Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah li dawn huma kollha Maltin.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Akkommodazzjoni Soċjali u Affordabli fl-Expo 2024 ġiet tiswa €45,760. F’din l-istand kien hemm sensory room magħmula sabiex tkun addattata għal tfal li jbatu mill-awtiżmu, liema kamra hemm skema apposta għal tali struttura. Kien hemm ukoll spazju addattat sabiex il-pubbliku setgħu jistaqsu u jistħarrġu rigward l-iskemi li kienu qed jiġu offruti attwalment mill-Awtorità tad-Djar. L-ispejjeż kienu jinvolvu l-ippjanar, il-qafas tal-post inkluż l-art u tagħmir kollu meħtieġ, id-dawl, l-iscreens li wrew l-informazzjoni estensiva dwar l-iskemi, xi għamara, u bosta tagħmir ieħor tekniku. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll tal-Awtorità tad-Djar. L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kellha t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq riżorsi umani, teknoloġija u kwalità.
Barranin reġistrati li jgħixu f’Malta – Sussidji fuq il-kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħareġ sussidji fuq il-kera lill-barranin li jgħixu f’Malta u meta ħareġ dan is-sussidju? Jista’ jgħid ukoll kemm kien u lil min ħareġ dan is-sussidju lill-barranin li huma reġistrati hawn Malta?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex individwu jikkwalifika għas-sussidju tal-kera, irid ikun ċittadin ta’ Malta jew tal-Unjoni Ewropea, jew igawdi minn stat ta’ refuġjat, jew jgawdi minn protezzjoni sussidjarja, jew jipposjedi stat ta’ residenza fit-tul, jew awtorizzazzjoni speċifika. Fil-preżent, l-Awtorità tad-Djar għandha 883 persuna barranija li huma eleġibbli sabiex jirċievu benefiċċju fuq il-kera. Il-benefiċċju tal-kera għal dawn il-persuni jlaħħaq għal €3,052,688 fis-sena. Dan il-benefiċċju jinħareġ kull xahar, fejn jiġi depożitat fil-kont bankarju tal-applikant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex kontra l-liġi li persuni jgħixu f'garaxx semi basement b’mod permanenti? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi jittieħdu fir-rigward ta’ tali sitwazzjonijiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mhix il-mansjoni tal-Ministeru li jagħti pariri legali f’interpellazzjonijiet parlamentari. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-użu li jsir mill-proprjetà huwa definit mill-permess li jinħareġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Santa Venera — Triq Patri Ġustin Sant – Lift fi Blokk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-lift li jrid isir fi Blokk H fi Triq Patri Ġustin Sant, Santa Venera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift eżistenti ġie żarmat. Il-kuntrattur li ser ikun qed jinstalla l-lift il-ġdid ġie magħżul. Huwa mistenni li jibda bix-xogħlijiet ta’ modifikazzjoni strutturali meħtieġa ladarba tinħareġ l-approvazzjoni mill-Building & Construction Authority (BCA).
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema fil-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema grad/skala kienu dawn il-ħaddiema u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, u anke l-collective agreements applikabbli. Is-sejħiet huma dawk standard li jinħarġu kif approvati centralment u jirriflettu l-ftehim rispettivi.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm impjegat wieħed fis-Segretarjat Ministerjali li huwa wkoll kunsillier.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct Orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati units tal-akkomodazzjoni soċjali minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kirjiet residenzjali reġistrati mal-Awtorità tad-Djar huma Maltin u kemm hemm barranin, u jindika dan f'numru ta' residenti u mhux skont in-numru ta' kuntratti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.