Legislature:
Category:
Reset
Active:

BCA – Xogħol fit-toroq – Eżenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw għal kull lokalità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ eżenzjonijiet għal xogħlijiet ta’ demolizzjoni u skavar f’dawk it-toroq fejn tali xogħlijiet ma jistgħux isiru bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, u dan biss f’każijiet fejn il-perit tal-proġett jiddikjara li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza. Sal-lum, il-BCA irċeviet 46 talba, li wara li saret evalwazzjoni, 25 minnhom ingħataw eżenzjoni b' varji kundizzjonijiet. Dawn huma imqassma kif ġej: •    San Ġiljan – 3 •    Tas-Sliema – 4 •    L-Isla – 1 •    Buġibba – 1 •    Il-Gżira – 2 •    Il-Mellieħa – 1 •    Ir-Rabat (Għawdex) – 1 •    San Pawl il-Baħar – 4 •    Il-Qawra – 1 •    Marsaskala – 2 •    Il-Belt Valletta – 1 •    Is-Swieqi – 1 •    Ix-Xemxija – 3

Jobsplus – Bdiewa rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa reġistrati ma' Jobsplus bħala full-time u kemm hemm bdiewa reġistrati bħala part-time sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont l-età, is-sess u l-lokalità ta' residenza?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Frar 2026, in-numru ta’ bdiewa reġistrati ma' Jobsplus kien jammonta għal 3,867 (uniċi). Minn dawn, in-numru ta’ bdiewa reġistrati bħala full-time kien jammonta għal 1,052 waqt li n-numru ta’ bdiewa reġistrati part-time bħalha xogħol ewlieni tagħhom jammonta għal 873. In-numru ta’ bdiewa reġistrati part-time iżda l-impjieg ewlieni tagħhom huwa full-time ieħor jammonta għal 1,975 .

Konċessjonijiet ta’ artijiet - MoUs, concession agreements/side agreements

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull memorandum of understanding, concession agreement jew side agreement relatat ma’ dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Konċessjonijiet ta’ artijiet - allegat kunflitt ta’ interess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ allegat kunflitt ta’ interess ġie investigat relatat ma’ konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ta’ Qali - Park Nazzjonali - Żona tal-Kunċerti - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali minn meta ġiet inawgurata f’Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, kemm kienet l-ispiża tagħhom u għaliex kien meħtieġ li jsiru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ma wettqitx xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti.

Blue parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement għandha parkeġġ riservat (blue parking bay) skont id-data li għandha Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.) u skont l-età?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 840, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija għal kull proġett li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta, u ċjoè; sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Blue parking spaces – Approvazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati blue parking spaces bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kif dawn il-blue parking spaces huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 839 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 41,068 formola ta’ tmiem ta’ impjieg  sal-aħħar ta’ Ġunju 2026. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena. In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed f’dawn ix-xhur tal-2026 kien ta’ 37,214. Minn dawn, 20,317 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar ta’ Ġunju 2026, filwaqt li 16,897 ma jidhrux attivi fis-suq tax-xogħol.

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 838 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol matul is-sena 2025, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 96,586 formola ta’ tmiem ta’ impjieg matul is-sena 2025. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena. In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed fl-2025 kien ta’ 80,603. Minn dawn, 48,350 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar tas-sena 2025, filwaqt li 32,253 temmew l-impjieg u ma kienux attiv fis-suq tax-xogħol fl-aħħar tal-2025.

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2024

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 837 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol matul is-sena 2024, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 104,299 formola ta’ tmiem ta’ impjieg matul is-sena 2024. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena. In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed fl-2024 kien ta’ 87,270. Minn dawn, 50,262 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar tas-sena 2024, filwaqt li 37,008 temmew l-impjieg u ma kienux attivi fis-suq tax-xogħol fl-aħħar tal-2024.

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 836 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Is-Servizz Pubbliku – Impjiegi – Persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 835 u jgħid kemm persuni b'diżabilità huma impjegati fis-Servizz Pubbliku u x'miżuri qed jittieħdu biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjieg għalihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta` Jannar 2026, in-numru ta’ persuni  b'diżabilità  li kienu impjegati fis-Servizz Pubbliku (Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern) kien ta’ 1,035. Ninforma ukoll lill-Onorevoli li Jobsplus u l-Fondazzjoni Lino Spiteri joffru servizzi u skemi biex jassistu persuni b’diżabilità jintegraw fuq il-post tax-xogħol inkluż fis-settur pubbliku. Dawn huma: •    VASTE II Programme – programm li huwa iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew Plus jipprovdi assessjar multidixxiplinari, taħriġ bħal Programm Sheltered Employment Training (taħriġ li jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’ diżabilità l-aktar severa bl’għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol), jobcoaching, mentoring u gwida personalizzata u appoġġ kontinwu lil persuni b'diżabilità tul il-proċess ta' tfittxija u żamma tal-impjieg. •    Bridging the Gap Scheme – skema li toffri esperjenza u taħriġ prattiku fuq il-post tax- xogħol lill-persuni b'diżabilità u gruppi vulnerabbli oħra. Din l-iskema tgħin lill-parteċipanti jiksbu tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li huma bżonnjużi biex jinstab u jinżamm l-impjieg. Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw għotja fil-ġimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.  L-għan aħħari huwa li l-persuna b’ diżabilità tiġi impjegata wara t-tmiem ta’ din l-iskema. F’każ li s-settur pubbliku jkun jixtieq iħaddem persuni b’diżabilità, Jobsplus flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri, jassistu fil- proċess tal-għażla billi jirreferu persuni b’diżabilità li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol għall-post vakanti. Dawn l-iskemi/servizzi huma prinċipalment maħsuba biex jiffaċilitaw l-impjieg fis-suq tax-xogħol.

Infrastructure Malta – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex talab lill-Infrastructure Malta biex isir xogħol fihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xoghol ta’ toroq residenzjali f’kull lokalita. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali jipproponi. Dawn id-diskussjonijiet għaddejin b’mod kontinwu u għaldaqstant il-listi finali għadhom mhux definiti minħabba li l-prijoritajiet tal-kunsilli lokali kif ukoll tal-esiġenzi infrastrutturali li jinbidlu minn żmien għal żmien.

Ħaż-Żabbar – Triq Villabate, Triq it-Telliera u Triq Sant’ Antnin – ‘Public Urban Open Space’

Question

Jista’ l-Ministru jindika b’mod ċar x’pjanijiet hemm għall-porzjon tal-art bejn Triq Villabate, Triq it-Telliera u Triq Sant’ Antnin ġewwa Ħaż-Żabbar, li skont l-pjanti lokali tal-Awtorità tal-Ippjanar hija indikata bħala ‘Public Urban Open Space’?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 136.