Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni Soċjali – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-lista tal-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali li huma lone parents b’riżultat ta’ separazzjoni? Jista’ jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 391 applikazzjonijiet minn persuni separati bit-tfal li minnhom 361 huma nisa u filwaqt li 30 huma rġiel.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – użu ta’ trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà. Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.

Impjieg lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12306, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li hija fid-dekasteru tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jekk impjegatx, taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ.), lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali, wara Jannar 2017? Jista’ jgħid minn meta sa meta kien dan l-impjieg?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ‘kkonċernata kellha impjegat lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament mill-1 ta’ Mejju 2017 sal- 31 t’Awissu 2017.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali jagħmel użu minn karozza li taħdem bl-elettriku.

Akkomodazzjoni Soċjali – lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qegħdin fil-waiting list tal-Akkomodazzjoni Soċjali sal-Erbgħa 11 ta' Marzu 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-Erbgħa 11 ta’ Marzu 2020 kien hemm 2604 applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu, m’għandux konsulenza, ħatra jew ingaġġ mal-individwu ‘kkonċernat.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Socjali ma kellhux konsulenza, ħatra jew ingaġġ mal-individwu konċernat.

Ta’ Xbiex – CCTV cameras fi blokka tal-housing

Question

Wara li saru diversi serqiet f'Ta' Xbiex, xi familji residenti fi blokki tal-housing ftiehmu li jagħmlu CCTV cameras għas-Sigurtà tar-Residenti u peress li issa tal-Housing qegħdin javżawhom biex ineħħuhom, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan huwiex minnu? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn, peress li dawn qegħdin isiru fuq ġewwa u bi ftehim bejn ir-residenti?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tad-Djar — direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12602, jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità tad-Djar kemm tat direct orders fis-snin 2017, 2018 u 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Direct Orders, bejn is-snin 2017 – 2019 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dawn id-Direct Orders ingħataw f’każijiet t’emerġenza. Sena Numru ta’ Direct Orders 2017 12 2018 18 2019 11

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12657 u jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma kellhiex persuni jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta' konsulenza ta' kwalsiasi tip sal-1 ta' Jannar 2020 li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma kellhiex rapporti ta' serqiet li ġew rraportati lill-Pulizija matul l-2017, 2018 u 2019 u sad-29 ta' Jannar 2020
Leg 13 PQ #12687 Sitting 301 2020-02-19 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Għawdex – akkomodazzjoni soċjali – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet il-lista ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex huwa ta’ 57. Hawn taħt hawn l-informazzjoni mitluba: Sena Total Sal-31 ta’ Diċembru 2013 44 Sal-31 ta’ Diċembru 2014 41 Sal-31 ta’ Diċembru 2015 36 Sal-31 ta’ Diċembru 2016 50 Sal-31 ta’ Diċembru 2017 57 Sal-31 ta’ Diċembru 2018 63 Sal-31 ta’ Diċembru 2019 56 Sal-31 ta’ Jannar 2020 57

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — nefqa fuq fuel/petrol/diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif suppost taf, il-Ministeru ghall-Akkomodazzjoni Socjali gie ikkostitwit fil-15 ta' Jannar 2020.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10259 u 10386 u jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif suppost jaf il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie ikkostitwit fil-15 ta’ Jannar 2020.

Awtorità tad-Djar – ħaddiema — allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li qegħdin jieħdu allowances minn supervisors sal-inqas? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll f'liema kategorija jaqgħu u titpoġġa informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra ta' kull impjegat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha seba’ ħaddiema minn Supervisors sal-inqas grad li qed jirċievu allowance. Grad Tip ta' Allowances Tip ta' Allowance Supervisor Mobile Allowance Administration Officer Disturbance Allowance Administration Officer Disturbance Allowance Mobile Allowance Senior Officer Disturbance Allowance Mobile Allowance Messenger Heavy Handling Office Attendants Addition Dutties Office Attendants Addition Dutties

Pjanijiet ta’ establishment tal-Housing Estates

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar pjanijiet ta' embellishment tal-Housing Estates? Jista’ jgħid f'liema lokalitajiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm ta’ riġenerazzjoni ta’ Housing Estates għas-sena 2020 jinkludi xogħlijiet f’40 blokka. Il-lokalitajiet ta’ fejn se jkunu qiegħdin isiru x-xogħlijiet huma: Seba’ blokok f’Ħal Tmiem,iż-Żejtun, 13-il blokk magħrufa bħala Hubbard flats, f’Bormla, 6 blokok b’16-il entratura fil-qasam Għajn Kajjet, ir-Rabat, erba’ blokok b’sitt entraturi fis-Siġġiewi u seba’ blokok f’San Ġiljan.

Housing Estates — lifts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti time-frame meta ser jitlesta x-xogħol ta' lifts fil-blokok ta' Housing Estate, li hemm imsemmija fuq lista ta’ hawn taħt: a. 30, Blk C, Dr C, Vjal in-Naspli San Ġwann; b. Blk A2 Triq l-Isptar Ħ'Attard; u c. Blk A4, Triq l-Isptar Ħ'Attard?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazzjoni tal-lifts f’dawn il-blokok huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, litwaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onoroveli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif suppost taf, il-Ministeru għall-akkomodazzjoni Soċjali ġie ikkostitwit fil-15 ta' Jannar 2020.

Ħ’Attard – stallazzjoni ta’ lifts fil-blokok tal-Housing Estate

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-pjan li jiġu installati l-lifts fil-blokok tal-Housing Estate ta' Ħ’Attard?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazzjoni tal-lifts fil-blokok tal-Housing Estate f’Ħ’Attard inbdiet bħala parti mill-proġett ta’ installazzjoni ta’ 110 lift, ko-finanzjat minn Fondi Ewropej.