Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari W87.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Programmi tar-radju - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpelllant li t-tgħarrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16465 u jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb insemmi li dawn l-intervisti jservu bħala punt ta’ tagħrif dwar il-ħidma li għaddejja mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu u kif iċ-ċittadin jista’ jibbenifika minn dan grazzi għas-servizzi u benefiċċji offruti.
Jista’ l-Ministru jagħti l-persentaġġ ta’ oġġetti użati fil-miżura Stabbiltà introdotta mill-Gvern u l-items tal-ikel li huma preżenti fir-Retail Price Index Basket użati biex jiġu kkalkulati l-COLA u l-inflazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 15139.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17007 u 17544 u jgħid kemm għad fadal binjiet amministrati minn INDIS Malta Ltd li għad għandhom asbestos bħala parti mill-bini, speċjalment fis-soqfa? X'qed isir biex tiġi salvagwardata s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu f'dawn il-binjiet? X'inhi r-raġuni li dan l-asbestos qatt ma tneħħa minn INDIS Malta Ltd bħala s-sid ta' dawn il-binjiet? X'passi ser tieħu INDIS Malta Ltd fil-konfront ta' dawn il-binjiet, bħala s-sid tagħhom, biex tara li dan l-asbestos jitneħħa mill-aktar fis possibbli? Jista’ jgħid ukoll jekk INDIS Malta Ltd għandhiex records ta' kemm binjiet li huma proprjetà tagħha għad għandhom l-asbestos ġo fihom? F'każ li ħaddiema jimirdu minħabba dan l-asbestos, INDIS Malta Ltd ser terfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħha biex dan l-asbestos jitneħħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fis-sena 2006, INDIS Malta Ltd. (dak iż-żmien Malta Industrial Parks Limited) kienet ħarġet sejħa għall-offerti bin-numru CT2749/06 fejn ġie kummissjonat studju biex jiġi stabbilit kemm-il binja amministrata mill-INDIS għandha Asbestos Containing Material (ACM) fiha. Kien ippjanat illi dan il-kuntratt pubbliku jevalwa 469 binja, madankollu irriżulta li l-istudju kien meħtieġ għal 551 binja, bl-istima oriġinali tas-sejħa għall-offerti titla’ minn €507,803.40 għal €596,588.21.
Minn dan l-istudju ħareg illi kieku tneħħa dan l-ACM sal-2009, l-ispiża kienet tkun ta’ €652,869. Din iċ-ċifra ġiet riveduta għal spiża approssimativa ta’ €2.7M fis-sena 2011.
Minn dak in-nhar ‘l hawn, saru diversi proġetti biex jitneħħa ACM. In-nefqa ta’ INDIS fuq dawn il-proġetti huwa kif indikat hawn taħt.
SNIN
NEFQA
2009-2011
€53,117.37
2013-2023
€1,566,666.80
Ma’ dawn iridu jiżdiedu diversi proġetti oħra li saru minn inkwilini jew utilisti ta’ binjiet amministrati mill-INDIS. Hija prassi li sa fejn ikun possibbli, tali xogħolijiet isiru mill-inkwilini jew utilisti partikolarment f’kuntest ta’ immodernizzar jew bini mill-ġdid ta’ fabbriki. Il-parti l-kbira ta’ proġetti importanti li saru fl-aħħar snin, kienu jinkludu t-twaqqiegħ u t-tneħħija ta’ binjiet antiki li nbidlu f’faċilitajiet moderni li naturalment ma jikkontjeni ebda ACM.
Ir-raġuni għalfejn ċerti proġetti ta’ tneħħija ta’ ACM jieħdu ż-żmien hija marbuta mal-fatt li f’ċerti każi, hemm dewmien fil-proċeduri biex jittieħdu lura binjiet—ħafna drabi antiki—li jikkontjenu ACM. Dan kien il-ka¿ fil-fabbrika HHF012 (Aluminium Extrusions) fejn il-proċeduri bdew fl-2007 u l-fond ġie f’idejn INDIS fl-2018 u ATD012 (Metalfit Company Limited) fejn il-proċeduri għadhom għaddejjin.
Madankollu tajjeb insemmi li f’kull każ, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tibqa’ priorità assoluta u jrid jingħad li f’ebda ka¿ ta’ binjiet amministrati minn INDIS ma jsir xogħol relatat ma’ ACM. Huwa wkoll magħruf li l-pre¿enza ta’ ACM f’oġġetti bħal tankijiet, soqfa u katusi minnu nnifsu mhuwiex ta’ periklu u kull fejn isiru xogħolijiet ta’ tneħħija ta’ ACM, dan jigi kummissjonat lil kumpannijiet speċjalizzati f’dan il-qasam, dejjem taħt il-ħarsien tal-awtoritajiet kompetenti. Ħaddiema ta’ fabbriki m’humiex esposti għal dawn ix-xogħolijiet.
INDIS Malta Limited – Binjiet b’suffetti tal-jablo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17008 u 17545 u jgħid kemm hawn binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd li għad għandhom suffetti tal-expanded polystyrene (EPS – jablo) li huwa materjal fjammabbli u li fil-każ li jkun hemm ħruq taħtu, dan idub u jqattar bħala żejt? Sar assessment tal-periklu li jinħoloq f'każ ta' ħruq kemm għal min jinzerta taħtu kif ukoll għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar fil-każ li jkollhom bżonn jintervjenu biex jitfu n-nar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li INDIS m’għandha l-ebda informazzjoni dwar il-preżenza ta’ dan it-tip ta’ materjal fi-binjiet li tamministra. Dan il-materjal huwa meqjus bħala inflammable u għalhekk jiġi trattat bħal kull materjal ieħor flammable fejn tidħol ir-responsabbilità ta’ saħħa u sigurtà.
L-Inkwilini u l-utilisti ta’ INDIS m’għandhom l-ebda projbizzjoni li jinstallaw dan il-materjal fil-fabbriki tagħhom, ġaladarba jimxu mal-prattiċi ta’ sigurtà applikabbli.
INDIS Malta Limited – Tneħħija ta asbestos u jablo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17009 u 17546 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-materjali tal-asbestos u l-expanded polystyrene - EPS jitneħħew mill-binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux ser tidħol għalih INDIS, u f’liema terminu ta’ żmien għandu jkun mistenni li dan ix-xogħol iseħħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18319 u 18320.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-ramel riżultanti mill-isquaring off tal-moll tal-Freeport hux ser jintuża biex titkabbar ir-ramla fil-Bajja ta' Birżebbuġa?
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid, l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16173,16174, 16175 u 16179, filwaqt li għall-kumplament ta' l-entitajiet qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17007 u jgħid kemm għad fadal binjiet amministrati minn INDIS Malta Ltd. li għad għandhom asbestos bħala parti mill-bini, speċjalment fis-soqfa? X'qed isir biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-ħaddiema li jaħdmu f'dawn il-binjiet? X'inhi r-raġuni li dan l-asbestos qatt ma tneħħa mill-INDIS Malta Ltd. bħala s-sid ta' dawn il-binjiet? X'passi ser tieħu l-INDIS Malta Ltd. fil-konfront ta' dawn il-binjiet, bħala s-sid tagħhom, biex tara li dan l-asbestos jitneħħa mill-aktar fis possibbli? Jista’ jgħid ukoll jekk l-INDIS Malta Ltd. għandhiex records ta' kemm binjiet li huma proprjetà tagħha għad għandhom l-asbestos ġo fihom? F'każ li ħaddiema jimirdu minħabba dan l-asbestos, l-INDIS Malta Ltd. ser terfa’ r-responsabbiltà tan-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tagħha biex dan l-asbestos jitneħħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
INDIS Malta Limited – Binjiet b’suffetti tal-jablo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17008 u jgħid kemm hawn binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd. li għad għandhom suffetti tal-expanded polystyrene (EPS – jablo) li huwa materjal fjammabbli u li fil-każ li jkun hemm ħruq taħtu, dan idub u jqattar bħala żejt? Sar assessment tal-periklu li jinħoloq f'każ ta' ħruq kemm għal min jinzerta taħtu kif ukoll għall-ħaddiema tat-tifi tan-nar fil-każ li jkollhom bżonn jintervjenu biex jitfu n-nar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
INDIS Malta Limited – Tneħħija tal-asbestos u jablo
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17009 u jgħid jekk hemmx ħsieb li l-materjali tal-asbestos u l-expanded polystyrene - EPS humiex ser jiġu mneħħija mill-binjiet proprjetà ta' INDIS Malta Ltd.? Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħol hux ser tidħol għalih INDIS, u f’liema terminu ta’ żmien għandu jkun mistenni li dan ix-xogħol iseħħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ – Passaġġi pubbliċi– Interventi mill-Awtorità tal-Artijiet
Question
Jista’ l-Ministru:
i. jgħid kemm kien hemm drabi f'din l-aħħar sena, li l-Awtorità tal-Artijiet intervjeniet biex ir-regoli tal-passaġġi pubbliċi fi Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex, jibqgħu mħarsa u ma jiġux maħnuqa mill-imwejjed u s-siġġijiet?
ii. jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet għandhiex ġurisdizzjoni fuq żgombrar tal-imwejjed u siġġijiet fl-istess pjazza f'okkażjonijiet bħal funerali u tiġijiet u għaliex dan mhux iseħħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Xewkija, Għawdex – Żona Industrijali Xogħol ta’ tisbieħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' tisbiħ, xogħlijiet infrastrutturali u bini ta' toroq mill-ġdid saru ġewwa ż-Żona Industrijali fix-Xewkija Għawdex matul is-sena 2023? Fiex kienu jikkonsistu u kemm intefqu flus? Jista jgħid ukoll x'tip ta' tisbiħ, xogħlijiet infrastrutturali u bini ta' toroq mill-ġdid hemm ippjanati li jsiru ġewwa din iż-Żona Industrijali matul is-sena 2024? Fiex ser ikunu jikkonsistu u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li f’Novembru tas-sena 2021, l-INDIS daħlet fi ftehim għal 3 snin mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, li permezz tal-koperattiva soċjali MedGozo Co-Op, tieħu ħsieb it-tisbiħ u l-manteniment ta’ diversi siti industrijali f’Għawdex li jaqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-INDIS.
Ix-xogħlijiet jinkludu manutenzjoni u tiswijiet ta’ toroq u ħitan, landscaping, tindif ta’ skart u tindif ieħor ġenerali għaż-żamma tal-ambjent. Il-fondi li hemm allokati għal dan is-servizz jammontaw għal €450K.
Minbarra dan, l-INDIS tinsab f’negozjati mal-Minsteru ta’ Għawdex sabiex isir inevestiment ta’ €1.8M fuq proġett ġdid fis-sit industrijali fix-Xewkija li jikkonsisti f’kostruzzjoni ta’ Trailer Park, kif ukoll infrastruttura u faċilitajiet ġodda fil-madwar.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu lis-CEOs tal-Malta Communications Authority u tal-INDIS Malta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16433.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15426, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17073.