Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jingħataw sussidju mill-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma jagħti l-ebda sussidju lil djar residenzjali privati.
Residenza San Vinċenz de Paul – Sala St Joseph 2 – impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu fis-Sala St Joseph 2 fir-Residenza San Vinċenz de Paul fil-ġurnata li seħħ l-allegat abbuż fuq anzjan fl-istess sala u li kien irrapportat fil-media? Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-grad ta' kull impjegat u kemm minnhom kienu impjegati mal-Gvern u kemm minnhom kienu tal-kuntrattur?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 20 impjegati jaħdmu fis-Sala St Joseph 2 li 4 minnhom huma impjegati mal-Gvern u s-16 l-oħra huma impjegati mal-Kuntrattur. Il-Grad u l-ħinijiet li kienu fil-ward huma kif ġejjin:
1 Charge Nurse (7AM-4PM)
1 Nurse (7AM-7PM)
2 Nurse (7AM-1PM)
1 Nurse (1PM-7PM)
5 Carers (7AM-7PM)
1 Carer (7AM-5PM)
1 Carer (7AM-2.15PM)
1 Carer (1PM-6PM)
2 Carer (1PM-7PM)
1 Carer (7AM-12.30PM)
1 Carer (7AM-1PM)
1 Cleaner (7AM-12.30PM)
1 Cleaner (7AM-6PM)
1 Ward Clerk (7AM-3PM)
Jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix provdut trasport lill-persuni li jattendu d-Dementia Activity Centres li għandna f'Malta u f'Għawdex? Jekk le, jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li joffri dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trasport huwa pprovdut fiċ-ċentru ta’ Dar Padova, Għajnsielem, Għawdex. Għalissa qed tiġi evalwata d-domanda għat-trasport minn min juża ċ-ċentri tal-Imtarfa u ta' Ħal Safi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati fid-Djar Residenzjali tal-Gvern? Jekk iva, jista' jgħid kemm hemm sodod vojta f'kull Dar tal-Anzjani?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentaru numru 4140, li ngħatat rigward ir-Residenza San Vinċenz de Paul, ninformaha wkoll li sal-1 ta’ Diċembru 2022 kellna 34 sodda vojta fid-djar residenzjali tal-Gvern. Wara s-sospensjoni tal-miżuri mill-union, dawn is-sodod se jimtlew kollha s’għada.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha relatati mal-ftehim eżistenti vis-à-vis il-kura tal-anzjani fi djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistu l-ebda djar residenzjali privati li qed jitħaddmu mill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa, kull sena mill-2019 sal-aħħar li saret, l-Istaff Awards night tal-Active Aging?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar in-nefqa tal-Istaff Awards Night tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani? Jekk iva, qegħdin jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet biex tkun assigurata l-kwalità ta’ servizzi mogħtija?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru rapporti ta’ awditjar f’dawn l-aħħar sentejn dwar is-servizzi mogħtija lill-anzjani. Infurmat li l-entitajiet li jaqaw taħt id-dekasteru tiegħi qed jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mir-rapporti ta’ awditjar biex tkun assigurata l-kwalita’ ta’ servizzi mogħtija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sodod vojta/mhux okkupati bħalissa fir-Residenza San Vincenz de Paul? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm sodod vojta, f’liema swali qegħdin u kemm hu n-numru ta’ sodod vojta/mhux okkupati f’kull sala?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Residenza San Vinċenz de Paul – tender għas-servizz ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender li nħareġ għas-servizz ta' sigurtà ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista' jgħid min kienu l-kontendenti u min intgħażel biex jagħti dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kemm jiswa dan il-kuntratt u jelenka s-servizzi kollha li ser ikunu qed jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Inrepellanta li r-referenza tat-Tender huwa CT2206/2022 - PROVISION OF SECURITY SERVICES FOR SAINT VICENT DE PAUL LONG TERM CARE FACILITY. Il-Perjodu tal-Kuntratt huwa ta’ sena fejn fil- 5 ta’ Settembru 2022 ġiet ippublikata t-tender fuq epps u l-aħħar ġurnata meta setgħu jintbagħtu offerti fuq epps kien fit-22 ta’ Settembru 2022. Il-Kontendenti kienu:
J.F. Security & Consultancy Services Ltd – Offerta Nru. 180418
J.F. Security & Consultancy Services Ltd – Offerta Nru. 180417
C.A.M.C. Security Ltd. – Offerta Nru. 180406
EXECUTIVE SECURITY SERVICES LTD. – Offerta Nru. 180403
Signal 8 Security Services Malta Ltd – Offerta Nru. 180400
G4S Security Service (Malta) Ltd – Offerta Nru. 180359
L-offerta ta’ EXECUTIVE SECURITY SERVICES LTD. (Offerta Nru. 180403) li l-valur huwa ta’ €3,998,291.20 eskluż VAT, ġiet irrakomandata biex jagħti dan is-servizz.
Il-Kuntrattur għandu jattendi f’San Vinċenz de Paul biex jipprovdi s-servizzi liż-żoni kollha fi ħdan l-istruttura (inklużi l-parkeġġi) li jinsabu fil-faċilità. Il-Kuntrattur tas-Sigurtà se jkun meħtieġ li jipprovdi servizz li jinkludi l-prevenzjoni tal-kriminalità, il-protezzjoni tar-residenti, tal-istaff u tal-viżitaturi, il-proprjetà u t-tagħmir, u li jista’ jagħti assistenza fejn ikun meħtieġ.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – ex ħaddiema tal-Air Malta li qed jaħdmu fis-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew trasferiti impjegati li kienu jaħdmu mal-Air Malta u li issa qed jaħdmu mal-gvern/fis-settur pubbliku, f’entità jew dipartiment li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jindika x’salarju għandhom dawn l-impjegati? Jista’ jindika wkoll il-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawn l-impjegati?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3391.
Jista’ l-Ministru jindika jekk huwiex se jerġa’ jintroduċi s-servizz bl-isem ta’ Bronja fejn voluntiera jċemplu lill-anzjani li jkunu qed ibatu minn solitudni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan is-servizz kien sar b’mod volontarju b’kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali u Prisms fuq pjattaforma YouSafeMalta. Dan is-servizz ingħata bi skop li waqt il-lockdown fi żmien il-pandemija tal-COVID-19 l-anzjani ma jħossuhomx waħedhom. Ma neskludix li jekk tinqala’ l-ħtieġa u/jew ikun hemm domanda għalih, jerġa' jibda jingħata.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt tas-servizz tal-ikel
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, peress li l-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kuntratti eżistenti ta’ servizzi li jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma tinkludix is-servizz tal-provvista tal-ikel, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan il-kuntratt? Jista’ jgħid min huwa l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt u x’inhu l-valur tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt kif ukoll tal-kundizzjonijiet u l-istandards kollha li kienu stipulati fit-tender għal dan il-provvediment tal-ikel fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, fost sensiela ta’servizzi oħrajn, huwa JCL and MHC Consortium. Is-servizzi kollha inklużi b’mod dettajat fit-tender, li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huma disponibbli biex jintużaw għall-benefiċċju tar-residenti. Il-Kuntratt huwa validu għal għaxar snin u l-valur tiegħu jammonta għall- €5.7 miljun fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux jimponi fuq id-djar tal-anzjani l-obbligu li jżommu sodod vojta ta’ kontinġenza, li kien daħal fis-seħħ matul ir-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19? Jista’ jgħid meta daħlet fis-seħħ din il-miżura u meta ser tkun qed tispiċċa? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ ta’ sodod ta’ kontinġenza li jridu jinżammu vojta?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali mxiet fuq il-gwida mgħotija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Il-management tad-djar residenzjali għall-anzjani, riedu jassiguraw li jkun hemm 2% sodod vojta għall-kontinġenza,’minimu ta’ żewġ sodod. Minkejja dan, it-tielet sodda kellha tinżamm vojta fl-eventwalità li s-sodod l-oħra jiġu okkupati. Dawn is-sodod riedu jinżammu vojta minħabba l-każi suspetati ta’ Covid-19 sakemm jinħareġ ir-riżultat rispettiv.
Din l-miżura ddaħlet fis-seħħ fit-tlett dati msemmija hawn taħt bil-persentaġġ ta’ kontinġenza ta’ sodod vojta rispettivament:
· 11 t’April 2020 – 10%
· 22 t’April 2020 – 5%
· 08 t’April 2021 – 2%
L-istess miżura tiġi fit-tmiema skont il-gwida mgħotija mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid min iħallas għas-sodod ta’ kontinġenza li jridu jitħallew vojta fid-djar tal-anzjani? Jista’ jagħti rendikot ta' kemm hu l-ammont ta’ sodod ta’ kontinġenza li jitħallew vojta f’kull dar tal-anzjani, dar b’dar minn meta daħlet din il-miżura sal-lum u kemm sew jiswew dawn is-sodod ta’ kontinġenza dar b’dar?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali tiġbor biss informazzjoni rigward l-ammonti ta’ sodod ta’ kontinġenza li għandha kull Dar Residenzjali tal-anzjani li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat li kemm l-SCSA kif ukoll l-AACC ma jħallsux għas-soddod tal-kontinġenza.
Residenza San Vinċenz de Paul – istallazzjoni ta’ kanċell, bibien, rixtelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kanċell, bieb, xatba, rixtellu jew struttura oħra ġiet installata fir-Residenza San Vinċenz de Paul minn Ġunju 2022 sal-lum? Jista’ jagħti rendikont ta’ fejn saru u wkoll kemm ġew jiswew dawn l-istrutturi kollha?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li x-xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet, tisbiħ u rinovar li jsir f’San Vinċenz de Paul huwa proċess kontinwu li jsir f’din ir-residenza, kif jirrifletti fid-diversi proġetti li saru biex dejjem ikomplu jitjiebu s-servizzi offruti. F'dawn l-aħħar snin fil-fatt, ġew installati 130 fire door ġdid u sistemi ġodda ta’ identifikazzjoni ta’ nar. B’referenza speċifika għall-mistoqsija, b’konsultazzjoni ma’ tekniċi u professjonisti, kif ukoll ma’ uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili, riċentament saru:
· Partitions ġodda tal-gypsum biex jiġu lobbies ġodda ma' tliet swali,
· rixtelli ġodda u oħrajn modifikati minn forma baxxa għal waħda aktar għolja f'disa' swali,
· 4 rixtelli tal-ħadid f’ġonna u spazji miftuħa.
Ix-xogħol fuqhom sewa madwar 12,000 ewro.
L-għan ta’ dawn il-modifikazzjonijiet huwa dak li jsaħħaħ is-sigurta forst l-anzjani biex ikunu jistgħu jduru f’postijiet siguri u bl-anqas riskji, filwaqt li nibqgħu nippromwovu l-indipendenza tagħhom.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.