Legislature:
Category:
Reset
Active:

Autism Friendly Spaces

Question

Tista’ l-Ministru tispjega jekk f’Malta jeżistux Autism Friendly spaces u kif il-Gvern qiegħed jaħdem, anke mas-settur privat, biex joħloq dawn l-ispazji?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità fl-aħħar snin ħadmet mal-għaqda volontarja Prisims fuq proġett ta’ “friendly autism spaces” fejn flimkien ma’ numru ta’ entitajiet pubbliċi u azjendi qed isir sforz biex f’postijiet pubbliċi jkun hemm dawn l-ispazji. Fl-aħħar ġimgħat kellna azjenda kbira tal-ikel li ħolqot spazju fir-restaurant tagħha u ħadet il-marka maħluqa bħala parti minn dan il-proġett. Dan il-proġett għandu s-sapport tal-Ministeru kkonċernat. L-istabbilimenti li huma akkreditati f’dan il-proġett huma ; 1. Esplora 2. Gallarija Darmanin 3. The Malta International Airport 4. The Malta National Aquarium 5. The National Museum of Archeology 6. The National Museum of Natural History 7. ŻiguŻajg Festival 8. Eden Cinemas 9. MZ Hairdressing and Education 10. McDonalds – Malta International Airport & Ronald Mcdonald House of Charities

Twettiq tad-Direttiva (UE) 2020/1828

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23297 tat-13-il Leġiżlatura, tista’ l-Ministru tgħid x'ħidma saret fl-interval, b’mod partikolari jekk saritx il-konsultazzjoni pubblika hemm imsemmija u jekk iva, meta u ma’ min saret, u jekk le, meta hu maħsub li ssir? Tista’ tgħid ukoll x’kien l-eżitu tas-sehem tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fid-diversi laqgħat li għalihom ukoll hemm referenza fl-imsemmija tweġiba?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Implimentazzjoni tar-regolament UE 2017/2395

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22775 tal-Leġiżlatura XIII, tista’ l-Ministru tgħid fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament UE 2017/2394, x’passi sussegwenti għat-tweġiba mogħtija u x’miżuri leġiżlattivi ttieħdu fir-rigward tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Awtorità tax-Xandir fejn allura kien ġie spjegat li kienu qed jiġu mħejjija l-emendi leġiżlattivi neċessarji? Tista’ tindika liema liġijiet saru f’kull każ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — Segretarjati

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari li jaqa’ taħtha? Kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Tista’ tippreżenta l-organigram bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Tista’ tindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma: (a) f’positions of trust (b) persons of trust u (ċ) taċ-ċivil?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ġew impjegati bħala konsulenti mal-Ministeru u/jew Segretarjati sal-14 ta’ Mejju 2022, u kemm dawn jitħallsu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Taħriġ għal tfal b’diżabilità – postijiet alternattivi u ħinijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jistax ikunu provduti postijiet alternattivi u ħinijiet ta’ taħriġ għal tfal b’diżabilità bħalma jeżisti għal kull sport ieħor biex b’hekk il-ġenituri li jkunu jridu jakkumpanjawhom ikollhom lok għal għażla u li jkun konvenjenti għalihom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Tfal b’diżabilità li ma jistgħux jiktbu — laptop

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk tfal b’diżabilità li ma jistgħux jiktbu imma jistgħu jikkomunikaw b’mod ieħor, hux qed jingħataw laptop biex jgħinhom f’dan ir-rigward? Jekk le, għalfejn dawn it-tfal m’għandhomx jingħataw dak kollu possibbli bħal laptops u apparat ieħor biex ilaħħqu ma’ tfal oħrajn li huma tal-istess livell u età tagħhom?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport, permezz ta’ professjonisti fi ħdan id-dipartiment ACTU, toffri assessjar ta’ tfal b’diffikultà ta’ komunikazzjoni kif ukoll rakkomandazzjonijiet u gwida dwar apparat teknoloġiku assistiv. Wieħed jista’ japplika għal sussidju fuq laptops / tablets permezz tal-iskemi Empowerment Scheme u dik tas-Sussidju fuq Apparat Speċjalizzat, dejjem fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-terapisti fi ħdan l-ACTU. Permezz ta’ dan l-assessjar minn Aġenzija Sapport wieħed jista’ wkoll jaċċessa għajnuna ta’ entitajiet oħra f’dan ir-rigward.

Skejjel tal-Istat – frames

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux possibli li l-iskejjel tal-Istat ikollhom numru ta’ frames li jistgħu jintużaw mill-iskejjel skont il-bżonn, biex b’hekk it-tifel jew tifla tħalli l-frame personali tagħha d-dar, titla’ t-trasport ma’ tfal oħra u mbagħad issib il-frame tal-iskola meta tasal ? B’hekk dawn it-tfal ikunu jistgħu jkomplu ma’ tfal oħra mingħajr ma jkollhom bżonn ta’ trasport speċjalizzat.

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Persuni b’diżabilità fiżika – edukazzjoni post sekondarju u terzjarju

Question

Peress li persuni b’diżabiltà fiżika jista’ jkollhom abbilitajiet intelletwali ta’ livell għoli u allura l-edukazzjoni tagħhom tibqa’ anki sejra f’livelli post sekondarji u terzjarji, tista’ l-Ministru tgħid x’qed jiġri f’dawn il-livelli? Tista’ l-Ministru tgħid jekk ikunx hemm nies bħal Learning Support Educators li jgħinu lil dawn il-persuni f’dawn il-livelli ukoll?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat

Ġenituri bi tfal b’diżabilità – provisions għal ġenituri biex jieħdu t-tfal għall-appuntamenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx provisions għal dawk il-ġenituri li għandhom tfal b’diżabbiltà biex ikunu jistgħu jattendu sessjonijiet ta’ fiżjoterapija, speech therapy u appuntamenti l-isptar mat-tfal waqt il-ħin tax-xogħol minflok jużaw il-Vacation Leave?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qatt ma eżistiet xi forma ta' proviżjoni ġenerali fis-sens li qiegħed jistaqsi hu. Prattiċi ta' xogħol flessibbli (flexi-hours) ġeneralment ikunu provduti fil-kuntratt tax-xogħol u/jew fil-ftehim kollettiv (skont il-każ) bejn il-ħaddiema u min iħaddem. Dawn, flimkien mal-liġijiet viġenti jirregolaw ir-relazzjonijiet industrijali. Tajjeb ukoll illi wieħed ikun jaf illi meta ġenitur iħossu li ħa jiġi jew ġie ddiskriminat minħabba fid-diżabilità ta' xi wild, għandu jirrikorri għand il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità sabiex tinvestiga l-każ.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – karigi u pożizzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tal-karigi u pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Lokali inkluż ta' kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tagħha u li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni tgħid kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi fil-kariga u/jew pożizzjoni u x'inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi u/jew pożizzjonijiet rispettivi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum il-Ministeru għad m’għandux nies ingaggati f’karigi u pożizzjonijiet ta’ Persons/Positions of trust, għaliex il-proċess biex jiġu ngaġġati dawn għadu ma ġiex iffinalizzat. L-unika kuntratti ta' Positions of Trust/ Persons of Trust iffirmati sa issa huma tal-impjegati li ġew ingaġġati fis-Segretarjat skont il-Manwal.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Tista’ tgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kap. 379 – Investigazzjonijiet dwar allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid wara li saru l-emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap. 379 tramite l-Att Numru XVI tal-2019 u dan fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fil-każ tal-Federation of Estate Agents kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, jekk sussegwentament għal dawn l-emendi sarux xi investigazzjonijiet da parti tad-DG (Kompetizzjoni) dwar xi allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni u jekk saru, x’kien l-eżitu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kap. 379 – Investigazzjonijiet formali dwar allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid wara li saru l-emendi għall-Att dwar il-Kompetizzjoni Kap. 379 tramite l-Att Numru XVI tal-2019 x’investigazzjonijiet formali saru da parti tad-DG (Kompetizzjoni) dwar xi allegat ksur tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni u jekk saru f’liema oqsma u f’kull każ x’kien l-ezitu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.