Legislature:
Category:
Reset
Active:

Id-Dwana - Annimali li jagħtu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30753 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm annimali li jagħtu s-servizz tagħhom fid-Dwana? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ annimali huma?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, id-Dipartiment tad-Dwana, fi ħdan l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana, għandu tlett (3) iklieb li jaqdu dmirijiet doganali. Kelb minnhom huwa tar-razza Labrador, filwaqt li ż-żewġt iklieb l-oħra huma tar-razza Springer.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32823 u jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: i.   ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ii.  ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u iii.  ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: i.   0% taxxa; ii.  15% taxxa; iii.  25% taxxa u iv.  35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32822 u jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: i.  ċittadini Maltin; ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Double Taxation Treaties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda, fis-snin 2005 u 2006 u matul l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: ·       Fis-sena 2005 ma sar ebda ftehim ta’ double taxation agreement; ·       Fis-sena 2006 saru 3 double taxation agreements.  Dawn saru ma Spanja, San Marino u l-Iżlanda; ·       Fis-sena 2025 sal-ġurnata tal-lum ma sar ebda ftehim ta’ double taxation agreement.

Kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli - Stamp duty - Ħlas

Question

Meta jsir kuntratt ta’ xiri ta’ proprjetà immobbli, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Taxxa jesiġix li l-ħlas tal-istamp duty tkunx ikkalkulata fuq il-valur tal-proprjetà dakinhar li jsir l-akkwist finali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana timxi skont il-provedimenti tal Artikolu 32(1) tat-Taxxa Fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap. 364) tal-Liġijiet ta’ Malta, u tar-Regola 3(1) tal-Liġi Sussidjarja 364.06 li jaqraw kif ġej rispettivament: 32.(1) Għandha  titħallas  fuq  kull  dokument  u  fuq  kull sentenza, digriet jew ordni ta’ kull qorti jew awtorità oħra leġittima, li bihom ħaġa immobbli jew xi dritt reali fuq xi immobbli jiġi trasferit lil xi persuna u fuq kull dikjarazzjoni magħmula skont l-artikolu 33, għar-rigward ta’ persuni li minnhom joriġina t-trasferiment causa mortis li mietu fi jew wara t-23 ta’ Novembru,1999, taxxa ta’ ħames euro (5) għal kull mitt euro (100) jew parti minnha tal-ammont jew tal-valur ta’ dak li jingħata bil-ħlas tal-ħaġa trasferita jew tal-valur ta’ dik il-ħaġa, liema jkun l-akbar. 3.(1)  (a)    Il-valur  ta’  kull  proprjetà  soġġetta  għat-taxxa skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, mgħoddija bi trasferiment inter vivos jew causa mortis, għandu jkun il-valur ta’ dik il-proprjetà fid-data ta’ dak it-trasferiment inter vivos, jew fid-data tal-mewt tal-persuna li minnha jkun oriġina t-trasferiment causa mortis, skont il-każ, (hawnhekk iżjed’il quddiem imsejħa "id-data rilevanti") u dak il-valur għandu jiġi stabbilit skont dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin: Iżda fejn ikun ingħata avviż dwar wegħda ta’bejgħ skont l-artikolu 3(6) tal-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, u l-wegħda ta’ bejgħ tkun saret għal żmien ta’ mhux aktar  minn sena (1), jew tlett (3) snin f’każ fejn il-proprjetà tikkonsisti f’unità fi proġett akkwistat fuq pjan, id-data rilevanti għandha tkun id-data tal-wegħda ta’ bejgħ: Iżda wkoll f’każ fejn isiru miljoramenti bejn id-data tal-wegħda ta’ bejgħ u d-data ta’ trasferiment, id-data rilevanti għandha tkun id-data tat-trasferiment; (b) Id-dispożizzjonijiet ta’ din is-subregola għandhom japplikaw mill-15 ta’ Ottubru 2019.

Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 24481.

Il-Mellieħa – Selmun Palace Hotel – Sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32757 u jgħid kemm intefqu flus fuq sigurtà tas-Selmun Palace Hotel? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallset il-kumpanija Air Malta, meta din ma baqgħetx responsabbli mil-lukanda msemmija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Proprjetajiet - Spezzjonijiet għal under declaration

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq proprjetajiet li nxtraw biex jaraw li ma kienx hemm under declaration mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien hemm persuni li nstabu li kellhom under declaration u li ma jirriflettix il-piż attwali matul l-istess perjodu?  Jista’ jgħid ukoll kemm inġabru taxxi b’dan il-mod matul l-istess perjodu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kumpanija - Debituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex debituri? Jekk fil-pożittiv, jista’ jagħti d-dettalji tal-ammonti li għandhom f’debitu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Operaturi ta’ Lukandi - Income tax/corporate tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31828 u 32162 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax minn operaturi ta’ lukandi fis-snin 2023 u 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’Seduta oħra.

Operaturi ta’ ristoranti - Income tax/corporate tax miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31827 u 32163 u jindika kemm inġabret income tax u/jew corporate tax fis-snin 2023 u 2024 minn operaturi ta’ ristoranti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Kumpanija - Kredituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma stmati t-talbiet tal-kredituri li qegħdin għand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex jitħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija - Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru taħt il-kappa tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin u liema huma l-proġetti li għadhom iridu jitwettqu? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm huwa stmat kull proġett; ii.    kemm diġà tħallsu; iii.    liema talbiet għal ħlasijiet għadhom pendenti; u iv.    meta huwa stmat li se jitħallsu l-kredituri ta’ kull proġett?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija - Qagħda finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Mejju 2024, f’Jannar 2025, f’Mejju 2025 u f’Novembru 2025? Jista’ wkoll jagħti dettalji jekk u għaliex hemm diverġenzi kbar minn sitwazzjoni ta’ profitt qawwi għal qagħda ta’ insolvenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kumpanija - Finanzi mhux approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk approvax l-għoti ta’ finanzjament addizzjonali lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, fid-dawl tal-qagħda finanzjarja tagħha?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Soċjali - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi fil-Fond għall-Kawżi Soċjali preżentement u kemm tqassmu flus minn dawn il-fondi matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena, u f’kull każ jgħid lil min ingħataw? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura li biha persuna tista’ tapplika biex tibbenefika minn dawn il-fondi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

KM Malta Airlines – Statutory Financial Statements

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32722 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32480, jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed issir referenza għall-artikolu 182(3) tal-Kap. 386 tal-Liġijiet ta’ Malta ai termini ta’ liema “Meta l-ewwel żmien tal-kontijiet tal-kumpanija jkun żmien ta’ iktar minn tnax-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha, iż-żmien li xort’oħra jkun permess għat-tqegħid quddiem il-kumpanija u l-approvazzjoni f’laqgħa ġenerali ta’ kontijiet annwali jitnaqqas bin-numru ta’ jiem li bihom iż-żmien tal-kontijiet rilevanti jkun itwal minn tnax-il xahar.” ? Jista’ l-Ministru jikkonferma li in vista ta’ dan l-artikolu tal-liġi li japplika fiċ-ċirkostanzi tal-Każ tal-KM Malta Airlines Plc, l-iStatutory Financial Statements kellhom jiġu approvati sal-31 ta’ Awwissu 2025 u sottomessi lill-Malta Business Registry sat-12 ta’ Ottubru 2025, liema perjodu fil-fatt skada u mhux kif erroneament indikat fl-istess tweġiba?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Labour Force Survey u l-Median Wage - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, li jaħdmu fis-setturi kollha kif definiti fl-istħarriġ tal-Labour Force Survey? Għal kull settur, jista’ wkoll jagħti l-median wage li jaqilgħu l-ħaddiema f’dak is-settur, separata skont it-tliet kategoriji ta’ ħaddiema msemmija hawn fuq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema full-time u part-time skont ir-rata tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’: ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin, separati f’żewġ kategoriji: full-time employed u part-time employed? Għal kull kategorija, jista’ wkoll jindika kemm minnhom jaqgħu taħt dawn ir-rati tat-taxxa: 0% taxxa; 15% taxxa; 25% taxxa u 35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000–€13,000; €13,000–€14,000; u hekk sal-€150,000), separati kif ġej: ċittadini Maltin; ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull kategorija ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.