Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u tindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Ministeru/Dipartiment/Entita
Rġiel
Nisa
Park Nazzjonali tal-Indawar Management Board
6
2
Majjistral, nature and History Management Board
7
1
School Arbor Committee
3
4
Guardian of Future Generations
3
3
Sustainable Development Network
7
2
Central Cooperatives Fund Committee
4
2
Cooperatives Board
3
1
Malta Enterprise
6
3
MOBC
5
5
Melita Transgas
6
2
Petromal
6
/
Enemed
3
5
WSC
7
3
ERL
9
2
Enemalta
9
1
ARMS
8
2
REWS
5
3
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19298, peress li hemm drenaġġ ħiereġ minn ċertu restoranti, tista’ l-Ministru tikkonferma dan u tgħid x’se jsir biex dan l-inkonvenjent jispiċċa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-area indikata tippreżenta numru ta’ sfidi minħabba nuqqas ta’ ppjanar serju fil-passat. Għalhekk il-Korporazzjoni, flimkien ma’ entitajiet oħrajn għandha pjan għal soluzzjoni permanenti u fit-tul.
Il-Korporazzjoni beħsieba timplimenta żewġ proġetti li ħa jsiru fil-futur qarib fejn ser isir tibdil tal-medda matul Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex li se jkun iffinanzjat kollu mill-Korporazzjoni. Filwaqt li mistenni wkoll jitwettaq proġett ieħor li għandu jiġi mplimentat flimkien ma entita oħra matul l-istess triq.
Permezz ta’ dawn il-proġetti, se nkunu qed ntejbu l-kapaċita tal-mejnijiet, kif ukoll jintużaw mezzi sabiex nissiġillaw il-pajpijiet u l-manholes biex jiġi evitat l-infiltraġġ tal-ilma baħar u b’hekk ikollna upgrade fis-sistema tal-akwati. Barra minn hekk, ħa jsir upgrade fil-pompi tal-pumping stations tal-viċinanzi, tal-Msida u tal-Gżira, li wkoll se jikontribwixxu għall-benefiċċju tas-sistema ta’ din iż-żona.
Tista’ l-Ministru tindika niċċa waħda ekonomika li ġiet attirata lejn Malta wara l-2014 u li għadha tiġġenera impjiegi ta’ kwalità sal-lum, kif kien sar meta ġiet attirata lejn Malta l-industrija tal-farmaċewtika u l-manutenzjoni tal-ajruplani? Tistax tgħid kemm-il impjieg tiġġenera kull sena u kemm ikkontribwit għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2014 sal-lum ġew attirati diversi niċċeċ ekonomiċi ġodda lejn Malta tant illi dan kien rifless f’żieda bla preċedent ta’ mpjiegi u tkabbir ekonomiku record, sena wara l-oħra fil-perjodu indikat. Fost niċċeċ ekonomiċi ġodda wieħed isib Kannabis għall-użu Mediċinali, kumpaniji relatati ma’ AI u teknoloġija avvanzata, edukazzjoni u taħriġ, digital games u kif imħabbar ftit ilu qed tinħoloq eko-sistema għad-drones.
Id-dettalji fuq impjiegi u l-kontribut fuq il-prodott gross domestiku jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO).
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tindika l-valur ta’ kull direct orders li kull entità fi ħdanha ħarġet fl-2021, lil min u għal xiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li d-direct orders jiġu ppubblikati perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern, kif inhu d-dmir tal-Ministeru. Minkejja dan, jekk irid ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu, inkun nista’ ngħaddilu l-informazzjoni neċessarja.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — tender/direct order lill-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18214, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħtha tawx tender jew direct order lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sissa? Jekk iva, tista' tagħti l-informazzjoni sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ma ġew mgħotija l-ebda tender jew direct order la minn naħa tal-Ministeru tiegħi u lanqas mill-entitajiet mid-dekasteru tiegħi.
Enemalta – frekwenza ta’ maintenance fuq sub-stations
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm suppost hija l-frekwenza ta’ maintenance mitluba/rikjesta li ssir kull sena fuq is-sub-Stations li l-Enemalta għandha madwar Malta u Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ssegwi proċedura operattiva standard li biha l-manutenzjoni kollha tat-tgħamir hija bbażata fuq linji gwida mogħtija mill-manifatturi u din issir minn ta’ lanqas darba fis-sena. Minbarra hekk, s-substations jiġu spezzjonati f’diversi okkażjonijiet u jsiru t-testijiet meħtieġa fuq it-tgħamir elettroniku.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — talbiet skont il-Freedom of Information Act
Question
Tista' l-Ministru tgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet ta’ PQ 16598 u PQ 2519, ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru sa Jannar li għadda daħlu erbgħa (4) talbiet simili li minnhom ġew irrifjutati tlieta (3), filwaqt li waħda (1) ġiet parzjalment irrifjutata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kumpannija kienet megħjuna mill-Indis/Malta Enterprise sena b'sena mit-2013 sal-lum biex twaqqaf impriża f'Għawdex? Kemm kien l-investiment totali sena b'sena ta' dawn il-kumpaniji? Kemm ħaddiema qed iħaddmu llum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tara li l-istreet lighting ta’ Triq Ġuże Duca f’Ħal Qormi jkun qed jiffunzjona kif suppost minħabba s-sigurtà tar-residenti u tas-sewwieqa fl-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilha u tieħu l-passi meħtieġa sabiex tara li ssir il-ħidma ta’ tindif u manutenzjoni kemm fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq fejn hemm bankini mkissra u skart x’jinġabar, kif ukoll fiż-Żona Industrijali ta’ Tarġa Gap fil-Mosta fejn hemm ħtieġa ta’ tindif?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19030 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u issa ġie riferuta lilha u ċjoe: Peress li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex se jkollu tarmak ġdid, tista’ l-Ministru tgħid hemmx il-ħsieb li jkun hemm drenaġġ peress li hemmhekk id-drenaġġ ta’ spiss ifur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha diversi proġetti u qed tikkollabora ma’ entitajiet oħra biex isir tisħiħ fin-networks tal-ilma u d-drenaġġ fit-triq indikata u fl-akkwati tal-madwar.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol biex it-tankijiet taż-żejt li hemm fir-Rinella, l-Kalkara, jiġu mbattla u jitneħħew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tankijiet taż-żejt msemmija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru tiegħi peress li huma propjeta ta’ kumpanija privata.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet id-data li fiha r-rapport tal-investigazzjoni interna tal-Enemalta fuq il-proġett tal-irdieden tar-riħ fil-Montenegro ġie mgħoddi lill-pulizija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport ġie mgħoddi lil-Pulizija fit-8 ta’ Jannar 2021.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il konsulent ġie maħtur sabiex jaghti servizzi lill-Ministeru jew lil xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha mill-1 ta' Jannar 2019 sal-lum? Tista' tgħid minn huma dawk maħtura, x'tip ta' servizzi, lil liema entità jingħataw is-servizzi, liema ħlas sar lil dawk il-konsulenti s'issa u kemm huwa l-valur ta' dik il-ħatra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Title of Position/Contract Nomenclature
Department / Entity engaged with
Salary Scale
Full Time / Part-Time
Policy Consultant - SPU
MESD – Ministry Secretariat
3
Full-Time