Tista' l-Ministru tara li jingħata facilitator lit-tifel, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu li għamel din it-talba min year 2? Tista' tara li jitmexxa l-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatementing Moderating Panel irċieva l-applikazzjoni għan-nom tat-tifel f’Jannar 2009. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqqilha. Il-Bord għamel kuntatt mal-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġà hemm fl-iskola sakemm ikun imissu skont il-lista tar-reġistrazzjoni.
Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b'Diżabilità — Servizz ta' taħriġ fl-ICT
Question
Peress li fil-ħruġ tat-tender għal servizz ta' taħriġ fl-ICT maħruġ mill-MCAST, fil-parti riservata għall-aċċess għall-persuni b'diżabilità ma jissemmew ebda standards, tista' l-Ministru tgħid kif u min ħa d-deċizjoni li l-Kummissjoni Nazzjonali għal-Persuni b'Diżabilità kellha tkun hi li tiċċertifika din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-suġġeriment biex l-aċċessibilità għand il-Private Training Providers tkun iċċertifikata mill-KNPD (Kunsill Nazzjonali Persuni b’Diżabilità) kien imressaq mill-MCAST u ġie ssekondat mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u d-Dipartiment tal-Kuntratti. L-MCAST huwa tal-fehma li l-kompetenza hija fi ħdan il-KNPD jew il-KNPD għandu aċċess għaliha. Wieħed irid jgħid li l-KNPD m’għandux konflitt ta’ interess.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq ser tingħalaq sabiex isir xi xogħol? Meta ser tingħalaq? Kemm ser iddum magħluqa? X'tip ta' xogħol ser isir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Pixxina Nazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ser tingħalaq minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru. Dan ix-xogħol, li parti minnu diġà beda jsir sa minn nhar it-Tnejn 9 ta’ Novembru, jinkludi manutenzjoni tas-sistema ta’ l-iffiltrar tal-ilma biex il-kwalità tal-ilma f’dan il-Kumpless tkun garantita u ħielsa minn perikli għas-saħħa permezz ta’ infezzjonijiet. Barra minn hekk hemm xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni li jinkludu bdil ta’ Heat Exchangers, xogħlijiet strutturali f’diversi partijiet tal-kumpless, manutenzjoni tas-sistema tad-drenaġġ, tibjid kif ukoll bini ta’ aktar faċilitajiet sanitarji. Għalkemm ix-xogħol mistenni li jitlesta kollu sal-aħħar ta’ Frar li ġej, il-bibien tal-Pixxina huma mistennija li jerġgħu jiftħu għall-pubbliku u għat-timijiet fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar. L-investiment biex isiru dawn ix-xogħlijiet huwa stmat li ser ikun ta’ madwar €320,000.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir cycling trail sabiex id-dilettanti taċ-ċikliżmu jkollhom fejn jipprattikaw l-isport tagħhom? Jekk fl-affermattiv, liema areas qed ikunu kkunsidrati? Meta taħseb li jista' jibda x-xogħol fuqha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Isport qed jikkunsidra numru ta' postijiet f'inħawi differenti ta' Malta fejn jista’ jsir cycling trail. Mandankollu l-proċess għadu prematur wisq sabiex jingħataw aktar dettalji.
B'referenza għat-tender għall-għoti ta' servizz fl-ICT maħruġ mill-MCAST, tista' l-Ministru tgħid x'kapaċità ta' studenti (student capacity) għandu kull applikant? Liema kejl intuża biex ġiet kkalkulata din il-capacity u liema uffiċjal mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew MCAST żar kull post biex jivverifiika jekk dan hux minnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-informazzjoni tkun fl-offerta tal-applikant. Fl-istadju li qiegħed fih il-proċess dawn id-dokumenti ikun rahom biss l-adjucating board li wara li jkun ikkonkluda r-rapport tiegħu, id-dokumenti jintbagħtu lid-Dipartiment tal-Kuntratti.
MCAST — National Diploma in Sports and Excercise - kors terzjarju
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11898, tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li fil-futur immedjat jittieħdu l-passi meħtieġa biex studenti tal-MCAST li jsegwu kors tan-National Diploma in Sports and Excercise ikunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni terzjarja fl-Università ta' Malta u ma jkollhomx għalfejn imorru f'universitajiet fl-Ingliterra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST joffri korsijiet f’livelli differenti ta’ kompetenza. L-istudenti jirċievu diploma rikonoxxuta għal kull kors li jtemmu b’suċċess.
Għaldaqstant, kuntrarju għal dak li normalment jiġri fl-universitajiet, u tipikament għal dak li jiġri f’kulleġġi tal-
Further Education
bħalma hu l-MCAST, uħud biss mill-korsijiet li joffri l-MCAST se jwasslu għad-
Degree
.
Tajjeb jingħad li l-MCAST introduċa numru ta’
Degrees
f’erba' mid-disa’ istituti f’Ottubru 2009.
Il-kors li toffri l-Università ta’ Malta u li għandu rabta mal-isport huwa dak għall-għalliema.
Tista' l-Ministru tgħid x'evalwazzjoni saret tar-rapport Chalmers dwar finanzjar f'edukazzjoni ogħla? Liema rakkmandazzjonijiet ġew aċċettati mill-Gvern u meta hemm il-ħsieb li jiġu implimentati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema gradwati fl-iskejjel tal-Gvern li huma temporanji? Liema suġġetti jgħallmu u kemm ilhom jgħallmu? X’jista’ jsir biex dawn isiru permanenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm tlett għalliema temporanji (Temporary Teachers) fl-iskejjel tal-Gvern. Temporary Teachers huma katergorija ta’ għalliema li kienu daħlu jaħdmu mal-Gvern permezz ta’ sejħa għal applikazzjoni maħruġa mill-Public Service Commission (PSC) fejn l-impjieg tagħhom huwa ta’ natura permanenti.
Suġġett
Kwalifika
Snin ta’ Servizz
Primarja
B.A. Archeology & Communications and Certificate of E.F.L. Studies (Teaching of English to Foreign Students)
12
Arti
B.A. Communications & Art
10
Franciż
Teacher’s Certificate (minn entita’ barranija)
8
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — materjal stampat
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha ġod-djar tan-nies? Tista' tgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Parapathetic teacher — skejjel primarji u sekondarji
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm parapathetic teachers f'Għawdex fl-iskejjel primarji u sekondarji separatament, għal kull suġġett għal kull skola u kemm hemm load għal kull għalliem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — financial instruments
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Onor. Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-iskejjel tal-Istat huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Liema kriterji/standards qed jiġu użati biex jitkejjel jekk post huwiex aċċessibbli jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kriterji/standards li jiġu wżati biex jitkejjel jekk post huwiex aċċessibli jew le huma mniżżlin fil-Linji Gwida li nħareġ mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilita’, dokument ippubblikat f’Settembru 2001.
L-iskejjel il-ġodda kollha huma kompletament aċċessibli skont il-kriterji li għalihom qed issir riferenza. L-iskejjel kollha li fihom qed isir
refurbishment
qed isirilhom it-titjib meħtieġ biex nilħqu kemm nistgħu mill-kriterji kollha tad-dokument, inkluż stallazzjoni ta’
lifts
fejn il-bini jippermetti, kif ukoll
toilets
għall-persuni b’diżabilita’.
Fejn l-aċċessibilita’ mhux kompleta fis-sulari kollha, isiru arranġamenti interni biex persuna b’diżabilita’ tingħata s-servizzi edukattivi kollha fis-sular/i fejn hemm aċċessibilita’ kompleta.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 9916 u tgħid kemm hawn tfal f'kull skola u f'kull sena, kemm primarja u sekondarja, li l-ġenituri/guardians tagħhom talbu li jkunu eżentati mit-tagħlim tar-reliġjon? Hemm proċedura stabbilita li l-ġenituri/guardians iridu jimxu fuqha meta ssir din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-programmi ta' taħriġ organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isports jew għadhom ser jibdew? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull wieħed minnhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Programm Eramus Mundus — Studeni - boroż ta' Studju
Question
Tista' l-Ministru tgħid s'issa kemm kellna studenti Maltin li ħadu borża ta' studju fil-programm Erasmus Mundus? F'liema programmi ta' Erasmus Mundus qed tieħu sehem l-Università ta' Malta flimkien ma' universitajiet oħra mill-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-ewwel fażi tal-programm Erasmus Mundus (2004-2008), il-boroż ta’ studju kienu ristretti għal studenti mill-pajjiżi “terzi” – studenti minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Unjoni Ewropea. B’hekk, studenti Maltin ma setgħux japplikaw għal boroż ta’ studju taħt dan il-programm.
L-Università ta’ Malta qegħda tipparteċipa fil-
European Masters Programme in
Language and Communication Technologies
, immexxi mill-
Universitat des Saarlandes
, fil-Germanja. Iktar informazzjoni fuq dan il-programm tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku: http://lct-master.org/.
Tista' l-Ministru tgħid meta kienet l-aħħar darba li saret xi manutenzjoni diċenti tal-bini li jservi bħala l-Iskola tal-Mużika fil-Belt Valletta? Għaliex qed titħalla f'telqa tal-biki? X'se jsir biex is-soqfa ma jibqgħux iqattru, biex tliet skips kollha ntiena jitneħħew minn ħdejn il-bieb fuq il-bankina u biex jitranġa l-madum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-aħħar darba li saret xi manutenzjoni kien fil-5 ta’ Ottubru 2009 meta ssewwiet ħsara fil-gallerija li tati għat-triq wara li faqqgħet biċċa konkos u nkixfet ix-xibka. F’dawn l-aħħar tliet snin, wħud mix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-iSkola tal-Mużika fil-Belt Valletta minn persuni tat-Technical Services Branch f’diversi interventi kienu jinkludu:
· It-tqegħid tal-
membrane
fuq il-bejt
· Manutenzjoni ta’ twieqi u bibien
· Inżebgħu klassijiet tal-ewwel sular u oħrajn fil-livell tal-bejt
· Issewwew soqfa li kellhom postijiet bix-xibka mikxufa
· Inżebgħu bibien u twieqi
· Il-ħadid tat-turġien li hemm fl-iskola ġew mgħollijin għax kienu wisq baxxi
· Twaħħlu
emergency lights
u sinjali ta’ emerġenza
· Twaħħlu
strips
fuq it-turġien
· Twaħħlu l-
Fire Extinguishers
· Saret manutenzjoni tal-
plumbing
fit-
toilets
· Ġiet imsewwija ħsara fl-i
skylight
u ġew mibdula l-
panels
tal-
perspex
fis-saqaf li jgħattu l-bitħa minn fejn kienet tidħol ix-xita.
Qatt ma saret talba biex isir xi manutenzjoni fuq il-madum.
Għadu kif sar
survey
preliminarju fuq il-bini kollu bil-għan li jitwettaq pjan għal titjib ferm meħtieġ f’partijiet mill-bini.
Dwar it-tliet
skips
, wara intervent mill-awtoritajiet edukattivi, illum baqa’ wieħed li nittama li jitneħħa minn hemm fl-aqsar żmien possibli.