Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam Industrijali tax-Xewkija – kera ta’ spazju fil-garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm inkera spazju fil-garaxxijiet li nbnew reċentement mill-ex M.I.P. quddiem l-Uffiċċju tal-Enemalta fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija u kemm għad hemm spazju x'jinkera kif ukoll ir-rati tal-kera jew ċens li qed tintalab ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li fiż-żona magħrufa bħala tal-Ħofra, fejn l-Indis Malta Ltd żviluppat bosta garaxxijiet industrijali, fadal biss garaxx wieħed ta’ ċirka 200 metru kwadru. Il-kumplament, fl-ammont ta’ ċirka 3,450 metru kwadru ġew allokati kollha. Ir-rati tal-kera li titlob l-Indis Malta Ltd ma’ jistawx jingħataw minħabba li dawn huma ta' natura kummerċjali u sensittiva.

Wage Supplement – ħaddiema li ġew impjegati dan is-sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema l-ġodda li ġew impjegati matul is-sajf ma kkwalifikawx għal wage supplement? Dawn il-ħaddiema se jitħallew jitkeċċew għax min iħaddimhom ma baqagħlux xogħol u m’għandux biex iħallsilhom il-paga? Għaliex il-wage supplement japplika biss għal dawk il-ħaddiema li kienu impjegati qabel ix-xhur tas-sajf? Dawn mhux ukoll għandhom familja, loans u dritt li jkollhom dħul?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Żona Industrijali ta' Kordin — Cleansing Section - rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex ż-żona Industrijali ta’ Kordin tiġi mnaddfa iktar u li l-Cleansing Section li hemm fil-bidu tiġi rilokata għax qed jinġema l-iskart u qed iġibu l-ġrieden ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żoni f’Kordin li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ ta’ Indis Malta Ltd jiġu mnadfa regolarment. Inkwantu għal parti tal-mistoqsija rigward il-Cleansing Section nitlob lill-Onorevolli Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Ħaddiema infattati bil-Covid-19

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16830 u jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ekonmija u l-Industrija – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tingabar.

MIP — concession fuq is-Sit tal-Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17147 u jgħid min awtorizza, u meta kien, li l-Malta Industrial Parks (MIP) ħarġet ittra lil dik li kienet Ablecare Oilfield Services Holding (illum Mediterranean Maritime Hub, u li fl-2016 ngħatat il-concession fuq is-sit li kien il-Malta Shipbuilding fil-Marsa) biex minflok l-użu jkun speċifikament limitat għal xogħol fuq vapuri (kif kien jgħid il-public tender tal-2016) jibda jsir ukoll storage u manutenzjoni ta’ yachts lokali? Min awtorizza l-bdil fl-użu tal-concession li ngħatat wara sejħa pubblika?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni għadha qed tingabar.