Legislature:
Category:
Reset
Active:

FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7313, peress li l-mistoqsija parlamentari ma kenitx tirrigwardja liema poteri legali kellha jew ma kellhiex il-Malta Business Registry (MBR), jew liema kumpanija kienet qed isservi bħala azzjonista, u peress li l-Gvern huwa ‘on record’ numru ta’ drabi jgħid li għamel due diligence dettaljat qabel ma ngħatat il-konċessjoni, u għalhekk il-Gvern jaf min kienu l-persuni, l-individwu, ossija l-Ultimate Beneficial Owners wara l-kumpaniji li ngħataw il-konċessjoni tal-Isptarijiet u jekk inbidlux jew le matul il-konċessjoni, u peress li l-Gvern għandu d-dover lejn il-poplu Malti u Għawdxi, jista’ l-Ministru jgħid min kienu s-sjieda benefiċjarja tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament meta ngħataw il-konċessjoni tal-Isptarijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-MBR ma kenitx involuta fid-due diligence fuq l-imsemmija kumpanija.

Laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li kellu ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministru qatt ma kellu laqgħat ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet imsemmija.

Individwi li kellhom laqgħat ma’ rappreżentanti ta' soċjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jelenka d-dati kollha tal-laqgħat li l-Eks Ministri tal-Ekonomija u l-Artijiet kellhom ma’ rappreżentanti tas-soċjetajiet li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali informazzjoni ma tinżammx.

Għawdex – proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti u fejn jinsabu f’Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex applika għalihom kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm LIFE Integrated Project? Jista’ jgħid liema ġew aċċettati u liema ma ġewx aċċettati biex isiru matul is-snin 2014 sal-2023 mill-programm LIFE Integrated Project u liema saru u liema bħalissa għaddej ix-xogħol fuqhom? Jista’ jgħid ukoll kemm se jingħata flus il-Ministeru għal Għawdex minn dan il-fond fuq kull proġett? Jista’ jgħid jekk hux se jingħata aktar flus u jekk iva, kemm se jingħata minn dan il-fond u għal liema proġetti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Remunerazzjoni ta’ Eks Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu msemmi Dr Silvio Grixti fis-sena 2019 irċieva ħlas wieħed għall-ammont ta' €600 għall-Bord Mediku tal-Awtorità tal-Artijiet. Dr Luciano Busuttil huwa appuntat bħala board secretary tal-Gaming Malta b'remunerazzjoni ta' €3,600 gross fis-sena, u mill-2019 sal-2020 ġie assenjat mill-MGI bħala koordinatur għas-summit u twaqqif ta' network kollaborattiv ta' Sovereign Wealth Funds għal €10,000.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — rapporti lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex – torrijiet u fortizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-torrijiet u l-fortizzi kollha ta' Għawdex f'idejn min qegħdin u b'liema titolu? Jista' jgħid ukoll l-Għar tal-Mixta fin-Nadur f'idejn min qiegħed?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-Għar imsemmi, l-ewwel parti tal-passaġġ li jagħti għall-għar hija tal-Gvern fejn l-għar u l-art tal-madwar hija mwellija mill-Gvern lil Terzi. Rigward il-bqija tal-mistoqsija dwar torrijiet u/jew fortizzi, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun ftit iktar speċifiku.

Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej – karozza uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozza uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid: a. mingħand min inxtrat u kemm ġiet tiswa l-karozza uffiċjali tiegħu; u/jew b. kemm qed tinkera kuljum il-karozza uffiċjali tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali użata mis-Segretarju Parlamentari (Fondi Ewropej) hija BMW 520D. Din tinkera mill-kumpanija Vision Car Leasing Ltd. b’rata ta’ €32.58 (VAT eskluż) kuljum.

Malta Business Registry — Kumpaniji li m’hemmx informazzjoni dwarhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kumpaniji reġistrati hawn Malta li dwarhom ma teżisti ebda informazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-Malta Business Registry (MBR)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull kumpanija reġistrata hawn Malta għandha l-informazzjoni, kif mitluba skont il-liġi, aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-portal miżmum mir-Reġistratur tal-kumpaniji.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa għall-offerti CT 2163/2021 – avukati li ffirmaw il-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-avukati kollha li ssodisfaw il-kriterji għat-tender sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021) iffirmawx il-kuntratt u provdewx garanzija bankarja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt imsemmi ġie kkanċellat.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa għall-offerti CT 2163/2021 – avukati li ffirmaw il-kuntratt

Question

Minn dawk l-avukati li ffirmaw il-kuntratt marbut mat-tender CT 2163/2021 sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet u pprovdew garanzija bankarja, jista’ l-Ministru jgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ingħataw xogħol u jelenka r-remunerazzjoni li ngħatat lil kull avukat jew organizzazzjoni s'issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7164.

Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – laqgħat fl-UE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mix-xogħol Ministerjali tiegħi, nattendi regolarment għal diversi laqgħat imsejħa minn xi istituzzjoini tal-Unjoni Ewropeu, partikolarment dak tal-Kunsill tal-Ministri. Hu ppjanat li f’Mejju u Ġunju nattendi għal laqgħat skont l-Agenda maruġa mill-Presidenza.

FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 6805, 6806 u 6988, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u lill-Prim Ministru rispettivament, u ċjoè: F'konformità mal-gwida tal-FATF dwar it-trasparenza u s-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, jista' l-Ministru jgħid min kienu s-sidien benefiċjarji tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ngħataw il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet statali tagħna fl-2016 u jekk kienx hemm xi bidla fis-sjieda benefiċjarja ta’ din il-kumpanija fl-2017?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Vitals Global Healthcare (C 70546) illum jisimha Steward Malta Ltd. Fl-2017 il-Malta Business Registry ma kellhiex il-poter legali illi tiġbor l-informazzjoni fuq is-sidien benefiċċjari. L-azzjonista fl-2017 kienet il-kumpanija Bluestone Investments Malta Ltd (C 67975).

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — email b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7122, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails bil-mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet lokali jew internazzjonali li ma ġewx imwieġba bil-miktub, speċifikament lil dik il-media house jew l-online news portal, mill-Ministeru tiegħu u l-entitajieti/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar u Frar 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7122.

Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – karozza uffiċjali u allowance minflok is-second car tiegħu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6198, ladarba l-Ministru ddikjara li mhux qed juża s-second car, jista’ jgħid kemm hu l-allowance li qed jieħu minflok l-użu ta’ din il-karozza?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 36589 li ngħatat nhar il-25 ta’ Settembru tal-2012 tal-Leġiżlatura XI.

Bank of Valletta – garanzija fuq self lil soċjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern tax garanzija għas-self li l-Bank of Valletta ta lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’tip ta’ garanzija ta? Jista’ jqiegħed id-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 7006.

Lands Authority — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5711 u 6596, u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Artijiet bdiet taċċetta domandi mill-pubbliku fil-forma ta’ applikazzjonijiet, u żżomm rekord diġitali ta’ dawn mill-1 ta’ Settembru 2020 biss. Qabel dan, it-tweġiba tar-risposta tkun tirrekjedi tfittxija manwali fil-files kollha ta’ l-Awtorità. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant mitluba tikkunsidra li tillimita l-iskop tal-mistoqsija għal dawk l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi sa mit-twaqqif tal-Awtorità u t-tħaddim tas-sistema tal-Online Forms.

Awtorità tal-Artijiet – sejħa għall-offerti CT 2163/2021 – kandidati eleġibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji sabiex jitqiesu eleġibbli għas-sejħa għall-offerti maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet “Provision of Professional Services of lawyers to provide legal services to the Lands Authority” (CT 2163/2021)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-lista ssib l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji sabiex jitqiesu eliġibbli għas-sejħa għall-offerti. Tender ID Name of Tenderer 170072 Kris Scicluna 170058 ACJ Cleaning and Hospitality Services Ltd 170051 Aequitas Legal 170029 Dr. Marc Sant 169970 Alexia J Farrugia Zrinzo 169969 Lara Chetcuti 169737 Karl Tanti 169703 Dr Stephanie Abela 169582 Dr Justyne Caruana 168974 Luke Dalli 168972 Matthew Paris 168773 Josephine’s Law Firm