Transport Malta — nefqa tal-overtime fid-dipartiment tal-manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'overtime fid-dipartiment tal-manutenzjoni fi ħdan Transport Malta mis-sena 2011 sal-lum? Jista' jagħti rendikont separat u dettaljat għal kull impjegat flimkien max-xogħlijiet li ġie mwettaq minnhom xahar b'xahar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa f'overtime fid-dipartment tal-manutenzzjoni fi ħdan Transport Malta mis-sena 2011 sal-lum kienet ta' €54, 510.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti raġuni valida l-utilità ta' tali nformazzjoni, għax ma naħsibx li l-ħin u x-xogħol involut biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jiġġustifika dan.
Transport Malta — xiri ta' mobiles, laptops u ipads
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nxtraw u ngħataw ipads lill-uħud mill-management tat-Transport Malta waqt li dawn kienu diġà ġew mogħtija mobiles kif ukoll laptops? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq dawn l-imsemmija mill-2010 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ipads li għalihom qed jagħmel referenza ma ġewx mixtrija iżda ġew akkwistati b’xejn skont il-ftehim kontrattwali bejn l-Awtorita' u s-service provider. Dawn il-ħames ipads qed jintużaw għal skopijiet differenti, fosthom fuq stands tal-Awtorita’ waqt fieri u exhibitions internazzjonali dwar il-qasam marittimu u/jew tal-avjazzjoni. Jintużaw ukoll għal testing u moniteraġġ fuq applikazzjonijiet elettroniċi (website, geoportal, u servizzi elettroniċi oħrajn) li l-Awtorita' qed tiżviluppa u tuża fil-komunikazzjoni mal-pubbliku. Dan il-hardware huwa wkoll użat mill-uffiċċju taċ-Chairman u CEO għall-eżiġenzi differenti fejn mobilita' u aċċess immedjat għal emails, kalendarju u sistemi oħrajn huwa essenzjali.
Nifhem li l-Onor. Interpellant għandu diffikulta' ideoloġika biex jifhem għalfejn it-teknoloġija għandha użu fuq dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-monument ta' Jum ir-Repubblika li kien hemm fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa u li tneħħa minħabba x-xogħlijiet li qegħdin isiru? Fejn se jitpoġġa dan il-monument appena jitlestew ix-xogħlijiet?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-bini tal-parkeġġ fejn qabel kien hemm it-taraġ fl-area tal-Indipendenza fil-Furjana? Meta hu maħsub li se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li 50% tax-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant twettaq. Dejjem jekk ma jinqala' xejn imprevist, dan ix-xogħol hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ ta' xogħol hu kkalkulat li tlesta sal-lum u meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu fuq dawn il-proġetti ta' toroq: Triq iċ-Ċirkewwa, il-bypass tal-Mellieħa, it-triq mix-Xewkija sar-Rabat Għawdex u l-underpass tal-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sabiex jinfetaħ l-aċċess li hemm nieqes tal-aħħar parti ta’ din it-triq, it-triq trid tiġi ffurmata mis-sidien tal-art ta’ din il-parti ta’ triq. Madankollu, Transport Malta ġiet infurmata li fl-istess triq, hemm parti oħra li hija diġa' ffurmata u għalhekk din il-parti ġiet inkluża fil-lista sottomessa mill-Kunsill Lokali sabiex tiġi kkunsidrata fil-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa mistenni jitlesta hekk kif ġej:
Triq
Meta mistenni li jitlesta x-xogħol
Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa
Ottubru 2012
(“
snags”
mhux inklużii)
Mellieħa Bypass, Mellieħa
Jannar / Frar 2013
(“
snags”
mhux inklużii)
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-culverts ta' triq il-Meril, f'Ħad-Dingli ma sarux u saru fi Triq Claudette Agius f'Ħad Dingli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li oriġinarjament kellhom isiru żewġ culverts. Wieħed minnhom kien maħsub biex jieħu l-ilma li kien se jidħol fi Triq il-Merill. Madanakollu waqt li x-xogħol kien għaddej, instab li jkun aħjar jekk isir culvert ieħor fi Triq il-Merill u Transport Malta qed tħejji pjan biex dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promotion ingħatat mill-2010 sal-lum fi Transport Malta u x’wassal sabiex jiġu mogħtija dawn il-promotions? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawn il-persuni flimkien mal-gradi u kwalifiki li kienu jinħtieġu għal dawn is-sejħiet? Jista' jindika f'liema dipartimenti jesegwixxu xogħolhom? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawk il-persuni li kienu responsabbli mill-interviews u jgħid fuq liema bażi u/jew kriterji ġew magħżula? Min kienu dawk il-persuni li kienu involuti fl-għażla tal-individwi fejn imbagħad ġew mogħtija l-pożizzjoni minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħaż-Żabbar — Triq Dun Salv Sciberras - ranġar ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Salv Sciberras ġewwa Ħaż-Żabbar minħabba li tinstab fi stat ħażin u għadha qatt ma saret u wara li suppost diġà inbeda x-xogħol fuqha għax twaħħlu t-tabelli minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Dun Salv Sciberras, f'Ħaż-Żabbar hija parti mill-programm tax-xogħlijiet ta' Transport Malta.
Infurmat ukoll li fil-fatt kien diġa' nħareġ
tender
iżda l-kuntrattur li rebaħ it-
tender
ma resaqx għall-iffirmar tal-kuntratt. Minħabba f'hekk se jkollha tinħareġ sejħa ġdida għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ġaladarba l-klinka tal-gvern tal-Mosta ġiet magħluqa sabiex ikun mibnija mill-ġdid u issa dawk li kienu jinqdew minn din il-klinika sar ikun meħtieġ li jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 31 temenda r-rotta tagħha sabiex ikun jista' jsir dak li kien isir b'rotta preċedneti 58 li kienet iddur mar-roundabout ta' fejn hemm it-triq biex tieħu għall-klinika ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li biex persuni jkunu jridu jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, ikollhom jaqsmu triq li hija arterja prinċipali li tista' tkun ta' periklu għal dawk li jkunu jridu jaqmsu din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tad-Data Backup Strategy hekk kif inhi implimentata fid-dekasteru tiegħu? Min huma n-nies responsabbli li jassiguraw li d-data qed tiġi backed up kollha b'mod konsistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi billi data backup illum hi ħaġa awtomatika, ħafna drabi eżistenti fuq il-makni stess jew tramite estensjoni faċli, m'hemmx ħtieġa ta' strateġija miktuba.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' sistema/dokumenti eletroniċi li qed jintużaw fid-dekasteru tiegħu? Għall kull sistema, jista' l-Ministru jipprovdi id-diskrizzjoni tas-sistema, min hu responsabbli mid-data, l-audit trial u l-back up tagħha? Jista' jgħid is-sena meta bdiet topera u wara kemm-il sena d-data tista' tiġi mnaddfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi s-sistemi elettroniċi użati huma dawk normalment assoċjati ma' uffiċċju, konsistenti f'applications li jiġu liċenzjati komunament. Dwar ir-rimanenti, l-prattiċi normali ta' uffiċċju japplikaw.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ( isem, kunjom, dekasteru, id-data tad-dikjarazzjoni u l-pożizzjoni fid-dekasteru) tal-impjegati fid-dekasteru li ddikjaraw li qed jagħmlu xogħol part-time apparti xogħlhom u/jew għandhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista' ta' nies li ġew ingaġġati ġodda fid-Dipartiment tal-Enforcement mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Filwaqt li jipprovdi l-pożizzjoni offruta, jista' jgħid x'livell ta' edukazzjoni għandhom, jekk ingħatawx pagi u kundizzjonijiet differenti minn ħaddiema fl-istess pożizzjoni kif ukoll il-lokalità ta' fejn joqogħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatamment u kemm tħallsu kemm sena mill-2009 sal-lum u jindika t-tip ta' xogħol provdut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika kemm iħallsu flus lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal kull sena mill-2009 sal-lum għas-servizzi li qed jagħtu fid-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.