA kienu erbgħa (4), b'żewġ (2) inċidenti oħra seħħew mar-roundabout tax-Xemxija, qabel tibda t-triq imsemmija. Ma kienx hemm aktar inċidenti tat-traffiku rrappurtati fl-istess triq fis-sistema tal-Pulizija. Dwar miżuri oħra nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari x'amnestiji ngħataw lill-priġunieri u kemm żmien f'kull każ? Jista' jgħid ukoll, għal kull darba li ngħatat amnestija, kemm-il priġunier ibbenefika mill-imsemmija amnestija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.