Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hux qed tħallas l-istess rata ta' kera lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta bħalma qed iħallsu kumpaniji oħra u/jew jekk hemmx xi kumpaniji li mhux qed iħallsu kera tal-uffiċini lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta International Airport plc hija kumpanija privata u l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — proprjetà immobiljari
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont xi proprjetà immobiljari għandu l-Ministeru tiegħu jew entità/kumpanija li jaqgħu taħtu mikrija mill-privat u kemm hu l-ammont ta' kera li tħallset lil privat mill-Ministeru tiegħu u kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu fis-sena 2010? Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2011 din il-kera hijiex se togħla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ ic-cheque tal-voucher tad-dawl lill-kopja anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li din qatt ma rċeviet xejn u kull meta iċċempel lill-Arms Ltd jgħidulha li fil-ġranet li ġejjin se tircievi c-cheque? Jista' l-Ministru jmexxi l-ilment ta' dawn il-konsumaturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċekk pagabbli lill-persuni riferuti se jinħareġ f’qasir żmien.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ is-somma ta' €842 li għandu jieħu f'taxxa b'lura, cheque li kellu joħroġ f'Diċembru lill-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-refund in kwistjoni għandu joħroġ fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies jaħdmu fis-settur ta’ produzzjoni diretta u fis-settur tas-servizzi tas-suq f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 23023.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet għall-VAT refund minn dawk li xtraw roti ġodda? Dawn fil-fatt ngħataw dan ir-refund?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 1956 applikazzjoni għall-VAT refund minn dawk li xtraw roti ġodda. Minn dawn kien hemm 1920 li ngħataw rifużjoni u 36 li ma ġewx aċċettati.
skema tal-Microinvest — informazzjoni fuq spejjeż minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus fuq il-launching u l-promozzjoni tal-iskema tal-Microinvest? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew inkella ġietx mogħtija b'direct order? F'każ li ngħatat b'direct order x'inhi r-raġuni għal dan? F'każ li kien hemm sejħa kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata l-kuntratt u kemm kienu t-tenders l-oħra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-promozzjoni tal-launch tal-iskema Microinvest intefqu l-ispejjeż li qed jihdru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise — applikazzjoni għall-eBusiness Grant Scheme u Innovations Action Scheme
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20218, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx xi tip ta' fondi lill-kumpaniji li jipproċessaw l-ikel u lil kumpaniji oħra li joperaw bħal cold stores operations għar-ristrutturar eċċ. mill-Unjoni Ewropea jew mill-Malta Enterprise f'Malta u Għawdex separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani bil-kumpaniji li bbenefikaw?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-iskema eBusiness ibbenefikaw 3 kumpaniji li jaħdmu fis-settur ta’ l-ikel, fil-waqt li 5 kumpaniji ibbenefikaw mill-iskema Innovation Actions. L-informazzjoni kollha dwar il-benefiċjarji hija pubblika u tista tiġi aċċessata mis-sit dedikat għall-fondi ERDF www.20millionforindustry.com.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tal-benefiċjarji kif inhi ippublikata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' arloġġi tad-dawl li skont il-Korporazzjoni Enemalta huma reġistrati fuq il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar? Fejn jinsabu dawn l-arloġġi skont il-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm erba’ meters li huma rreġistrati fuq il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn huma:
8035089: Porzjunkula Public Garden (Housing Estate) San Pawl il-Baħar
29263419: St Paul’s Bay Local Council San Pawl il-Baħar
25598676: Burmarrad Recreational Space Burmarrad
6567835: James Smith Public Garden San Pawl il-Baħar
Enemalta — problemi ta' bozoz fi Triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex xi problemi partikolari biex ikunu jistgħu jinxtegħlu xi bozoz li hemm approvati għal Triq il-Port Ruman, f'San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet ġew sottomessi u qed jiġu pproċessati wara li jiġi allokat il-post flimkien mall-kunsill lokali. L-estenzjoni tal-linji biex ikun jista jiġi pprovdut servizz lil dawn il-lampi se jsiru fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23036 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-ex ħaddiema tal-Maltacom se jieħu l-ħlas tal-units dovuti lilhom mill-Maltacom Employees' Foundation?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dak li qed jintalab fil-mistoqsija parlamentari ma jaqgħax taħt il-kompitenza tal-Gvern.
B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 22890, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għal xi żmien kien jgħix fil-fond u lanqas qatt fiż-żmien li kien jgħix f'dan il-fond ma kien hemm provvista tal-elettriku u lanqas tal-ilma u ilu bosta snin joġġezzjona għal kontijiet li qed jirċevi mingħand l-awtoritajiet illum l-Arms Ltd u anki f'dan id-dawl ħa affidavit peress li dan qed jitlob biex jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi rimedjata din il-problema ta' kontijiet li hu m'għandux x'jaqsam magħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qiegħed jiprova jsir kuntatt mall-persuni (konsumaturi) kkonċernati, sabiex issir laqgħa magħhom u jiġi finalment konluż dan il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna biex iwettaq il-wegħda "11. Titneħħa t-taxxa ta' €34.94 (LM 15) li għadha titħallas fuq kull sett ta' televiżjoni kull sena u li llum għadda żmienha" li kienet inkluża fil-programm elettorali ta' Partit Nazzjonalista?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Programm Elettorali jiġi implimentat fuq perjodu ta’ ħames snin tal-leġislatura.
Jista' l-Ministru jgħid, minbarra l-Membri Parlamentari u l-impjegati tal-Air Malta, min kienu dawk li s'issa kienu intitolati għal biljetti b'xejn jew b'rati ridotti mingħand l-Air Malta u kemm kien il-limitu li jistgħu jużaw kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni hija kummerċjalment sensitiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Il-policies kollha tal-kumpanija huwa suġġett għal review bħala parti mill-programm ta’ ristrutturar li qed jiġi diskuss.
Kuntratt għall-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22220 u jgħid jekk il-gvern għamilx użu mill-klawsola fil-kuntratt għall-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, liema klawsola kienet tgħid li dawk li jagħmlu dikjarazzjoni falza għandhom ikunu mmultati 10% tal-valur tal-kuntratt? Dan fid-dawl tal-fatt li l-kumpanija BWSC naqset milli tiddikjara, kif kienet obbligata li tagħmel, li mill-inqas tliet sub-contractors tagħha kienu involuti f’każi ta’ korruzzjoni u frodi.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f'Malta u f'Għawdex separatament, fl-aħħar ta' kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta' Lulju 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu ngħatat l-art għall-bini ta' Smart City?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li premezz tiegħu l-art ngħatat għall-bini ta’ Smart City. Dan il-kuntratt huwa skont ir-resoluzzjoni approvata fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-20 ta’ Marzu 2007 u għalhekk id-dokumenti annessi mal-kuntratt huwa dawk li ġew approvati dak in-nhar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22952 u jispjega kif il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda tħallas lill-privat għall-elettriku ġenerat mill-pannelli fotovoltaiċi, jiġifieri jekk in-numru ta' units ġenerati mill-pannelli jitnaqqsux minn numru ta' units ikkonsumati jew inkella l-kont tal-konsumatur jitnaqqas bis-somma dovuta għan-numru ta' units li jkunu ġenerati mill-pannelli?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunċett tal-Feed-In Tariff Regulations (LN 422/2010) huwa bbażat fuq il-fatt illi l-Korporazzjoni Enemalta tħallas għall-units tal-elettriku li jkunu esportati fuq il-grid tagħha. Għaldaqstant il-units esportati minn stallazzjonijiet jkunu mħallsa indipendentament mill-konsum ta’ l-istess propjetà.
Fil-każ ta’ stallazzjonijiet fotovoltajiċi li twaħħlu qabel id-dħul tal-Feed-In Tariff Regulations, l-operatur kellu l-għazla jekk jidħolx f’din l-iskema jew jibqa’ bl-iskema antika tan-net metering, fejn il-units esportati jigu mnaqqsa mill-units ikkunsmati u għalhekk il-kont joħroġ fuq id-differenza. Din l-għazla, però, ma tapplikax f’dawk il-każi li l-operaturi kellhom Letter of Undertaking mingħand l-Enemalta li tgħid li l-arranġament tan-net metering jibqa’ fis-seħħ sakemm jiġu ntrodotti l-Feed-In Tariff Regulations.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-art li tissemma fil-korrispondenza li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, x'se tkun il-pożizzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet b'konnessjoni mal-art imsemmija meta ċ-ċens jagħlaq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta t-terminu taċ-ċens temporanju fuq l-art li dettalji taghħa intbagħatu separatament, jagħlaq, id-dipartiment, skont id-dispozizzjonijiet tal-Att dwar it-trasferiment ta’ Art tal-Gvern (Kap 268), joħroġ sejħa ghall-offerti biex jerġa' jiddisponi mill-istess art. L-emfitewta preżenti ikollu d-dritt għall-ewwel rifjut.