Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda Segretarju Permanenti jew is-Segretarju Permanenti Ewlieni li ġew appuntati f’bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

Marsalforn — Torri tal-Qbajjar - restawr

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11838 u 12881 dwar x’għamlet fl-aħħar sena l-Awtorità tal-Artijiet fuq it-Torri tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex, liema fortifikazzjoni storika tinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li tiġġarraf, jista’ l-Ministru jgħid, x’beħsiebha tagħmel l-Awtorità tal-Artijiet biex tassigura li dan is-sit ma jiġġarrafx u jispiċċa darba għal dejjem? Peress li fl-istess tweġiba kien intqal li “l-Awtorità tal-Artijiet qiegħda tikkunsidra liema hu l-aħjar metodu sabiex tiddisponi minn din il-proprjetà favur il-ħarsien u r-riabilitazzjoni tagħha, u dan ġaladarba jiġu aċċertati u magħluqa b’mod definittiv il-kwistjonijiet legali”, jista’ l-Ministru jgħid x’għad irid jiġi aċċertat, meta ser jiġi aċċertat u x’inhuma l-kwistjonijiet legali li għadhom mhux magħluqa? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kawżi tal-Qorti ġewx konklużi kollha u jekk iva, meta ġew konklużi u x’kien l-eżitu tagħhom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ladarba issa ġew konklużi l-kwistjonijiet legali li kien hemm quddiem il-Qorti, l-Awtorita tal-Artijiet qed tevalwa l-aħjar mod biex ikunu stabbiliti diversi miżuri li jistgħu jittieħdu.

BCA – Bennejja liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17642 u ċjoè: B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7759 u 17219, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data li turi għaliex is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) m’għandux jibqa' juri l-Lista ta' Bennejja Liċenzjati, liema prassi mhux applikata f'ċirkostanzi oħra simili?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16953.

Kunsilli Lokali tat-Tnax-il Distrett — Għoti ta’ proprjetà jew art - Proċess ta’ devoluzzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17226 dwar għoti ta’ proprjetà jew art lill-kunsilli lokali tat-Tnax-il Distrett Elettorali, jista’ l-Ministru jgħid għal kull proprjetà jew sit, liema minn dawn għandhom il-proċess ta’ devoluzzjoni lest u liema jinsabu fi stadju avvanzat? F’każ li l-proċess ta’ devoluzzjoni lest, meta tlesta l-proċess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-devoluzzjonijiet tal-uffiċċji amministrattivi lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u tas-sit fejn ser jinbena ċ-Ċentru Ċiviku mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tlestew. Qegħda tiġi finalizzata d-devoluzzjoni tat-Torri tal-Kaptan lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Awtorità tal-Artijiet – Rapporti imwejjed u siġġijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16687, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rapporti lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet fl-2023 saru mill-pubbliku u minn entitajiet pubbliċi rispettivament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet tagħmel spezzjonijiet fuq kull rapport li jasal għandha, jasal minn fejn jasal.

Forti ta’ Binġemma — Żgumbrament

Question

Fid-dawl li l-Awtorità tad-Djar ma għandhiex applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-persuni li preżentament qed jokkupaw il-Forti Binġemma, u peress li l-proċessi ta’ żgumbrament ilhom pendenti għal perjodu estiż, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet beħsiebha tieħu l-Awtorità tal-Artijiet fir-rigward tal-persuni li illegalment qegħdin jokkupaw il-Forti ta’ Binġemma?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq — Sit ta’ Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1924, rigward is-sit ta’ Żona Speċjali ta' Konservazzjoni fl-inħawi ta' Ħas-Saptan/Ħal Għaxaq, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq il-bieb li kien infetaħ illegalment u li ġie mistoqsi dwaru f'din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'ġie konkluż mill-investigazzjonijiet li l-Ministru kien semma dakinhar, hekk kif issa għaddew kważi sentejn minn din il-mistoqsija parlamentari u din l-illegalità għadha hemm?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Titolu fuq art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17643 u jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn l-2004 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art inkwistjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Awtorità tal-Artijiet — Inkarigi li ngħataw lill-Periti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17449 u jgħid kemm-il inkarigu ngħata mill-Awtorità tal-Artijiet lil kull perit taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021) u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-istess Framework Agreement?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-inkarigi lill-Periti skont il-Framework Agreement imsemmi jingħataw b’roster iġġenerat minn sistema awtomatika li tassenja x-xogħol lill-Periti. B’kollox ingħataw 194 inkarigu taħt Lot 1, 184 inkarigu taħt Lot 2, u 139 inkarigu taħt Lot 3.

Awtorità tal-Artijiet — Periti - Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamenmtari 17450 u jgħid kemm tħallas kull perit mill-Awtorità tal-Artijiet sa issa u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li t-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 17450 kienet tinkludi l-ammonti tal-invoices kollha tal-periti li tħallsu mid-data tal-Framework Agreement, u dan kien jinkludi xogħol li sar qabel dan l-Agreement. Taħt il-Framework agreement s’issa tħallsu €182,559 taħt Lot 1, €58,800 taħt Lot 2 u €37,600 taħt Lot 3.

Magħlef li tinżera’ fuq art agrikola Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti neċessarji biex art agrikola li preżentement mhux tinħadem, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-privat, tiġi mgħoddija lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin biex fejn ma jinżergħux prodotti agrikoli, ikun jista' jinżera magħlef u b'hekk jiġu ffrankati ħafna spejjeż biex jiġi impurtat magħlef minn barra l-pajjiż?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17254.

Kunsilli Lokali tas-Seba’ Distrett — Għoti ta’ proprjetà jew art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17225 dwar għoti ta’ proprjetà jew art lill-kunsilli lokali tas-Seba’ Distrett Elettorali, jista’ l-Ministru jagħti l-indirizz ta’ din il-proprjetà u għal liema użu ser tintuża din il-proprjetà?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li hemm proċess biex proprjetà li tinsab f’numru 16, Triq l-Isptar fir-Rabat, Malta tkun devoluta lill-Kunsill Lokali sabiex isservi bħala hub għall-esebizzjonijiet għall-NGOs Rabtin.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15434, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17073.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Awtorità tal-Artijiet — Inkarigi li ngħataw lill-Periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inkarigu ngħata mill-Awtorità tal-Artijiet lil kull perit taħt il-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021) u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-istess Framework Agreement?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet — Periti - Ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas kull perit mill-Awtorità tal-Artijiet sa issa u jaqsam din l-informazzjoni taħt Lot 1, Lot 2 u Lot 3 tal-Framework Agreement for the Provision of Professional Services of a Perit (Numru ta’ Referenza: CT2132/2021)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – Informazzjoni dwar plot

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17278 dwar allegat dikjarazzjonijiet foloz dwar titlu fuq plot li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn qed jiġi allegat ukoll illi anke jekk l-Awtorità tal-Artijiet kienet taf b'dan l-iżvilupp u li l-binja kellha parti minnha fuq art pubblika, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ, inkluż l-evalwazzjoni ta' dan il-plot sabiex jikkonferma illi l-parti pubblika tal-plot ma kenitx mibnija qabel mal-Bord tal-Awtorità tal-Artijiet approva l-bejgħ b’tender pubbliku tal-istess plot?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorita tal-Artijiet saret taf li l-binja msemmija kienet inbniet in parti fuq art pubblika wara li tlesta x-xogħol ta’ kostruzzjoni. Fil-fatt id-dokumenti tat-tender pubbliku li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jagħti dettalji dwar l-istat li fih kien is-sit meta nħareġ it-tender. Minkejja li l-iżviluppaturi baqgħu jinsistu fuq il-pretensjoni tagħhom li huma s-sidien tal-art kollha, wara l-verifiki kollha neċessarji u l-konferma li parti mill-art hija art pubblika, l-Awtorità tal-Artijiet ikkonkludiet li din kienet art pubblika u li dwarha kellha toħroġ tender. Jiġi nnutat li dan il-proċess segwa r-regolamenti stabbiliti u anke saret il-verifika meħtieġa mill-Awditur tal-Awtorità.

Titolu fuq art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn 2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art in kwistjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Tas-Sliema u l-Gżira — Encroachments

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-encroachments kollha li hemm ġewwa Tas-Sliema u l-Gżira fuq il-front? Jista’ jqiegħed ukoll pjanta ta’ kull encroachment li hemm biex b’hekk il-pubbliku jkun mgħarraf b’dak li huwa pubbliku u b’dak li huwa encroached?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.