Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Ħaddiema neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl jaħdmu fid-dekasteru tagħha u xi rwol għandhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-informazzjoni speċifika kif qed tintalab ma tinżammx għaliex hija materja privata u ta’ natura sensittiva.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Frar 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25779.

Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tagħha tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Chairpersons

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le? Tista' tgħid ukoll: (a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad? (f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad? Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22668 u 22686.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa — Laqgħat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm ebda laqgħat fejn jien stajt nattendi għalihom fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew fil-Kunsill tal-Ewropa, u mhux mistenni li jkolli attendenzi matul dawn l-erbgħa xhur li ġejjin tas-sena 2025.

Mediċina Thalidomide — Kumpens għall-vittmi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16380, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, fejn intqal li l-ammonti relattivi ta' kumpens kienu qegħdin jinħadmu, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm ser ikun qiegħed jingħata kumpens kull individwu (mingħajr ismijiet) li ġie kkonfermat li hu eleġibbli għal dan il-kumpens?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpens għal kull individwu (mingħajr ismijiet) eliġibbli wara li sar l-assessjar meħtieġ kif spjegat fir-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16380. Tali kumpensi qed jitħallsu fuq medda ta’ tlett snin.

Assistenti Personali — Riforma

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bdietx titħaddem ir-riforma dwar l-Assistenti Personali, u jekk le, x’inhi r-raġuni għaliex din għadha ma bdietx titħaddem? Tista’ tgħid ukoll meta hu ppjanat li din tibda’ titħaddem?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li deskrizzjoni tal-proċess tar-riforma tal-Assistant Personali u fiex waslet hi spjegata fil-mistoqsija parlamentari 23658.

Bord tal-Assessjar — Applikazzjonijiet għal Assistenti Personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx każijiet fejn minkejja li l-persuna b'diżabilità sabet Assistent Personali, il-Bord li jagħmel l-assessjar ta' dawn l-applikazzjonijiet għadu ma ħax deċiżjoni fuqha, u dan minkejja li diġà ġew ikkalkulati s-sigħat li fihom dik il-persuna għandha bżonn l-Assistent Personali? Jekk iva, kemm huma dawn il-każijiet?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-data tat-tweġiba ma kien hemm l-ebda każ fuq lista’ ta’ stennija biex il-Bord jieħu deċiżjoni dwaru. Madankollu l-proċess biex tiġi komunikata d-deċiżjoni tal-Bord permezz ta’ Decision Letter wara l-aħħar laqgħa tal-Bord, għadu għaddej.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24477.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Uffiċini

Question

Tista' l-Ministru tgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tagħha u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tagħha? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tagħha, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika x'qed ifisser b'uffiċċju addizzjonali.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Università ta’ Malta — Korsijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkoordina mal-Università ta’ Malta biex ikunu jistgħu jiġu organizzati korsijiet fil-livell terzjarju għal dawk li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità jew jieħdu sehem attiv f’għaqdiet volontarji?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellenta li fil-preżent dan il-Ministeru qed jikkollabora mal-Università ta’ Malta fuq żewġ korsijiet fil-livell terzjarju relatati mal-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-volontarjat, kif spjegat hawn isfel: · Diploma and Higher Diploma in Community Access for Disabled People (CCCADP) - offrut mid-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità, fi ħdan il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, u li beda f’Ottubru 2024. · Diploma in Applied Linguistics for LSM - offrut mill-Istitut tal-Lingwistika u tat-Teknoloġija tal-Lingwa, u li se jibda f’Ottubru 2025. Dawn il-korsijiet għandhom l-għan li jsaħħu l-individwi b’ħiliet u għarfien biex ikunu jistgħu joffru għajnuna aħjar lil persuni b’diżabilità. Il-Kunsill Malti għall-Volontarjat qed jikkollabora wkoll mal-Università ta’ Malta fuq Undergraduate Certificate mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta’ Malta li tnieda fis-sena akkademika 2024/2025. Dan il-kors huwa ndirizzat għall-amministraturi u l-voluntiera li ġejjin minn diversi oqsma ta’ organizzazzjonijiet volontarji. L-Aġenzija Sapport qed tikkollabora mad-Dipartiment tal-Istudji dwar id-Diżabilità fl-Università ta’ Malta fuq diversi proġetti ta’ riċerka relatati mas-servizzi li toffri l-Aġenzija. Wieħed minn dawn il-proġetti jiffoka fuq l-analiżi tal-‘gap’ fl-esperjenza u l-kompetenzi tar-riżorsa umana tal-Aġenzija, bil-għan li jiġu identifikati oqsma għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-ħiliet tal-impjegati. Ir-riżultati ta’ din ir-riċerka se jipprovdu rakkomandazzjonijiet strateġiċi dwar it-tip ta’ taħriġ li l-Aġenzija għandha tinvesti fih biex tkompli ttejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul is-sena 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16399.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Credit/Debit cards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtha jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Tista’ tgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Belt Valletta — Ħinijiet ta’ aċċess ta’ karozzi għal persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħinijiet għall-aċċessibbiltà tal-karozzi għal persuni b’diżabilità fil-Belt Valletta jistgħux jinbidlu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kuntratt ta’ impieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnha li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Tista’ tgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Credit/Debit cards

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandha maħruġa għall-użu tagħha u tal-Ministeru tagħha u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Tista’ tgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Lista ta’ ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Tista’ tgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Tista’ tindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: a. f’positions of trust; b. persons of trust; u ċ. taċ-ċivil?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Il-kompożizzjoni u l-organigramma ta’ kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali huma stabbiliti fil-Manwal li l-kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Kiri ta’ karozzi — Nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24403 u tgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tagħha, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtha, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Vjaġġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: (a) kemm-il vjaġġ għamlet barra mill-pajjiż minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fejn kienet id-destinazjoni? (b) X'kienet ir-raġuni għal kull vjaġġ u kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljetti tal-ajru, lodging, trasport, ikel, xorb, allowances per diem għal kull persuna li kienet tifforma parti mill-kontinġent u spejjeż oħra, separatament? (c) Min għand liema aġent tal-ivjaġġar inxtraw il-biljetti tal-ajru u jekk hux b'direct order jew tender, x’tip ta' biljetti tal-ajru inqatgħu (jekk hux economy, business club jew class club) u ma' liema kumpanija tal-ajru? (d) Kemm kien it-tul ta' żmien għal kull vjaġġ? (e) Minn min kien iffurmat il-kontinġent tal-Ministru għal kull vjaġġ?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt. Ninfurmah illi l-iskop għal safar uffiċjali jkun marbut ma’ laqgħat ma’ Ministri ta’ Gvernijiet oħrajn, laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u laqgħat oħra li għalihom ikun hemm stediniet uffiċjali bħala Ministru tal-Gvern. L-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-“Manual on Transport and Travel Policies”. Għar-rigward tat-tul ta' żmien għal kull vjaġġ, naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan ikun jiddependi mill-aġenda taż-żjara barra l-pajjiż. Sena 2022 5 Sena 2023 5 Sena 2024 2