Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Impjegati u Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23468.

Asset Recovery Bureau – Assi mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għadhom qed jistennew li jgħaddu ġuri? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ilhom jistennew: • Sitt xhur; • Sena; • Sentejn; jew • Ħames snin u iktar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-31 ta’ Mejju 2025, l-ammont ta’ persuni li għadhom qed jistennew sabiex jgħaddu ġuri huma ta’ mitejn u sitta (206). It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tindika kemm ilhom jistennew sabiex jgħaddu ġuri dawn il-persuni. Inżid ukoll li fl-aħħar xhur sar investiment fil-binja prinċipali tal-Qorti, fejn żdiedet awla ġdida attrezzata sabiex isiru l-ġurijiet fiha. Fil-fatt fl-aħħar ġimgħat diġà saru 3 ġurijiet fiha, fl-istess waqt li kien għaddej ġuri ieħor.

Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Uffiċċju addizzjonali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23632, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem bid-distinzjoni li hemm bejn uffiċċju Ministerjali u uffiċċju tal-kostitwenza. L-uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħi huwa fil-Berġa t’Aragona fil-Belt Valletta. Għar-rigward tal-uffiċċju tal-kostitwenza, dan huwa mħallas minn fondi privati, u mhux pubbliċi kif qed jipprova jimplika b’mod skorrett u qarrieqi l-interpellant. Għalhekk mhux fil-mansjonità mistoqsija parlamentari.

Avukati — Warrants

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi d-data meta se jingħataw il-warrants tal-avukati għas-sena 2025 u fin-nuqqas li għad m’hemmx data stabbilita, jista’ jispjega għalfejn?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk kollha li nstabu idonji biex jipprattikaw il-professjoni t’avukat u li ser jingħataw il-warrant, qed ikunu informati bid-data taċ-ċerimonja.

Inkjesti maġisterjali pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali li għadhom pendenti preżentament? Jista’ jgħid ukoll kemm tmur lura l-aktar waħda antika?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ April, 2025 l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali pendenti huwa dak ta’ 1,716 fil-Qrati ta’ Malta u 44 fil-Qrati ta’ Għawdex bl-aktar waħda antika tirrisali għall-1977. Dawn l-inkjesti ilhom miftuħin kif fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Qorti Marzjali — Kawżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi quddiem il-qorti marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Il-Qorti Marzjali — Każijiet maqtugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatgħu każijiet quddiem il-Qorti Marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Il-Qorti Marzjali — Akkużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’mod ġenerali fuq xiex kienu l-akkużi fil-Qorti Marzjali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28683 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għal Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €64,135 esk VAT. Fost oħrajn f’din l-istand kien hemm ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Kondotta, quizzes, kif ukoll l-użu tal-pjattaforma diġitali TEMI u espożizzjoni ta’ mudell ta’ binja ‘energy efficient’. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, id-Direttorat tal-Inizjattivi u Riformi fil-Ġustizzja, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23608 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tlett entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni li b'kollox inħarġulhom erba’ cards. Il-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.

Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629, 18994, 21842, 25604 u 28030 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23590 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm card waħda biss li tintuża minni fi ħdan il-Ministeru għal Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni. Il-ħruġ ta’ card jsir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li kopja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunal għal Talbiet Żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar fl-2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt li tagħti tagħrif dwar il-każijiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar matul is-sena 2024. Malta Għawdex Talbiet Preżentati 352 29 Talbiet Terminati 392 30 Talbiet Pendenti sal-31 ta’ Diċembru 2024 612 62

Tribunal Industrijali — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.