Jista’ l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel il-Kunsill Lokali sabiex isebbaħ iż-żona ta’ San Tumas speċjalment il-bajja li tiġi ffrekwentata minn ħafna nies speċjalment fis-sajf?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li huwa limitat fuq azzjoni diretta li tittieħed fuq bajjiet. Madankollu bis-saħħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta kif ukoll il-Foundation for Tourism Zone Development se jsir proġett biex jintefa’ iktar ramel f'din iż-żona u dalwaqt se jinbeda r-restawr tal-bankijiet.
Ser issir ukoll kamra għall-mechanical hoist biex ikun jista’ jintuża għal nies bi bżonnijiet speċjali. Ix-showers li hemm fil-latrina tar-ramla ngħataw upgrade u hemm il-possibiltà ta' latrina addizzjonali temporanja.
Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter – rapport
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9748 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa ( Triq Ġorġ Borg Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku? Dan anke għall-fatt li jirriżulta li x-xogħol relatat ma’ tip ta’ kostruzzjoni baqa ghaddej .
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar u xogħol ieħor fuq Triq Munxar fil-Munxar Għawdex, peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar minn xahrejn li ġiet awarded?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar li x-xogħol ser jibda f’Mejju 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9300 ingħad li t-tender għal Triq ta' Bardan fis-Sannat Għawdex kienet ġiet awarded għall-prezz ta' €54,935.45 iżda fuq in-Notice of Award maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' Sannat fis-27 ta' Ġunju 2018 din it-triq kienet ġiet awarded għal prezz ta €46,555.47? Jista’ jispjega dan kollu kif ukoll jgħid kemm fil-verità kienet il-varjazzjoni mit-tender oriġinali li ġiet awarded fis-27 ta' Ġunju 2018 u jagħti break down ta' x'kienu l-varjazzjonijiet kollha u kemm ġew jiswew extra kull varjazzjoni? Jista’ jgħid lil min ġiet awarded it-tender?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li fuq ix-xogħol ta’ Triq Bardan b’fondi ewropej minn Miżura 4.3 tal-fond EAFRD, l-ammont tal-offerta aġġudikata kien ta' €46,555.47 exc. VAT u din ġiet aġġudikata lill-kuntrattur Gatt Tarmac Ltd. L-ammont finali tal-proġett kien ta' €53,240.82 exc. VAT.
Il-varjazzjoni bejn l-ammont aġġudikat u l-ammont finali kien fix-xogħol relatat mas-sistema tal-ilma tax-xorb u s-servizzi tad-drenaġġ. Però l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu jistipulaw li l-kuntrattur jista' jiġi ordnat jagħmel dan ix-xogħol ukoll, kif fil-fatt sar. L-ammont ta’ €54,935.45 kien il-Grant miksub minn Miżura 4.3.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8889 u 8323 u jgħid kemm-il maħfra Presidenzjali ngħatat mill-4 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif inbidlet is-sentenza jew kundanna li dwarha ngħatat il-maħfra?
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ma tinżammx statistika tant importanti fir-rigward ta’ każijiet li jiġu preskritti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-kawżi fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex, kemm dawk tal-Qorti Kriminali u Tribunali Kriminali, u kemm dawk tal-Qrati Ċivili u Tribunali Ċivili, meta jiġu terminati jiddaħħlu fis-sistema bħala deċiżi, u r-Reġistraturi ma jidħlux fil-mertu dwar jekk kawża tkunx ġiet deċiża fuq punt ta preskrizzjoni jew xi punt ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8499 u jgħid jekk l-uffiċjali tal-komunità għandhomx collective agreement in vigore? Jekk iva, meta sar u meta jiskadi? Jekk le meta skada l-aħħar collective agreement u fiex wasal il-proċess għal collective agreement ġdid? Jista' jgħid x'benefiċċji bħal allowances, eċċ. li dawn il-persuni kienu jieħdu meta kienu gwardjani lokali u issa ma għadhomx jieħdu meta saru Uffiċjali tal-Komunità u r-raġuni għaliex ma baqgħux jeħduhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ftehim kollettiv kien sar mal-kumpanija G4s u kien validu sa Marzu 2016 fejn ġie estiż f'Settembru 2016. Dan il-ftehim għadu in vigore sal-ġurnata tal-lum anke fid-dawl tat-Transfer of Business li għadu kemm seħħ. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet fuq collective agreement ġdid u wieħed jawgura li t-trattattivi jintemmu bla dewmien. Naturalment f'dan il-perjodu sakemm jintemmu t-trattattivi ma tnaqqas xejn minn dak li l-uffiċjali tal-kommunità kellhom fil-collective agreement.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Ħames Skeda tal-Kap. 595
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn fil-Ħames Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika Kap. 595 fir-rigward tal-entitajiet, hemm imsemmija li fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) tapplika għal Chairman u l-bord kollu (referenza għal mistoqsija parlamentari 9510 fejn il-Ministru konċernat ġie mitlub jgħid min hu r-regolatur, u fejn allura mit-tweġiba mogħtija jirriżulta li r-regulator huwa ċ-Chairman flimkien mal-membri tal-Bord kollu), waqt li fil-każ tal-entitajiet l-oħra, hemm imsemmija li din tapplika biss għaċ-chairpersons ossia kapijiet biss tal-istess entitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Membru li l-Att tal-2015 dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma meta jirreferi għar-“Regolatur” jikkontempla lir-“Regolatur” bħala entità u mhux bħala persuna fiżika.
Madanakollu l-Artikolu 38 (1) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jirreferi għal persuni fiżiċi u jistipula li l-proċedura parlamentari kontemplata f’dak l-artikolu tapplika meta Ministru “jkollu l-intenzjoni li jinnomina persuna sabiex tkun f’kariga f’aġenzija tal-Gvern, entità, bord jew kummissjoni jew sabiex tmexxi xi istituzzjoni oħra stabbilita bil-liġi kif jista’ jiġi stabbilit b’ordni mill-Prim Ministru fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda”.
Il-kliem “Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma” li hemm fit-Tieni Taqsima tal-Ewwel Skeda jagħmel sens biss jekk jirreferi għal min imexxi dik l-entità għax “Regolatur” li huwa fih inniffsu entità u mhux persuna fi¿iku qatt ma jista’ jissottometti ruħu għall-proċedura parlamentari.
Il-gvern madanakollu huwa dispost li jagħmel kjarifika f’dan is-sens.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Renju tal-Belġju lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mir-Repubblika tal-Panama lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet mibgħuta mill-Emirati Għarab Magħquda lill-awtoritajiet ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9027 u jgħid min huma l-prosekuturi fit-Tribunali Lokali? Jista' jgħid għal kull wieħed minnhom, meta jiskadi l-kuntratt tiegħu bħala prosekutur u b'liema rata u sistema qiegħed jitħallas?
Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – xogħol ta’ asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar ta' din is-sena hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twasslek għall-Bajja tax-Xwejni peress li t-tender ta' din it-triq ilu iktar min xahar u nofs li ġie awarded?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Għajn Mhelhel, it-triq li miż-Żebbuġ Għawdex twasslek għall-Bajja tax-Xwejni, huwa ppjanat li jibda fix-xahar t’April 2019 u jitlesta f’Lulju 2019.
Kunsill Lokali Ħal Balzan – talba għal żieda ta’ ġurnata għall-ġbir tal-borża s-sewda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9756 u jgħid għala t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan biex tiżdied ġurnata oħra (it-Tnejn) għall-ġbir tal-borża s-sewda, għadha mhux approvata minn Novembru li għadda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta` Ħal Balzan li fl-laqgħa urġenti ta` nhar it-Tnejn 5 ta` Novembru 2018 ġie deċiż li nhar ta’ Tnejn jibda jinġabar kemm skart organiku u kif ukoll skart imħallat. Dan ma jistax iseħħ għalissa peress li l-ewwel trid issir emenda fl-iskeda li tidher fil-Avviz Legali Nru. 346 tal-2018 li daħlet fis-seħħ mil-31 ta` Ottubru 2018.
Intant ninn Novembru il-kunsill baqa’ jsegwi regolarment t-tibdil fil-ligi mal-Ministeru għall-Ambjent, Żvillup Sostenibbli u Tibdil fil-Klima.
Heritage Malta – self ta’ opri ta’ arti f’Kastilja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9708 u jgħid x’inhuma l-opri tal-arti li jinsabu fil-Berġa ta’ Kastilja u li huma mislufa mingħand Heritage Malta?
Kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – Selection Panel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9472 u 8818 u jelenka l-kompożizzjoni tas-Selection Panel li għażel ix-shortlisted candidates għall-kariga ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għal din is-sena u min kienu dawk li għamlu l-istess fid-darbtejn ta’ qabel ukoll?
Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kien hemm matul dawn l-aħħar sentejn u liema kunsilli lokali bbenefikaw minnhom?