Tista' l-Ministru tagħti rendikont u tgħid fiex jinsab ix-xogħol li għaddej fi Triq Balaguer, f'Ħal Balzan? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlesta u t-triq se titwitta mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena Enemalta diġà kkummissjonat madwar 28 substation ġdida f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni, għaddej il-proċess biex tiġi kkumisjonata substation ġdida anke fiż-żona indikata. Kif jitlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-cables, it-trinek jimtlew bil-konkos u jsiru t-testijiet neċessarji li jieħdu madwar xahar. Infurmata li fit-triq imsemmija u f’toroq oħra tal-madwar qed tintervjeni wkoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tbiddel l-infrastruttura tal-ilma. Huwa mmirat li x-xogħlijiet kolha jitlestew lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena.
Tista' l-Ministru tagħti rendikont u tgħid fiex jinsab ix-xogħol li għaddej fi Triq Grosseto, fis-Swatar? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlesta u t-triq se titwitta mill-ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena Enemalta diġà kkummissjonat madwar 28 substation ġdida f’lokalitajiet differenti madwar Malta u Għawdex. Biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni, għaddej il-proċess biex tiġi kkumisjonata substation ġdida anke fiż-żona indikata. Kif jitlesta x-xogħol ta’ tqegħid tal-cables, it-trinek jimtlew bil-konkos u jsiru t-testijiet neċessarji li jieħdu madwar xahar. Infurmata li fit-triq imsemmija se tkun qed tintervjeni wkoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tbiddel l-infrastruttura tal-ilma. Huwa mmirat li x-xogħlijiet kolha jitlestew lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Reklami fuq stazzjonijiet tar-radju - Nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fid-dawl tar-rapport ‘World Air Quality 2023’ ippubblikat mill-IQAIR, Malta għandha arja mniġġsa iktar mid-doppju tal-livell rakkomandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-arja?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ir-rapport li qed issir referenza għalih huwa bbażat fuq il-livelli tal-kwalità tal-arja assoċjati mat-trab l-iżjed fin, magħruf bħala particulate matter, jew PM2.5 S’issa, Malta dejjem kienet konformi mal-livelli ta’ PM2.5 regolati mill-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva tal-Kwalità tal-Arja. Fil-fatt, il-livelli ta’ PM2.5 rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa huma ferm iżjed stretti minn dawk regolati f’din id-Direttiva tal-UE.
Is-sors ta’ din is-sustanza ta’ tniġġis joriġina kemm minn sorsi magħmula mill-bniedem (bħat-traffiku) u oħrajn naturali bħar-ramel tad-deżert u r-raxx tal-baħar. Huwa fatt magħruf li Malta hija affettwata spiss minn fenomeni ta’ trab mid-deżert tas-Sahara. Madankollu, ma jfissirx li l-Gvern mhux jaħdem biex inaqqas il-kontribut ta’ PM2.5 li ġej minn sorsi ta’ kombustjoni ta’ fjuwils. Matul is-snin, diversi miżuri wasslu għal titjib fil-kwalità tal-arja, bħar-riforma fis-settur tal-enerġija, trasport b’xejn kemm fuq l-art u fuq il-baħar (inkluż dak għall-iskejjel), il-proġett ‘shore-to-ship’ u għotjiet (inċentivi) finanzjarji għal vetturi li jniġġsu inqas, fost oħrajn. Il-Gvern nieda wkoll Pjan għall-Kwalità tal-Arja li ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika. Dan il-pjan wasal f’fażi ta’ diskussjonijiet finali.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex magħżul is-CEO tal-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima? Jekk iva, tista’ tgħid xi proċedura ntużat biex jintgħażel is-CEO?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att XVI tal-2024 fuq Azzjoni dwar il-Klima għad irid jidħol fis-seħħ. Ladarba jseħħ dan u tkun twaqqfet ukoll l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima, il-kariga ta’ Uffiċjal Kap Eżekuttiv timtela skont kif jipprovdi l-Artiklu 12(2).
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Lista ta' xogħlijiet u ħlas
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' xogħol u ammonti ta' flus li tħallsu mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija/i li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal kull sena, mill-2010 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri ttieħdu jew huma maħsuba li jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva (UE) 2024/1203 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali u li tissostitwixxi d-Direttivi 2008/99/KE u 2009/123/K?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct Orders
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ħarġu direct orders mill-Ministeru u minn kull entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha minn Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll:
(i) kemm kienet in-nefqa totali f’direct orders kull sena;
(ii) kemm kien hemm direct orders kull sena;
(iii) kemm kien l-ammont ta’ kull direct order;
(iv) lil min ingħataw dawn id-direct orders u għal liema xogħol, prodott jew servizz;
(v) min awtorizza dawn id-direct orders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Settembru 2023?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19163 u 19459 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u jgħid għaliex Triq il-Liedna fil-Fgura, li ftit xhur ilu sar ir-rikostruzzjoni tagħha, qed terġa’ tinqala’ (jitqatta’ gandott)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Tajjeb nippreċiża li l-bini mill-ġdid tat-triq indikata issa ilu li sar mill-2021, jiġifieri aktar minn tliet snin ilu u mhux “ftit xhur ilu”. Ix-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta kienu jinkludu fost oħrajn bdil tas-servizzi kollha għad-distribuzzjoni tal-ilma. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħtiġilha tagħmel xogħlijiet t’emerġenza biex sewwiet ħsara li rriżultat f’parti minn din l-infrastruttura tagħha.
Triq li twassal mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa/Manikata u l-Imbordin u l-Miżieb — Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19269, tista' l-Ministru tgħid liema xogħol hu preżentement għaddej fit-triq li twassal mix-Xemxija sa Għajn Tuffieħa/Manikata, kif ukoll fit-triq li twassal sal-Imbordin u l-Miżieb? Tista' tgħid x'ġie deċiż fit-taħdidiet imsemmija fl-istess tweġiba? Tista' tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol kollu, inkluż il-wiċċ bl-asfalt, jekk ix-xogħljiiet ikomplu matul l-istaġun tas-sajf?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pjan preżenti huwa li x-xogħol ikompli għaddej anke matul l-istaġun tas-sajf. Rigward il-bypass ta’ Għajn Tuffieħa bħalissa għaddejjin testijiet finali fuq in-network tas-sistema biex sussegwentament jingħata l-asfalt min-naħa tal-awtorità responsabbli. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bix-xogħlijiet tagħha li jkopru l-proġett kemm tan-New Water kif ukoll tal-ilma tax-xorb fi Triq l-Imbordin. Dawn ippjanati li jitlestew lejn l-aħħar tat-tielet kwart tas-sena. Il-Korporazzjoni ħasbet biex fil-partijiet li jkunu lesti, fiż-żona mill-Miżieb sal-Imbordin, jingħata wiċċ tal-asfalt sabiex jiġi mminimizzat l-inkonvenjent, liema xogħlijiet ippjanti jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq il-Mosta - Rapporti dwar riħa ta’ drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irċevietx rapporti dwar riħa ta' drenaġġ fi Triq San Pawl u Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar sentejn? Jekk iva, tista’ tgħid għal kull każ meta sar, x'azzjoni ttieħdet u xi rriżulta mill-investigazzjonijiet li kienu saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-aħħar sentejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet 15-il ilment dwar irwejjaħ fit-toroq indikati. F’seba’ każi rriżulta li kienu ġejjin minn kaptelli ta’ sufuni privati (mhux min-netwerk tal-KSI) u min għamel l-ilment ġie infurmat dwar dan, waqt li f’sitt każi kienu ġejjin minn tappieri tal-Korporazzjoni fejn dawn ġew issiġillati. Kien hemm każ ta’ ilma qiegħed f’Kennedy Grove u l-entità responsabbli ħadet ħsieb li jsir it-tindif meħtieġ, u każ minħabba ħsara li seħħet waqt li kienu qed isiru xogħlijiet minn kuntrattur u din issewwiet minnu stess.
Tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed isir jew x'se jsir biex il-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana, li jinsab fi stat mitluq ħafna u l-kundizzjoni ambjentali tiegħu qiegħda tiddeterjora, jingħata l-attenzjoni li tixraqlu mill-entitajiet responsabbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fix-xhur li għaddew, b’kollaborazzjoni bejn Project Green, id-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), ġiet żviluppata proposta ħolistika għal dan il-masġar.
Il-proposta tal-Pinetum għandha l-għan li temfasizza s-sbuħija tal-glacis. Dan sabiex filwaqt li tipprovdi spazju rikreattiv għall-pubbliku li jista’ jitgawda mill-familji, jiġi apprezzat il-patrimonju nazzjonali. Din il-proposta tikkumplimenta l-masterplan tal-Ġnien Botaniku Nazzjonali bir-restawr tan-nissen huts eżistenti, li kienu jintużaw mis-Servizzi Ingliżi. Dan sabiex jingħataw użu ġdid ta’ greenhouses, aviaries, ġonna botaniċi u faċilitajiet pubbliċi li jinkludu Ċentru għat-Tagħlim tal-Ortikultura. Se jkunu qed jiġu ddisinjati passaġġi nformali sabiex tiġi rispettata it-topografija tal-glacis filwaqt li tifforma heritage trail li teduka lill-viżitaturi fuq il-wirt kulturali u l-istorja ta’ pajjiżna.
Project Green se tkun qed tissottometti l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar malli jkollha l-approvazzjoni mill-Bord Governattiv Nazzjonali tal-Botanika.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19394 dwar kif qed tinħadem iċ-ċifra tas-sussidju li qed jingħata fil-kont tad-dawl, tista' l-Ministru tispeċifika kemm jiġu t-tariffi fil-prezz mhux issussidjat?
Response (DALLI, MIRIAM)
It-tariffi mhux sussidjati jiddependu u huma bbażati fuq il-prezzijiet tas-suq. Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19394, li ma kienx għall-għajnuna li qed jagħti l-Gvern biex il-kontijiet jibqgħu stabbli, fis-sena 2022 il-prezzijiet kienu jogħlew b’65%, fejn il-prezzijiet laħqu l-massimu.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Reklami fuq online portals - Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll tipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara r-reklami?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Kuntratti ma’ kumpanija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’kuntratti għandu l-Ministeru, u/jew kull entità li taqa' taħtha, mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kemm jiswa kull kuntratt u b'liema mod ingħata (direct order, tender, quotations, eċċ.)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoin tal-Port il-Kbir u l-entitajiet li jaqgħu taħtu jeżisti kuntratt wieħed mal-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament. Dan il-kuntratt dirett, li jappartjeni lil Project Green, jipprovdi għal assistenza u pariri legali. Il-kuntratt huwa effettiv għal perjodu ta’ sena mill-14 ta’ Frar 2024 u l-valur massimu tiegħu huwa ta’ €42,000 (VAT eskluża).
Raħal Ġdid – Triq u żona ta’ Santa Ubaldesca — Rapporti ta’ rwejjaħ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16612, tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni ulterjuri fir-rigward l-ilment ta’ rwejjaħ persistenti fi Triq Santa Ubaldesca Raħal Ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata illi la fix-xhur ta’ qabel twieġbet il-mistoqsija parlamentari 16612 u lanqas minn dak iż-żmien 'l hawn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma rċeviet l-ebda rapport minn residenti li kien hemm xi rwejjaħ fit-triq indikata. Fiż-żona inkwistjoni, m’hemmx attivitajiet fuq skala industrijali li huma regolati mill-ERA.
F’każ ta’ rwejjaħ, ir-residenti huma mħeġġa jinformaw minnufih lill-ERA billi jċemplu fuq 2292 3500, anke wara l-ħin tax-xogħol.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir — Servizzi minn persuna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament qattx tqabbdet biex tagħti s-servizzi tagħha direttament jew tramite kumpanija f'xi entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha? Jekk iva, tista’ tgħid x’kienu dawn is-servizzi u kemm tħallset tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-persuna li isimha ngħata b’mod separat ma tat l-ebda servizz lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u lanqas lill-entitajiet li jaqgħu taħtu.