Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-popolazzjoni ta' dawk kollha li jgħixu f'Malta? Jista' jelenka l-informazzjoni b’dan il-mod:
a. TCN (Third Country Nationals);
b. Ċittadini tal-UE;
ċ. Maltin; u
d. Refuġjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċensiment ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuni li ngħataw l-istat ta’ rifuġjat jew xi forma oħra ta’ protezzjoni.
L-unika informazzjoni li tista’ tinħareġ hija dik mogħtija hawn taħt, jiġifieri n-numru ta’ persuni skont it-tip ta’ ċittadinanza.
Popolazzjoni ta' Malta
Maltin
Ċittadini tal-UE
TCN
Mingħajr Stat
404,113
40,010
75,268
171
Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2021
Jista’ l-Ministruj għid kemm:
a. TCN (Third Country Nationals);
b. Ċittadini tal-UE;
ċ. Maltin;
i. huma impjegati full-time;
ii. huma impjegati part-time;
iii. huma impjegati mal-Gvern;
iv. huma impjegati ma’ awtoritajiet tal-Gvern; u
v. huma impjegati ma' aġenziji tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li għall-ħaddiema tal-Gvern u l-awtoritajiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet numri 3778 u 5907, il-bqija tal-informazzjoni hi skont it-tabella t’hawn taħt:
Impjegati full-timeImpjegati part-timeImpjegati ma' aġenziji tax-xogħol (Nace 78)*
Ċittadini tal-UE31,8333,787393
TCN61,5051,8955,210
Maltin171,33227,5186,159
TOTAL264,67033,20011,762
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2023
* Impjegati ma' aġenziji tax-xogħol (Nace 78) - Dawn il-figuri huma diġà riflessi taħt l-impjegati full-time jew dawk part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-Tax Deduction ta’ 20% għas-sena 2022 u ta’ 40% għas-sena 2023 kif imsemmi fl-aħħar żewġ baġits mhumiex jiġu applikati fil-pensjoni maħruġa ai termini tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jekk dan huwiex isir għas-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena bażi 2022 persuni li għandhom mill-inqas wieħed u sittin (61) sena ser jibbenfikaw minn eżenzjoni ta’ 20% fuq id-dħul derivati mill-pensjoni tagħhom (sa massimu ta’ eżenzjoni ta’ €2,864 għas-sena 2022).
Din l-eżenzjoni qed tiżdied b’20% fis-sena u b’hekk sas-sena bażi 2026 titla’ sa 100%.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9243 u jgħid liema rotot ġodda tal-Air Malta ġew introdotti fl-2018, u jekk kienx hemm xi riċerki tas-suq imwettqa li wasslu li jiġu introdotti dawn ir-rotot? Jekk iva, kemm swew dawn ir-riċerki, u fuq liema bażi ġew introdotti dawn ir-rotot?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sajf 2018, l-Air Malta introduċiet 15-il rotta ġdida, inklużi 3 rotot intra-Ewropej. Ir-rotot huma: Cagliari, Casablanca, Comiso, Frankfurt, Kiev, Lisbona, Londra-Southend, Lourdes, Malaga, Manchester, St.Petersburg u Venezja.
It-3 rotot intra-Ewropej kienu: Cagliari-Londra Southend, Catania-Londra Southend u Catania-Vjenna.
Għal dawn ir-rotot saru riċerki fuq data li wriet domanda għal konnettività, mhux lanqas mill-gżejjer Taljani ta’ Sqallija u Sardenja, u fatturi soċjo-ekonomiċi f’dak il-perjodu li kienu għadhom jippermettu titjiriet f’territorji bħar-Russja. Din id-data ġiet akkwistata minn sorsi aċċessibbli għall-kumpaniji tal-ajru u għalhekk ir-riċerka ma swietx flus.
Il-load factors ta’ dawn ir-rotot matul is-sajf 2018 u x-xitwa 2018/2019 kienu hekk kif ġej:
· Cagliari – 49%
· Casablanca – 57%
· Comiso – 48%
· Frankfurt – 70%
· Kiev – 62%
· Lisbon – 75%
· London Southend – 65%
· Lourdes – 69%
· Malaga – 66%
· Manchester – 85%
· St Petersburg – 57%
· Venice – 62%
· Cagliari – London Southend – 51%
· Catania – London Southend – 73%
· Catania – Venice – 70%
B’referenza għaċ-ċekkijiet imqassmin għar-rifużjoni tat-taxxa kif ukoll peress li bid-deċiżjoni tal-Gvern pensjonanti li ma jaħdmux iżda għal raġuni jew oħra jħallsu t-taxxa, huma esklużi minn din il-miżura, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġaladarba dan iċ-cheque huwa għall-skop ta’ rifużjoni ta’ taxxa, għandux ikun eleġibbli għalih kull min iħallas it-taxxa, irrelevanti jekk hux pensjonant jew jaħdimx? Jista’ jgħid jekk din hijiex diskriminazzjoni bejn persuna u oħra peress li t-tnejn li huma jħallsu t-taxxa? Jista’ l-Ministru jirrevedi din id-deċiżjoni sabiex miċ-cheque li jmiss, kull min iħallas it-taxxa jieħu rifużjoni, irrelevanti minn fejn ġej id-dħul tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskop ta’ din il-miżura huwa simili ta’ negative income tax. L-għan ikun dak li min jaqla’ l-inqas jiġi megħjun l-aktar. Il-miżura dejjem kienet intenzjonata bħala parti mill-pakkett ta’ making-work-pay policies.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu b’mod personali lis-CEOs tal-Malta Enterprise, tal-MFSA, tal-Malta Financial Services u l-Executive Chairman tal-Malta Stock Exchange?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi f’dak li jirrigwarda l-Malta Stock Exchange u l-MFSA, ma ntefqu ebda flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija msemmija fil-mistoqsija.
Rigward l-entitajiet l-oħra nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ġbir ta’ eco-contribution fuq akkomodazzjoni turistika minn Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Eco-Contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika li nġabar minn Għawdex, sena b'sena, minn Jannar 2017 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t'hawn taħt:
SenaGħawdex
2017 180,880.24
2018 186,794.13
2019 272,191.22
2020 148,236.50
2021 137,492.00
2022 180,642.71
2023 69,772.00 *
Total 1,176,008.80
· Il-figuri tas-sena 2023 huma validi sal-aħħar ta Mejju 2023.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpaniji ġew struck off, u kemm tpoġġew għal liquidation, xahar b'xahar, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Korrispondenza mibgħuta lill-Collective Bargaining Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza mibgħuta lill-Collective Bargaining Unit iddedikata għan-negozjar ta' ftehimiet kollettivi fis-settur pubbliku b'rabta ma' capping (ammont massimu) fuq iż-żieda perċentwali fil-paga li għandha tingħata għall-kumplament tal-ftehimiet kollettivi li jridu jiġu nnegozjati fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi xogħlu huwa dak li jagħmel ir-rizorsi disponibbli għat-talbiet li jiġu għandu. Kull talba tiġi mitqiesa skont il-merti tagħha.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-pensjonanti ma rċevewx it-tax rebate li ntbagħat dan l-aħħar minkejja li jħallsu t-taxxa anke fuq il-pensjoni tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 8694 u 8918.
Kummissarju tat-Taxxi – dokumenti — - każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissarju tat-Taxxi qed jirrifjuta li jgħaddi dokumenti li l-Financial Crimes Investigations Department (FCID) għandha bżonn biex tkun tista’ tressaq lill-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, quddiem il-Qorti akkużat bi frodi ta’ VAT u ħasil ta’ flus f’ammont ta’ iktar minn €3 miljun?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi dejjem kien u jibqa’ dispost sabiex jagħti kull assistenza rikjesta mill-FCID, inkluż rapporti u dokumenti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-ġlieda kontra l-frodi ta’ VAT, evażjoni ta’ taxxa u l-ħasil tal-flus.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħierġa l-applikazzjoni għal ingaġġ ta' Direttur tal-FIAU?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-artikolu 23(1) tal-Att kontra Money Laundering, id-Direttur tal-Korp għandu jinħatar mill-Bord wara sejħa pubblika għal applikazzjonijiet.
Fil-ġranet li ġejjin mistenni jinħatar iċ-Chairman tal-Bord u l-membri l-oħra skont l-artikolu 19 tal-istess Att, u wara tkun tista' tinħareġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Ħlas ta’ taxxa minn ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-taxxa li jħallsu l-ħaddiema barranin hux l-istess bħal dik li jħallsu l-ħaddiema ta’ nazzjonalità Maltija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħaddiema barranin li jaħdmu f’Malta għal tul ta’ żmien li jirrendihom bħala persuni residenti f’Malta, għal finijiet tat-taxxa jħallsu t-taxxa bl-istess rati ta’ persuni Maltin.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità fis-7 u fil-11-il Distrett Elettorali skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu jew l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jiġifieri Ħaż-Żebbuġ (Malta), Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat (Malta), il-Baħrija (Ir-Rabat, Malta), Tal-Virtù (Ir-Rabat, Malta), l-Imdina, Ħ’Attard, il-Mosta u Burmarrad (San Pawl il-Baħar)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-ebda ħaddiem tad-Dwana mhu se jingħata transfer (sakemm mhux mitluba mill-ħaddiema stess) u jintbagħat jaħdem ma' dipartiment ieħor fi ħdan l-istess Ministeru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema tad-Dwana, bħal ħaddiema oħra ser ikomplu jgawdu mill-istess benefiċċji u kundizzjonijiet, kemm dawk settorjali kif ukoll dawk ġenerali għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Diċembru 2022? Jista’ jindika wkoll l-eqdem rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Diċembru 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 kien hemm 4,515-il rahan depożitati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1948 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 136, fl-20 ta' Ġunju 2023)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu multi l-Malta Business Registry (MBR), xahar b'xahar, mill-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u kemm tħallsu xahar b’xahar għall-istess perjodu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu hemm total ta 107 ħaddiema mal-kuntrattur. Dawn ikopru rwoli ta’ Security, Cleaners, Receptionists u Accountancy.