Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Fgura?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Fgura f’dawn l-aħħar erba’ snin ma ġewx maqlugħa arbuxelli imma ġew imħawla 150 arbuxell li 135 minnhom kienu virgi u 15 riħan.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin fil-Gudja?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’ mod partikulari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kkjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta’ dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma’ soft landscaping fil-lokalità rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru min entitajiet mhux governattivi fejn jitħawlu numru ta’ speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità tal-Gudja f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 30 Lantana Montevidensis u ġew imħawla 30 Lantana Montevidensis.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa kif ukoll imħawla arbuxelli ġodda tul dawn l-aħħar erba’ snin f’Ħal Tarxien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ġiet mitluba hija bbażata biss fuq statisika li għandu dan il-Ministeru, b’mod partikolari t’Ambjent Malta (li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS u s-sezzjoni tal-Monitoring Environment Landscape Project – MELP, li jieħdu ħsieb il-kuntratt li għandu l-Gvern Ċentrali mal-ELC). Dan qed jiġi kjarifikat minħabba l-fatt li hemm entitajiet oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal tħawwil ta’ siġar u arbuxxel fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta. Eżempju ta' dan huwa li kull Kunsill Lokali għandu kuntratt li jieħu ħsieb ix-xogħlijiet relatati ma soft landscaping fil-lokalitá rispettiva u l-interventi li jsiru jkunu direzzjonati direttament min-naħa tiegħu. Hemm ukoll interventi li jsiru minn entitajiet mhux governativi fejn jitħawwlu numru ta speċi f’diversi żoni skont programm jew proġett li jkunu qed jagħmlu dawn l-istess għaqdiet.
Mill-Ministeru tiegħi fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien f’dawn l-aħħar erba’ snin ġew maqlugħa 21 Nerium Oleander u ġew imħawwla 80 Nerium Oleander.
Jista’ l-Ministru jgħid, mir-rekords li għandu l-Ministeru kemm kien importat majjal ħaj, mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, maqsuma xahar xahar? Jista’ jagħti n-numru ta’ majjal li nqatel fil-biċċerija ta’ pajjiżna minn dawk li ġew importati? Jista’ jgħid minn fejn (bħala pajjiż) kienu trasportati lejn pajjiżna, il-majjal li ġie mportat ħaj?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar imrobbija għall-ħalib li ġew maqtula, mill-bidu ta’ din is-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta’ baqar li ġew maqtula f’Malta u Għawdex u għal liema raġuni dawn il-baqar ġew maqtula?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-preżent, x’ħidma qed issir b’risq ir-riforma tal-pitkalija f’Ta’ Qali? Ma’ min għaddejjin il-konsultazzjonijiet f’dan ir-rigward? X’nefqa saret f’dawn l-aħħar sitt snin mill-Ministeru rispettiv b’risq ir-riforma tal-Pitkalija ta’ Ta’ Qali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa kommess li jimplimenta riforma ġewwa l-Pitkalija. Ir-riforma trid tkun ta' ġid għal-istakeholders kollha tal-Pitkalija u għalhekk qed isiru diskussjonijiet interni, kif ukoll tnedija ta' pjanijiet ta' kif għandha tiġi mplimentata din ir- riforma. Għalissa l-konsultazzjonijiet qed isiru fuq livell intern iżda fil-mument opportun issir l-konsultazzjoni meħtieġa mal-istakeholders.
In-nefqa tul dawn l-aħħar 6 snin hi kif elenkata hawn taħt:
· Mill-2012 sal-lum intefqu €1,396,347.00 għax-xiri ta’ 251,320 il-kaxxa.
· Fl-2014 beda x-xogħol sabiex tinbidel is-sistema tal-ħlas tal-Pitkalija flimkien ma’ titjib fis-sistema tad-
data entry
. Sal-lum intefqu €65,814.00; din is-somma tinkludi
upgrades
u
maintenance
regolari tas-sistema.
· Fl-2014 beda jsir xogħol ta’ titjib fil-facilità tal-ħasil tal-kaxxi li hemm fil-Pitkalija; dan jinkludi
maintenance
u
certification
tal-magni tal-ħasil tal-kaxxi, installazjoni tal-
lift
, xiri ta’
palletizers
u
upgrades
fil-binja fosthom
water proofing
. Din l-ispiża s’issa laħqet €46,617.00.
· Fl-2017 sar ir-
resurfacing
tat-toroq ġewwa l-Pitkalija b’total ta’ €489,252.00.
· Fl-2017 inbidlet is-sistema tas-CCTV cameras tal-Pitkalija b’nefqa ta’ €9,493.00.
Apparti dawn il-flus, hemm ukoll il-flus li jintefqu ghall-maintenance tal-Pitkalija li hija ongoing.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — car leasing
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus għal car leasing minn kull entità li taqa’ taħtu, mingħand min sar il-car leasing, kemm-il vettura u d-dati rispettivi, mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, sena b’sena? F’kull każ jista’ jgħid liema kienu b’direct order?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Il-Fgura – Triq il-Karmnu – landscaping tar-roundabout
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5334, jista’ l-Ministru jgħid huwiex se jsir il-landscaping tar-roundabout li saret fi Triq id-Dejma, il-Fgura peress li ilha biex issir mill-inqas mit-23 ta’ April 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-disinni proposti ħadu aktar fit-tul peress li ma setax isir intervent bis-soft landscaping minħabba li ma kienx hemm fond biżejjed għall-ħamrija. Id-disinji ġodda ġew approvati u x-xogħol beda u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid liema bajjiet huma dog-friendlybeaches u ċjoè huma permessibbli li jgħumu l-klieb?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 10 bajjiet. Dawn huma Żonqor Point, il-Bajja ta’ Wied il-Għajn, wara Splash & Fun f’Baħar iċ-Ċagħaq, il-Fortina f’Tas-Sliema, il-Bajja tar-Rinella l-Kalkara, il-Bajja ta’ Xatt is-Sajjieda Marsaxlokk, Daħlet ix-Xmajjar Mellieħa, il-Bajja tat-Torri l-Abjad Mellieħa, Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Il-Bajja ta’ Trejqiet Imġarr ix-Xini Għawdex u Xwejni Bay, Marsalforn f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fl-aħħar xhur sabiex jiġi mnaddaf u rijabilitat Wied Blandun? Hemm xi pjanijiet għal dan il-Wied?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Lulju ta' din is-sena sar intervent ta’ tindif fil-parti ta' fuq ta' Wied Blandun, min-naħa ta' Triq Wied Blandun u Triq il-Kampanella. Dan ix-xogħol sar bħala parti mit-Task Force imwaqqfa mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima sabiex jibda jitneħħa l-iskart mill-widien.
Fl-2017, il-
Valley Management
ikkonkludiet studji preliminari sabiex jinstabu s-sorsi u ż-żoni ta’ tniġġiż ta’ dan il-wied. L-istudju ta wkoll direzzjoni fuq il-kampjuni li għandhom jittieħdu mill-wied u x’analiżi għandha titwettaq sabiex tkun magħrufa sew il-kundizzjoni ambjentali attwali tal-wied.
Il-fondi tal-ewwel studji kienu mħallsa mill-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta (KKNM). Bħalissa, il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima qed jagħmel eżerċizzju sabiex jinstabu opportunijiet ta’ fondi Ewropej sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni għall-fondi għat-tieni fażi tal-istudji u sabiex jitwettqu x-xogħlijiet ta' restawr ta' Wied Blandun.
Spazji ġodda miftuħin biex jitgawdew mill-pubbliku
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6548, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni għal spazji li ġew kreati ġodda u mhux spazji li ilhom hemm is-snin u fuqhom sar tisbiħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra t-tisbiħ ta’ spazji diġà stabbiliti, il-Ministeru ħadem fuq tisbiħ ta’ spazji ġodda li ġew imnaddfa u sar tħawwil ta’ numru konsiderevoli ta’ siġar u arbuxxelli ndiġeni Maltin.
Fost dawn insemmu dawn is-siti:
· Baħar iċ-Ċagħaq
· Swatar
· Wied Blandun
· Kavallerizza Erja f’Marsaxlokk
Sar tħawwil ukoll f’erbgħa widien li issa jistgħu jitgawdew mill-pubbliku li huma:-
· Wied il-Kbir, Wied iċ-Ċawsli, Wied Qirda f’Ħal Qormi u Wied Ħesri fis-Siġġiewi fejn tħawwlu madwar 1,300 siġra.
· Tnaddfet ukoll biċċa art ġewwa Ta’ Qali u bdew jitħawlu xi siġar. Dan it-tħawwil jitkompla fl-istaġun tal-Ħarifa.
· Sar intervent fuq 17-il tomna art ġewwa Kemmuna u fihom tħawwlu 3,100 siġra.
Qed isir ukoll xogħol sabiex biċċa art mitluqa fil-Foss ta’ Ħaż-Żabbar tiġi msebbħa u tinbidel f’park għall-familja fin-nofsinhar ta’ Malta kif ukoll beda xogħol ta’ tisbiħ fil-madwar tal-fortizza tal-Madliena u fil-Wied tal-Mistra.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti dettalji u pjanti tal-proġett propost?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti u d-dettalji tal-proġett propost għal Wied Fulija huma dawk kif preżentati fl-applikazzjoni PA 10374/17 mal-Awtorità tal-Ippjanar. L-applikazzjoni u d-dettalji tagħha huma pubbliċi.
Wied Fulija – konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq
Question
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward l-istess proġett?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Wasteserv Malta Ltd. iltaqgħet darbtejn mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq fl-uffiċċju tagħhom nhar l-20 ta’ Settembru 2017 u 8 ta’ Frar 2018. Apparti minnhekk hemm proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u entitajiet oħra bħala parti mill-applikazzjoni tal-iżvilupp PA 10374/17.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti garanzija li l-proġett propost mhux se jkun jinkludi landfill?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett propost huwa rijabilitazzjoni ta’ Landfill antika li tinsab magħluqa. Ix-xogħlijiet jinvolvu fost l-oħrajn re-profiling tal-materjal eżistenti sabiex jitbiegħed mit-tarf tal-irdum u sabiex ikun aktar stabbli, kif ukoll capping b’materjal inert.
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett propost hux se jkun amministrat mill-privat jew mill-Gvern?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li qed jiġi evalwat jinkludi 3 snin żmien ta’ manutenzjoni mill-kuntrattur li ser ikun qed jagħmel ix-xogħlijiet.
Wied Fulija – tlestija tal-proġett – data approssimattiva
Question
B'referenza għar-rapport li deher fil-ġurnal “The Malta Independent” tad-29 ta’ Awwissu 2018 rigward ir-rijabilitazzjoni ta' Wied Fulija, jista’ l-Ministru jagħti data approssimattiva meta tali proġett se jkun lest?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu fil-fażi tal-applikazzjoni għall-iżvilupp u sadanittant ħarġet ukoll is-sejħa għall-offerti li bħalissa qed tiġi aġġudikata. Ix-xogħlijiet mistennija jieħdu sentejn minn meta jibdew, jiġifieri il-proġett mistenni li jitlesta għall-ewwel nofs tas-sena 2021.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jkun qed jieħu l-Gvern biex jara li f'pajjiżna jkun hemm spazju adegwat fejn jintrema l-materjal/skart mill-bini imwaqqa'?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) qiegħda taħdem fuq strateġija sabiex tindirizza l-iskart tal-iskavar u konstruzzjoni fit-tul. Sadanittant l-ERA qegħda tipproċessa 8 permessi għall-barrieri biex ikunu jistgħu jaċċettaw materjal nadif. Bħala soluzzjoni immedjata, barriera ġewwa s-Siġġiewi li tinsab f'żona speċjali ta' konservazzjoni u li qegħda fi stat ta' abbandun, qed tibda tilqa' materjal nadif li ġej mill-kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6339 u jgħid jekk hemmx siġar protetti fiż-żona fejn qed tiġi ppjanata l-bypass ta' Ħ'Attard jiġifieri minn Ħ’Attard ħdejn l-MFSA sa ftit ‘il fuq mid-daħla ta’ Ta’ Qali Ħ’Attard?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 6506. Inżid ngħid li qed isir kull sforz sabiex jiġi minimizzat l-impatt ambjentali.