Residenzi tal-anzjani — privati jew tal-knisja – sodod mikrija
Question
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hu n-numru ta' sodod mikrija f'residenzi għall-Anzjani privati jew tal-knisja? Jista’ jgħid kemm hu l-ħlas għal kull sodda kuljum fir-residenzi individwali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod mikrija f’residenzi għall-Anzjani privati jew tal-knisja huwa ta’ 1845. Il-ħlas għal dawn is-sodod ivarja skont l-obbligu tal-kuntratt. L-informazzjoni dwar ħlas għal kull sodda ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ natura kummerċjali.
In work benefit– Persuni f’Ħal Tarxien li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Ħal Tarxien bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni f’Ħal Tarxien li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Tarxien
55
€44,990.41
59
€42,052.38
114
€87,042.79
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Bormla bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni f’Bormla li ibbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Bormla
33
€34,549.26
34
€29,163.01
67
€63,712.27
In work benefit — Persuni f’Raħal Ġdid li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Raħal Ġdid ibbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni f’Raħal Ġdid li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalità
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Raħal Ġdid
46
€ 37,337.71
84
€ 56,708.61
130
€ 94,046.32
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni fil-Fgura bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni mill-Fgura li bbenefikaw mill-In work benefit fis-sena 2019 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Lokalita'
Nisa
Irgiel
Total
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Beneficcjarji
Nefqa
Fgura
66
€ 45,508.44
139
€ 83,719.07
205
€ 129,227.51
Moniteraġġ tal-kumdità ta’ persuni li jgħixu weħidhom
Question
Jista’ l-Ministru jieħu passi neċessarji biex jistħarreġ il-possibilità li persuni li jgħixu waħedhom, ikunu reġistrati sabiex l-entità responsabbli tkun tista’ iżżomm moniteraġġ tal-kumdità fil-ħajja tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali permezz tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), l-Aġenzija Sapport kif ukoll l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, jaħdem ma’ kull kategorija ta’ nies vulnerabbli fis-soċjetà, inkluż familji li għaddejjin minn diversi problemi, tfal li mhux qed jgħixu mal-familjari tagħhom, persuni b’diżabilità, kif ukoll anzjani li jgħixu waħidhom fil-kommunità.
It-tlett aġenziji imsemmija jaħdmu ma’ kull kas li jiġi riferut għall-attenzjoni tagħħhom bil-għajnuna tal-professjonisti fil-qasam speċjalizzat tagħhom.
Permezz tal-mezzi soċjali tal-entitajiet imsemmija, kif ukoll permezz ta’ informazzjoni li kontinwament qiegħda tingħata fuq il-mezzi soċjali, il-Ministeru qiegħed jara li nwassli l-għarfien meħtieġ u kemm jista’ jkun vast, dwar is-servizzi li joffru id-dipartimenti u l-entitatjiet tagħna, sabiex kull persuna tkun mgħarrfa dwar fejn għandha tirrikorri għal għajnuna skont in-neċessitajiet u l-bżonnijiet tagħha. Wara li jsir dan il-kuntatt mill-individwu, l-entita’ rispettiva taħdem fuq il-każ imressaq għall-attenzjoni tagħha sabiex l-individwu li jkun resaq għall-għajnuna jew għal xi servizz, jingħata l-għajnuna meħtieġa skont iċ-ċirkustanzi tal-każ imressaq quddiemha
Jista' l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Independent Community Living? Min hu intitolat għalih u x'għandha tagħmel persuna sabiex tirċievi dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Independent Community Living Fund joffri sussidju lill-persuni b’diżabilità u l-famijari tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jsibu carer tal-għażla tagħhom għall-għajnuna fid-dar u fil-komunità, liema għajnuna tkun tkopri bejn 13 u 30 siegħa fil-ġimgħa, skont l-każ ikkonċernat.
Dan is-servizz jibbenefikaw minnu kemm tfal kif ukoll adulti b’diżabilità sa ma' l-persuna b’diżabilità tgħalaq 60 sena. Fil-każ ta’ minuri taħt it-18-il sena, l-ammont ta’ siegħat koperti minn din l-iskema, jista’ wkoll ilaħħaq aktar minn 30 siegħa ta’ għajnuna fil-ġimgħa, dejjem skont iċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat.
Meta persuna tirrikorri għall-għajnuna tas-Servizzi fil-Kommunità, bħalma huwa l-Independent Community Living Fund, l-ewwel ħaġa li persuna b’diżabilità jew il-familjari tagħha iridu jagħmlu hija li jikkuntattjaw lill-Aġenzija Sapport. Wara li jsir dan il-kuntatt mal-Aġenzija, il-klijent jiltaqa’ ma’ Social Worker u flimkien jitkellmu fuq il-bżonnijiet, id-diffikultajiet illi wieħed ikun qiegħed jaffaċċja kif ukoll dwar il-limitazzjonijiet tal-klijent. Is-Social Worker tisma’ lill-klijent li jersaq quddiemha għall-għajnuna, u wara li tkun semgħet u evalwat iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li tkun rat, isir assessjar personalizzat tal-każ. Wara li jkun ġie deċiż li l-każ ikkonċernat li jkun resaq għall-għajnuna, jikkwalifika għal xi tip ta’ servizz jew għajnuna mingħand l-Aġenzija Sapport, il-każ jitressaq quddiem Bord li finalment jiddetermina kemm wieħed ser ikun jista’ jingħata bħala sussidju mill-Fond allokat għall-Indenpendent Communitu Living Scheme.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata s-servizz ta' Tuk Tuk fil-lokalità ta' Wied il-Għajn billi din il-lokalità kibret ħafna u hemm anzjani li għandhom bżonn dan is-servizz urġenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, għaddejjha bit-tħejjijiet biex is-servizz tas-Silver T jiġi offrut fuq livell nazzjonali, fl-irħula kollha ta’ Malta u Għawdex. Qed isir ix-xogħol neċessarju sabiex jiġi ffinalizzat u ppublikat it-tender marbut ma’ dan, sabiex finalment is-servizz jinfirex mal-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11525, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Ċentru għar-Riżorsi tal-Familja f'Wied il-Għajn? Jekk le, meta fl-aħħar se jiġi mwaqqaf formalment dan iċ-Ċentru għall-benefiċċju tan-numru kbir ta' residenti li joqogħdu f'din il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellat għat-tweġiba parlamentari numru 6469.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali tul is-sena 2019? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi, ċeduti jew abbandunati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Appelli quddiem l-Arbitru
Numru ta’ każijiet
irreġistrat sa Diċembru 2019
Appelli li daħlu sa Diċembru 2019
912
Appelli deċiżi sa Diċembru 2019
370
Appelli ċeduti sa Diċembru 2019
218
Appelli abbandunati mill-appellant, sa Diċembru 2019
44
Raħal Ġdid — Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm ħames persuni li jagħtu servizz lill-pubbliku fl-uffiċċju distrettwali ta’ Raħal Ġdid. Matul is-sena 2019, kien hemm 3,741 persuna li rrikorrew għal xi servizz minn dan l-uffiċċju distrettwali. Kien hemm għadd ta’ persuni oħra li marru l-uffiċċju distrettwali msemmi għall-informazzjoni ġenerali, li dwarhom ma tinżammx statistika b’mod uffiċjali mid-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali.
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Malta bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Benefiċċjarji skont il-Ġeneru f’Malta
Numru ta’ Benefiċjarji
Nefqa għall-Għoti tal-
In Work Benefit
Nisa
1,735
€1,490,059.35
Irġiel
2,837
€2,416,619.85
Total
4,572
€3,906,679.20
Jista’ l-Ministru jindika kemm persuni f’Malta bbenefikaw mill-In work benefit tul is-sena 2019? Jista’ jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u kemm tħallsu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Benefiċċjarji skont il-Ġeneru f’Għawdex
Numru ta’ Benefiċjarji
Nefqa għall-Għoti tal-In-Work Benefit
Nisa
119
€105,015.33
Irġiel
402
€366,747.59
Total
521
€471,762.92
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li t-tweġiba għal din l-Mistoqsija Parlamentari hija kif ġej ;
Nefqa fuq Fuel/Petrol/Diesel
2017
2018
2019
Ministry for the Family, Children’s Rights & Social Solidarity
€24,287.00
€22,467.75
€26,537.47
Department for Social Security
€6,772.91
€6,800.86
€5,221.62
Foundation for Social Welfare Standards
€179,859
€196,072
€197,485
Agenzija SAPPORT
€98,297
€111,770
€138,890
Long Term Care Facility Saint Vincent de Paul Residence
€32,192.79
€23,815.27
€25,181.16
Active Ageing and Community Care
€9,974.66
€11,615.94
€13,844.43
Commission for Rights of Persons with Disability
€3,673.69
€3,223.45
€4,585.47
Social Care Standards Authority
NA
NA
€4,842
Office of the Commissioner for Children
€513.55
€451.66
€1,593.23
(this amount includes some pending costs between 2016 & 2018
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — reklamar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10257 u 10384 u u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - reklamar
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10258 u 10385 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari 12720.
Peress li t-terminu tal-Fondi Ewropej wasal biex jiġi fi tmiemu, jista’ l-Ministru jgħid liema proġetti spiċċaw u dawk li għadhom għaddejjin jew ħa jinbdew f'dawn il-Ministeri: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Anzjanità Attiva, Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali? Kemm intefqu flus għal dawn il-proġetti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej ;
Perjodu ta’ ipprogrammar 2014-2020
Fondi Strutturali
ERDF.08.031 - The Meeting Place
· Referenza u isem tal-proġett: ERDF.08.031 - The Meeting Place
· Benefiċċjarju: Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali
· Spiża finali tal-proġett: €967,358
· Proġett magħluq u ġie inawgurat fil-21 ta’ Mejju, 2019
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Il-binja, li tinsab il-Marsa, qed tilqa’ aktar minn 80 għaqda voluntarja li qed juzaw il-faċilitajiet diversi offruti minn din il-binja. Dawn l-għaqdiet ġejjin mis-setturi soċjali, edukattivi, u tas-saħħa.
ERDF.08.039 –
REACH: Fair and inclusive society that promotes and advocates independent living and employment
· Referenza u isem tal-proġett: ERDF.08.039 –
REACH: Fair and inclusive society that promotes and advocates independent living and employment
· Benefiċċjajru: Aġenzija Sapport
· Intefqu sal-aħħar tal-2019: €4,813,928
· Proġett mistenni jiġi fi tmiemu sal-31 ta’ Diċembru, 2023
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Is-sit jinsab San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar. L-iskavar ġie fi tmiemu f’Jannar 2020 u għadu kemm beda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq l-4 blokok għal persuni b’diżabilita’. Id-disinji kellhom jiġu reveduti minħabba sejbien arkeoloġiku.
ERDF.04.069 -
Investing in an energy efficient system for St Vincent de Paul Residence
· Referenza u isem tal-proġett: ERDF.04.069 -
Investing in an energy efficient system for St Vincent de Paul Residence
· Benefiċċjajru:
Residenza għall-kura fit-tul San Vinċenz De Paul
· Intefqu sal-aħħar tal-2019: €715,291
· Proġett mistenni jiġi fi tmiemu sal-31 ta’ Diċembru, 2021
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: F’Novembru li għadda beda x-xogħol proprju fis-swali tar-residenti relatat ma’ installazzjoni ta’ sistemi ġodda u effiċjenti ta’ arja kkundizzjonata, sħana, u ventilazzjoni.
ESF.02.054 – INK: Person-focused inclusion project
· Referenza u isem tal-proġett: ESF.02.054 –
INK: Person-focused inclusion project
· Benefiċċjajru:
Aġenzija Sapport
· Intefqu sal-aħħar tat-2019: €1,180,340
· Proġett mistenni jiġi fi tmiemu sal-31 ta’ Diċembru, 2020
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Total ta’ 194 persuna b’diżabilita’ ipparteċipaw f’taħriġ offrut mill-Aġenzija Sapport u numru sostanzjali minn dawn il-parteċipanti ħadu sehem f’
work exposure
f’kumpaniji privati jew dipartimenti tal-Gvern. Qed jingħata wkoll taħrig lill-ġenituri, lil min iħaddem, u
front liners
.
ESF.02.063 –
Knowledge, Training, Communications and Support measures in support of vulnerable groups
· Referenza u isem tal-proġett: ESF.02.063 –
Knowledge, Training, Communications and Support measures in support of vulnerable groups
· Benefiċċjajru: Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali
· Intefqu sal-aħħar tat-2019: €2,377,675
· Proġett mistenni jiġi fi tmiemu sal-30 ta’ Ġunju, 2021
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Dan il-proġett hu intiż biex isaħħaħ il-ħiliet tal-professjonijsti li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli permezz ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ kemm lokali kif ukoll barra minn Malta. Dan il-proġett qed jinvesti b’mod dirett f’assistenza professjonali mal-familji vulnerabbli. Barra minn hekk, il-proġett hu ikkumplimentat b’riċerki intiżi li jservu sabiex il-qagħda ta’ kategoriji ta’ nies vulnerabbli titjib.
Proġetti Kofinanzjati minn Fondi oħrajn
Programm: EEA / Norwegian Funds
· Referenza u isem tal-proġett: PDP2 -
Opportunity Knocks
· Benefiċċjajru:
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
· Intefqu sal-aħħar tat-2019: €21,657
· Proġett mistenni jiġi fi tmiemu sal-31 ta’ Diċembru, 2020
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Permezz ta’ dan il-proġett, żgħażagħ li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali qed jiġu mgħejjuna sabiex jgħixu ħajja aktar independenti u soċjali. Ġew ingaġġati numru ta’ professjonisti bħala parti minn tim multi-dixxiplinarju li s’issa assistew total ta’ 108 persuni fuq bażi individwali u ġew organizzati 25 sessjoni ta’ prevenzjoni, filwaqt li 14 –il żgħażugħ u żgħażugħa ngħataw kenn f’xi wieħed mis-
Safe Houses
tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
EU Joint Action on Frailty – Third Health Programme 2014-2020
· Isem tal-proġett:
Advantage
· Benefiċċjajru: Residenza għall-kura fit-tul San Vinċenz De Paul (Imsieħeb fil-proġett)
· Spiża finali minn SVP fuq dan il-proġett: €46,249
· Il-proġett ingħalaq bir-rapport finali li ġie sottomess fit-30 ta’ Jannar, 2020.
· Sommarju tal-istadju preżenti tal-proġett: Fit-30 ta’ Jannar, 2020 intbagħat ir-rapport finali lill-koordinatur ewlieni ta’ dan il-proġett fuq livell Ewropew. L-irwol tal-benefiċċjarju kien li ssir riċerka fuq is-suġġett ta’
Frailty
fuq bażi lokali fejn anke ġiet organizzata konferenza li għaliha attendew diversi professjonisti f’dan is-settur.
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali – aċċess għall-persuni b’wheelchair
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-fergħat tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jkunu aċċessibbli għal persuni b’użu ta’ wheelchair peress li ħafna minn dawn id-dipartimenti ma humiex aċċessibbli għall-persuni b’użu ta’ wheelchair? Jista’ jgħid liema huma dawk il-fergħat fejn ser isiru u x 'budget hemm?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq li jkollu kull uffiċċju distrettwali li jkun aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn wheelchair, imma minħabba l-fatt li ċerti uffiċini huma antiki, mhux dejjem huwa possibli li jsir tibdil strutturali kif wieħed ikun jixtieq sabiex l-post ikun mija fil-mija aċċessibbli għall-persuni b’diżabilita`.
Minkejja dan, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali dejjem jipprova jsib postijiet alternattivi, fejn huwa possibli, kif ukoll huwa lest li jekk u meta tinqala’ l-okkażjoni, jikkonsidra kull offerta għall-postijiet alternattivi minn fejn noperaw is-servizzi li jingħataw mill-uffiċċji distrettwali.
Kostituzzjoni ta’ Malta 17(3) – skemi u investiment
Question
Skont il-Kostituzzjoni ta' Malta 17(3) “Persuni inkapaċitati u persuni li ma jkunux kapaċi għal xogħol għandhom dritt għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali”, jista’ l-Ministru jgħid kif il-gvern qed iħares dan id-dritt, x'investiment qed isir u fejn qed isir? Hemm ħsieb ta' sħubija ta' skemi mal-privat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi filwaqt li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol jista’ jwieġeb rigward d-dritt għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fl-intier tagħha, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenzija Sapport toffri programmi ta’ inklużjoni u taħriġ sabiex persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ Matul il-Jum, Servizzi Residenzjali u fil-Komunità mogħtija mill-istess Aġenzija, itejbu l-ħiliet tagħhom u jitgħallmu jgħixu ħajja indipendenti. Uħud minn dawn il-programmi jinkludu taħriġ fl-użu tal-kompjuter, taħriġ fuq kif wieħed iqassam flusu, taħriġ prattiku fuq l-użu tat-transport pubbliku għall-ħajja aktar indipendenti, fost oħrajn. Jingħata wkoll taħriġ fil-qari permezz tal-użu tal-Braille għall-persuni neqsin mid-dawl miċ-Ċentru Spero.
L-Aġenzija Sapport tmexxi wkoll il-proġett ko-finanzjat mill-UE – INK. Dan il-programm huwa intenzjonat li jagħti taħriġ u esperjenza prattika fuq il-postijiet tax-xogħol lill-persuni b’diżabilità, bil-għan illi jinstabilhom impjieg xieraq.
Il-Fgura — Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kien hemm jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni wżaw is-servizz tal-post tul is-sena 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 2 impjegati li jagħtu s-servizz lill-pubbliku matul il-ġimgħa kollha u manager li tattendi t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, sabiex ukoll tagħti servizz lill-pubbliku. Matul l-2019 kien hemm 2,888 persuna li kellhom b¿onn servizz. Minbarra l-2,888 persuna, kien hemm għadd ta’ klijenti oħra li rrikorrew fl-uffiċċju distrettwali imsemmi għall-informazzjoni ġenerali fuq sigurtà soċjali. Dawn tal-aħħar ma jiġux irreġistrati b’mod formali għal fini ta’ rekords.